Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31994R1905

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) nru 1905/94 tas-27 ta' Lulju 1994 dwar ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 399/94 li jikkonċerna miżuri speċifiċi għall-għeneb imqadded

    ĠU L 194, 29.7.1994, p. 21–25 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 06/02/2009: This act has been changed. Current consolidated version: 01/01/2007

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1994/1905/oj

    31994R1905



    Official Journal L 194 , 29/07/1994 P. 0021 - 0025
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 59 P. 0192
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 59 P. 0192


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1905/94

    tas-27 ta' Lulju 1994

    dwar ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 399/94 li jikkonċerna miżuri speċifiċi għall-għeneb imqadded

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 399/94 tal-21 ta' Frar 1994 li jikkonċerna l-miżuri għall-għeneb imqadded [1], u partikolarment l-Artikolu 4 tiegħu,

    Billi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament msemmi qabel għandhom jittrattaw partikolarment mal-miżuri speċifiċi li għandhom ikunu mplimentati, il-finanzjament tagħhom mill-Komunità, l-ammissibilità ta' l-applikazzjonijiet u l-proċedura għall-aċċettazzjoni tal-miżuri proposti;

    Billi n-natura tad-diversi miżuri speċifiċi li jistgħu ikunu proposti mill-gruppi rappreżentattivi responsabbli għall-implimentazzjoni tagħhom għandhom ikunu definuti;

    Billi l-miżuri iffinanzjati permezz ta' dan ir-Regolament m'humiex eleġibli għall-għajnuna oħra tal-Komuinità jew nazzjonali;

    Billi l-miżuri ta' kontroll xierqa u konsegwenzi finanzjarji għandhom ikunu provduti sabiex jassiguraw konformità ma' l-obligazzjonijiet taħt dan ir-Regolament;

    Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Prodotti Ipproċessati mill-Frott u l-Ħxejjex,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    IT-TITOLU I

    Dispożizzjonijiet ġenerali

    Artikolu 1

    Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament:

    (a) "Grupp rappreżentattiv b'membri f'diversi oqsma ta' l-industrija" tfisser kwalunkwe' organizazzjoni, hi x'inhi l-istatus tagħha, li, bħala applikant, hi kapaċi turi fil-ħin li hi tissottometti l-applikazzjoni tagħha, li:

    - il-membri tagha huma impriżi agrikoli li jipproduċu għeneb imqadded għall-ipproċessar, impriżi industrijali li jipproċessawhom u impriżi li jbigħuhom

    u

    - li tikkontrolla għallinqas nofs il-produzzjoni ta' l-għeneb imqadded ta' kull varjeta' fiz-zona affetwata bil-miżuri li hi tiproponi biex timplimenta

    (b) "Azzjoni Diretta" tkisser kwalunkwe' miżuri li huma bla ħsara għall-kuntratt ta' l-imġieba bejn il-Kummissjoni u l-applikant;

    (ċ) "Azzjoni indiretta" tkisser kwalunkwe' miżuri li huma bla ħsara għall-kuntratt ta' l-imġieba bejn l-entità kompitenti appuntata minn kull Stat Membru u l-applikant;

    Artikolu 2

    Il-programm ta' miżuri proposti minn grupp rappreżentattiv jista' inkludi wieħed jew iżjed mill-miżuri msemmijja fit-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 399/94.

    Il-miżuri inklużi fil-programm jistgħu biss ikunu implimentati wara li l-kuntratt ikun ġie iffirmat. Id-durezza tal-prosposta ta' l-imġieba tal-kuntratt għandha tkun il-perjodu indikat fil-programm aċċettat skond il-proċedura deskritta fil-Artikoli 8 u 9 ta' dan ir-Regolament.

