This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31994R3304
Commission Regulation (EC) No 3304/94 of 21 December 1994 amending certain Regulations on cereals and rice on account of the Accession of Austria, Finland and Sweden
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) nru 3304/94 tal-21 ta’ Diċembru 1994 li jemenda ċerti Regolamenti dwar iċ-ċereali u r-ross minħabba l-Adezzjoni ta’ l-Awstrija, il-Fillandja u l-Isvezja
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) nru 3304/94 tal-21 ta’ Diċembru 1994 li jemenda ċerti Regolamenti dwar iċ-ċereali u r-ross minħabba l-Adezzjoni ta’ l-Awstrija, il-Fillandja u l-Isvezja
ĠU L 341, 30.12.1994, p. 48–48
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 12/03/2009; Imħassar b' 32009R0147
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repeal | 31988R0479 | ||||
Modifies | 31992R2145 | Emenda | anness | 01/01/1995 | |
Modifies | 31993R1533 | Emenda | artikolu 14BIS | 01/01/1995 | |
Modifies | 31993R1621 | Emenda | anness 1 | 01/01/1995 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repealed by | 32009R0147 | 13/03/2009 | |||
Modified by | 32009R0147 | Revoka parzjali |
Official Journal L 341 , 30/12/1994 P. 0048 - 0048
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 65 P. 0155
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 65 P. 0155
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3304/94 tal-21 ta’ Diċembru 1994 li jemenda ċerti Regolamenti dwar iċ-ċereali u r-ross minħabba l-Adeżjoni ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kunsidrat l-Att ta’ l-Adeżjoni tan-Norveġja, l-Awstria, l-Finlandja u l-Isvezja [1], u partikolarment l-Artikolu 169(2) tiegħu, Billi l-Adezzjoni ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja tagħmilha meħtieġa li jkun irrevokat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 479/88 tat-22 ta’ Frar 1988 li jistabbilixxi r-regoli operattivi għal kwota annwali tat-tariffa tal-Komunità ta’ 2500 tunnellata ta’ xgħir mhux inkaljat tal-kodiċi ta’ nomenklatura magħquda 11071099 li joriġina minn, u mwassal mill-Fillandja [2] u l-emendi għar-Regolamenti segwenti: - Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2145/92 tad-29 ta’ Lulju 1992 li jiddefinixxi mill-ġdid iż-żoni tad-destinazzjoni għal rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni, levies ta’ l-esportazzjoni u ċerti liċenzji ta’ l-esportazzjoni għal ċereali u ross [3], - Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1533/93 tat-22 ta’ Ġunju 1993 li jistabbilixxi ċerti regoli permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 dwar l-għoti ta’ rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni fuq iċ-ċereali u l-miżuri li għandhom jittieħdu fil-każ ta’ nkwiet fis-suq taċ-ċereali [4], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 120/94 [5], - Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1621/93 tal-25 ta’ Ġunju 1993 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 dwar is-sistema tal-iffissar tal-levies ta’ l-importazzjoni għal ċereali [6], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 795/94 [7]; Billi permezz ta’ l-Artikolu 2(3) tat-Trattat ta’ l-Adezzjoni [8] l-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea jistgħu jadottaw qabel l-Adezzjoni l-miżuri riferuti fl-Artikolu 169 ta’ l-att ta’ l-Adezzjoni, liema miżuri għandhom jidħlu fis-seħħ soġġetti għal u dakinhar ta’ li jidħol fis-seħħ it-Trattat, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. Ir-Regolament (KEE) Nru 569/88 hu b’dan imħassar. 2. Il-kliem "L-Isvezja" u "Il-Fillandja" huma mħassra minn Żona II (c) fl-Anness tar-Regolament (KEE) Nru 2145/92. 3. Il-kelma "L-Awstrija" hi mħassra mill-Artikolu 14a tar-Regolament (KEE) Nru 1533/93. 4. Ir-referenzi għall-Isvezja u l-Finlandja fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 1621/93 huma mħassra. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ suġġett għal u dakinhar li jidħol fis-seħħ it-Trattat ta’ l-Adeżjoni tan-Norveġja, l-Awstria, il-Finlandja u l-Isvezja. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, fil-21 ta’ Diċembru 1994. Għall-Kummissjoni René Steichen Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU C 241, tad-29.8.1994, p. 21. [2] ĠU L 49, tat-23.2.1988, p. 8. [3] ĠU L 214, tat-30.7.1992, p. 20. [4] ĠU L 151, tat-23.6.1993, p. 15. [5] ĠU L 21, tas-26.1.1994, p. 1. [6] ĠU L 155, tas-26.6.1993, p. 36. [7] ĠU L 92, tad-9.4.1994, p. 17. [8] ĠU C 241, tad-29.8.1994, p. 9. --------------------------------------------------