Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31995D0045

    Id-Deċiżjoni tal-Kommissjoni tal-20 ta’ Frar 1995 dwar il-lista ta’ stabbilimenti approvati f’dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja,bil-għan ta’ l-importazzjoni ta’ laħam frisk fil-Komunità Test b’rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 51, 8.3.1995, p. 13–14 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/03/2014; Imħassar b' 32014D0160

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1995/45(1)/oj

    31995D0045



    Official Journal L 051 , 08/03/1995 P. 0013 - 0014


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tal-20 ta’ Frar 1995

    dwar il-lista ta’ stabbilimenti approvati f’dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja,bil-għan ta’ l-importazzjoni ta’ laħam frisk fil-Komunità

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (95/45/KE)

    IL-KOMMISSJONI TAL-KOMMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE tat-12 ta’ Diċembru dwar il-problemi tal-ispezzjoni veterinarja u tas-saħħa fuq l-importazzjoni ta’ l-annimali tal-ifrat, tan-nagħaġ, tal-mogħoż, tal-majjal u tal-laħam frisk jew prodotti tal-laħam minn pajjiżi terzi [1], kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ l-Adezzjoni ta’ l-Awstria, tal-Finlandja u tal-Isvezja, u partikolarment bl-Artikoli 4(1) u 18 (a) u (b) tagħha,

    Billi l-istabbilimenti fil-pajjiżi terzi ma jistgħux ikunu awtorizzati li jesportaw laħam frisk lejn il-Komunità jekk ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet ġenerali u speċjali stabbiliti f’dik id-Direttiva;

    Billi, bi qbil ma’ l-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 72/462/EEC, f’dik li qabel kienet ir-Repubblika Juguslava tal-Maċedonja, bagħtet lista ta’ stabbilimenti awtorizzati biex jesportaw lejn il-Komunità;

    Billi l-ispezzjonijiet fil-post mill-Komunità urew li l-istandards ta’ l-iġjene ta’ dawn l-istabbilimenti huma biżżejjed u għalhekk jistgħu jidħlu fl-ewwel lista ta’ stabbilimenti, magħmula bi qbil ma’ l-Artikolu 4(1) ta’ dik id-Direttiva, li minnha tista tkun awtorizzata l-importazzjoni ta’ laħam frisk;

    Billi l-importazzjoni ta’ laħam frisk mill-istabbilimenti fil-lista fl-Anness ta’ hawnhekk tibqa’ suġġetta għall-provvedimenti diġa stabbiliti, għad-dispożizzjonijiet ġenerali tat- Trattat u partikolarment tar-Regolamenti veterinarji tal-Komunità, partikolarment fir-rigward ta’ protezzjoni tas-saħħa;

    Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI

    Artikolu 1

    1. L-istabbilimenti f’dik li qabel kienet ir-Repubblika Juguslava tal-Maċedonja, stabbiliti f’dan l-Anness huma hawnhekk approvati għall-iskop ta’ l-esportazzjoni ta’ laħam frisk lejn il-Komunità.

    2. Oġġetti importati minn dawk l-istabbilimenti għandhom jibqgħu suġġetti għall-provvedimenti veterinarji tal-Komunità stabbiliti x’imkien ieħor, partikolarment dawk li jikkonċernaw il-protezzjoni tas-saħħa.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri

    Magħmula fi Brussel, l-20 ta’ Frar 1995.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kommissjoni

    [1] ĠU L 302, tal-31.12.1972, p. 28.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    LISTA TA’ STABBILIMENTI

    Numru ta’ l-approvazzjoni | Stabbeliment/Indirizz | [1]Kategorija | RS |

    BĊ | LT | MS | B | N/M | M | SP |

    1 | KOKO "GODEL" AD, Skopje | x | | | | x | | |

    2 | AD ZIK "KUMANOVO" Kumanovo | x | | | | x | | | |

    3 | KLANICA "KOMERC", Prilep | x | | | | x | | | |

    4 | AD ZIK "CRVENA ZVEZDA" DOO Klanica so ladilnik, Stip | x | | | | x | | | |

    5 | ADMS ZIK "STRUMICA" DOO "Mosa Pijade", Strumica | x | | | | x | | | |

    6 | OP "GORNI POLOG", Gostivar | x | | | | x | | | |

    7 | DOO "STOKOKOMERC", Bitola | x | | | | x | | | |

    9 | AD "MALINA", Kriva Palanka | x | | | | x | | | |

    [1] Rimarki speċjali

    --------------------------------------------------

    Top