    IT-TITOLU II

    Miżuri li għandhom x'jaqsmu mal-kwalità

    Artikolu 3

    1. Il-miżuri ta' taħriġ vokazzjonali referuti taħt (a) fit-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 399/94 għandu jikkonċerna wieħed jew iżjed mill-miżuri li ġejjin:

    - laqgħat ta' studju speċjalizzati għal kull kategorijja ta' ħaddiema,

    - żjarat ta' taħriġ,

    - il-pubblikazzjoni u d-distribuzzjoni tal-materjal ta' referenza awdjoviżwali,

    - korsijiet ta' taħriġ għall-kontrollaturi tal-kwalità

    2. Il-Komunità għandha tikkontibwixxi 90 % għall-iffinanzjar ta' dawn il-miżuri.

    3. Dawn il-miżuri huma azzjoni indiretta fit-tifsira ta' lArtikolu 1(c) ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 4

    1. Il-miżuri biex jittjiebu il-kondizzjonijijet tat-trasport u tal-ħażna li ssir referenza għalihom taħt (b) fit-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 399/94 għandhom jikkonċernaw wieħed jew iżjed mill-miżuri li ġejjin:

    - l-istabbeliment ta' punti ta' fejn jaslu u ta' qabel l-għażla għall-għeneb imqadded li ma jkunx għadu ġie ipproċessat,

    - ix-xiri ta' kaxex tal-plastika tat-trasport li jistgħu jitqiegħdu fuq xulxin,

    - ix-xiri ta' palletti,

    - ix-xiri ta' tamir għat-tqandil,

    - it-tgħamir ta' laboratjorji ta' kontroll tal-kampjuni, u

    - ix-xiri ta' tgħamir għall-immaniġjar għall-ħażna effettiva

    2. Il-Komunità għandha tikkontibwixxi 70 % għall-iffinanzjar ta' dawn il-miżuri.

    3. Dawn il-miżuri huma azzjoni indiretta fit-tifsira ta' l-Artikolu 1(c) ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 5

    1. Il-miżuri li ssir referenza għalihom taħt (a) fit-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 399/94 għandhom jinkludu l-miżuri li ġejjin:

    - il-ġbir tar-riżultati tat-taħriġ diġa mwettaq u li jagħmilhom disponibbli lill-persuni responsabli għall-impriżi,

    - l-iżvilupp effettiv ta' proċeduri għat-twettieq tat-tqaddid, it-tindif, l-issortjar u l-operazzjonijiet tal-ħażna fl-imħażen jew fl-impjant,

    - l-iżviluppa ta' regoli għat-tqandil u l-issortjar ta' l-għeneb imqadded li jkunu ġejjin; il-ħolqien ta' sistema ta' klassifikazzjoni kompatibbli mal-prattika internazzjonali.

    2. Il-Komunità għandha tikkontribwixi 70 % għall-iffinanzjar ta' dawn il-miżuri.

    3. Dawn il-miżuri għandhom ikunu ppreżentati u mwettqa b'kollaborazzjoni diretta mal-istituzzjonijiet u/jew l-entitajiet kompitenti f'dawn l-oqsma.

    4. Dawn il-miżuri huma azzjoni indiretta fit-tifsira ta' l-Artikolu 1(c) ta' dan ir-Regolament.

    IT-TITOLU III

    Miżuri ta' promozzjoni

    Artikolu 6

    1. L-istudju tas-suq juri li ssir referenza għalih taħt (d) fit-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 399/94 għandu jitwettaq mill-Kummissjoni kif ipprovdut fit-tieni subparagrafu jew fl-Artikolu 2 ta' dak ir-Regolament. L-istudju għandu jkun bla ħsara għal sejħa għall-offerti ppubblikata fis-serje "C" tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Din hija azzjoni diretta fit-tifsira ta' l-Artikolu 1(b) ta' dan ir-Regolament.

    2. Il-programm ta' l-informazzjoni li ssir referenza għalih taħt (e) fit-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 399/94 għandu jitwettaq mill-Kummissjoni kif ipprovdut fit-tieni subparagrafu jew l-Artikolu 2 ta' dak ir-Regolament. Il-programm għandu jkun jkun bla ħsara għal sejħa għall-offerti ppubblikata fis-serje "C" tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Din hija azzjoni diretta fit-tifsira ta' l-Artikolu 1(c) ta' dan ir-Regolament.

    3. Dawn il-miżuri għandhom ikunu kompetament iffinanzjati mill-Komunità.

    IT-TITOLU IV

    Amministrazzjoni tal-miżuri biex jippromovu l-kwalità

    Artikolu 7

    Il-miżuri li ssir referenza għalihom fl-Artikoli 3, 4 u 5 ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu proposti minn gruppi rappreżentattivi fit-tifsira ta' l-Artikolu 1(a) ta' dan ir-Regolament, li għandhom ukoll:

    - ikunu kwalifikati biex jimplimentaw il-miżuri proposti, u

    - jkunu kapaċi jiggarantixxu li x-xogħolijiet huma sodisfaċiment kompletati.

    Artikolu 8

    1. Kull applikant irid ikollu l-post tar-reġistrazzjoni tan-negozzju tiegħu fi Stat Membru.

    2. Applikazzjonijiet għall-iffinanzjar mill-Komunità għandhom ikunu ppreżentati, mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 1994, mal-korp kompitneti fl-Istat Membru ta' fejn l-applikant ikollu l-post tar-reġistrazzjoni tan-negozzju tiegħu.

    Il-korpi kompitenti huma elenkati fl-Anness t'hawnhekk.

    3. Applikazzjonijiet għandhom jinkludu:

    (a) l-isem u l-indirizz u l-artikoli ta' l-inkorporazzjoni tal-grupp rappreżentattiv ta' l-applikant;

    (b) l-informazzjoni kollha li għandha x'taqsam mal-miżuri proposti, b'deskrizzjoni dettaljata u r-raġunijiet, u indikazzjoni taż-żmien li hemm bżonn għall-implimentazzjoni tar-riżultati antiċipati;

    (ċ) sommarju tal-programm li jindika l-elementi ewlenin tiegħu;

    (d) il-prezz esklus mit-taxxi offrut għal kull miżura, espressi f'ekus, b'taqsim ta' dan l-ammont bl-oġġett flimkien mal-pjan finanzjarju korrespondenti;

    (e) l-istudji fuq liema l-miżura proposta hi bbażata jekk it-tali studji huma disponibbli;

    (f) l-aħħar rapprt ta' l-immaniġjar disponibbli u, meta xieraq, il-memorandum u l-artikoli ta' l-asssoċjazzjoni ta' l-applikant u/jew ir-Regoli tal-Proċedura.

    4. Applikazzjonijiet għandhom ikunu validi biss meta jkunu akkompanjati b'obbligazzjoni bil-miktub:

    (a) biex ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet tal-kuntratt standard u l-kriterja tal-immaniġjar stabbilita mill-Kummissjoni u magħmula disponibbli lill-applikant mill-korp kompitenti;

    (b) biex tikkommissjona studju ta' assessjar, għall-ispejjeż ta' l-aplikant, tal-miżuri mwettqa, jekk din hi mitluba mill-Kummissjoni jew mill-korp kompitenti li lilu l-applikazzjoni għall-iffinanzjar ikun ġiet ippreżentata;

    (ċ) ma taċċettax għajnuna oħra tal-Komunità jew nazzjonali għall-iskopijiet tal-miżuri tal-parti ffinanzjata mill-Komunità taħt dan ir-Regolament;

    (d) biex tippubblika b'mod ċar il-kontribuzzjoni tal-Komunità.

    Artikolu 9

    1. Il-korp kompitenti għandu jħejji lista ta' l-applikazzjonijiet kollha għall-iffinanzjar li jirċievi fil-limitu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 8(2) u għandu jibgħata lill-Kummissjoni b'opinjoni raġunata fuq kull wieħed minnhom mhux iktar tard mill-31 ta' Jannar 1995.

    2. Wara li tkun informat lill-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Prodotti proċessati mill-Frott u l-Ħxejjex, il-Kummissjoni għandha tiddetermina fl-ewwel opportunita possibbli l-applikazzjoniiet milqugħa.

    Artikolu 10

    1. L-applikanti għandhom ikunu informati individwalment bl-eżitu ta' l-applikazzjonijiet tagħhom mill-korp kompitenti malli d-deċiżjoni li ssir referenza għaliha fl-Artikolu 9(2) hija nnotifikata lill-Istat Membru.

    2. Il-korpi kompitenti għandhom jinkludu kuntratti għall-miżuri magħżula ma' l-applikanti milqugħa fi żmien xahar tan-notifikazzjoni tad-deċiżjoni lill-Istat Membru.

    Għal dan il-għan il-korpi għandhom jużaw il-kuntratt standard li għalih issir referenza fl-Artikolu 8(4)(a).

    3. Il-kuntratt m'għandux jidħol b'effett sa kemm garanazija tkun mogħtija favur il-korp kompitenti egwali għal 15 % ta' l-ammont tal-iffinanzjar tal-Komunità, sabiex tassigura eżekuzzjoni xierqa.

    Jekk prova ta' l-għoti tal-garanzija ma tkun waslet għand il-korp kompitenti fi żmien xahrejn tad-data tal-konklużjoni tal-kuntratt, dan ta' l-aħħar għandu jkun null u m'għandux ikollu kwalunkwe effett legali.

    4. Garanziji għandhom jinagħtaw b'mod konformi mar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85 [2].

    Il-ħtieġa primarja fit-tifsira ta' l-Artikolu 20 ta' dak ir-Regolament għandha tkun l-implimentazzjoni fil-limiti taż-żmien stabbiliti fil-miżuri li jinsabu fil-kuntratt li ssir referenza għalih fil-paragrafu 2.

    5. Nuqqas ta' konformità mal-ħtieġa primarja jew nuqqas serju ta' konformità ma' l-impriżi elenkati fl-Artikolu 8(4) għandu jirriżulta fil-kuntratt li jkun itterminat.

    Artikolu 11

    1. L-applikant għandu jippreżenta applikazzjoni waħda għall-pagament bil-quddiem mid-data li fiha l-kuntatt jidħol fis-seħħ.

    Il-pagament bil-quddiem jista' jkopri massimu ta' 30 % ta' l-ammont tal-iffinanzjar tal-Komunità.

    Pagamenti bil-quddiem għandhom ikunu mħallsa suġġetti għad-dispożizzjoni favur il-korp kompitenti ta' garanzija egwali għal 110 % tal-pagament bil-quddiem, ippreżentati bi qbil mar-Regolament (KEE) Nru 2220/85.

    2. Il-pagamenti għandhom ikunu magħmula fuq il-bażi ta' fatturi ppreżentati kull tlett xhur flimkien mad-dokumenti relevanti ta' sostenn u rapport transitorju dwar l-imġieba tal-kuntratt sa 70 % tat-total tal-iffinanzjar tal-Komunità. L-ewwel fatturi għandhom ikunu ppreżentati tlett xhur wara d-data li fiha l-kuntratt jidħol fis-seħħ.

    3. Applikazzjonijiet fuq il-bilanċ għandhom ikunu ppreżentati lill-korp kompitenti mhux iktar tard mill-aħħar mir-raba' xahar wara t-tkomplijja tal-miżuri li hemm provvediment dwarhom fil-kuntratt. Huma għandhom ikunu akkompanjati bi:

    - id-dokumenti relattivi ta' sostenn,

    - stqarrija li tgħid fil-qasir il-miżuri li għandhom jitwetqu,

    - rapport li jeżamina r-riżultati miksuba sad-data u l-użu li jista' jsir minnhom.

    Apparti milli fil-każi ta' force majeur, nuqqas tal-preżentazzjoni ta' l-applikazzjonijiet għall-bilanċ akkompanjat bid-dokumenti sad-data finali, għandhom jirriżultaw fi tnaqqis, ta' 3 % tal-bilanċ kull xahar tad-dewmien.

    4. Il-bilanċ għandu jkun mħallas suġġett għall-verifikazzjoni tad-dokumneti referuti fil-paragrafu 3.

    Fl-eventwalià tan-nuqqas ta' konformità mal-ħtiġiet primarji referuti fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 10(4), l-ebda ħlas m'għandu jsir ħlief f'każi ta' force majeure.

    Nuqqas ta' konformità ma ħtiġiet oħrajn għandha tirriżulta fil-bilanċ ikun mnaqqas bi proporzjoni mal-limitu tal-irregolarità rrekordjata.

    5. Il-garanzijja referuta fil-paragrafu 1 għandha tkun rilaxxata fil-mument ta' meta l-bilanċ ikun mħallas skond il-paragrafu 4.

    B'danakollu:

    (a) jekk, skond it-tilet subparagrafu tal-paragrafu 4, il-bilanċ hu mnaqqas u l-ammont ta' l-avvanzi u l-ħlasijiet referuti fil-paragrafu 2 jeċċedu l-ammont finali tal-iffinanzjar parzjali, il-proporzjon tal-garanzija li jikkorrespondi għall-ammont imħallas b'eċċess għandu jkun issekwestrat;

    (b) nuqqas li tissottometti applikazjoni għall-bilanċ sad-data finali għandu jwassal biex il-garanzija tkun issekwestrata fi proporzjon għat-tnaqqis fil-bilanċ li hemm provvediment dwar fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3.

    6. Il-korp kompitenti għandu jagħmel il-ħlasijiet li hemm provvediment dwarhom f'dan l-Artikolu fi żmien 60 ġurnata mill-wasla ta' l-applikazzjonijiet għall-ħlas tal-bilanċ. B'danakollu, dan jista' jiddeferixxi l-ħlasijiet meta iżjed verifiki huma meħtieġa.

    7. Il-korp kompetenti għandu jgħaddi r-rapprorti ta' l-evalwazzjoni referuti fil-paragrafu 3 lill-Kummissjoni nhar it-30 ġuranta wara l-wasla tad-dokumenti referuti f'dak il-paragrafu, l-iktar tard.

    8. Il-ġrajja operattiva għar-rata tal-kambju agrikolu fil-każ ta' miżuri referuti fl-Artikolu 6 għandha tkun irregolata bl-Artikolu 12(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1068/93 [3]. Il-ġrajja operattiva għar-rata tal-kambju agrikolu fil-każ tat-miżuri elenkati fl-Artikoli 3, 4 u 5 għandha tkun l-aħħar ġurnata għall-preżentazzjoni ta' l-applikazzjonijiet b'konformità ma' l-Artikolu 8(2).

    Artikolu 12

    1. Il-korpi kompitenti għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jivverifikaw:

    - l-eżattezza ta' l-informazzjoni u d-dokumenti ta' sostenn kif fornuti,

    - is-sodisfar ta' l-obligazzjonijiet kontratwali kollha,

    inter alia permezz ta' verifikar tekniku, amministrattiv u tal-kontijiet fil-fondi tal-partijiet kontrattanti u ta' kwalunkwe' mill-assoċjati tagħhom.

    Mingħajr preġudizju għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 595/91 [4], huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni immedjatament bil-miktub bi kwalunkwe irregolaritajiet skoperti.

    2. Il-Kummissjoni għandha tissorvelja implimentazzjoni tal-miżuri, b'mod partikolari billi torganizza laqgħat ta' esperti u permezz ta' verifikar fuq il-post.

    Artikolu 13

    1. Fil-każ ta' ħlas mhux dovut, il-benefiċjarju għandu jkun obligat li jħallas lura l-ammonti f'dak il-każ flimkien ma' l-imgħax kalkulat fuq il-bażi taż-żmien li jgħaddi bejn il-ħlas u r-rifondi mill-benefikant.

    Ir-rata ta' l-imgħax applikabbli għandha tkun r-rata applikata mill-Fond Monetarju Ewropew għall-Kooperazzjoni lill-operaturi tiegħu f' ecu, kif ippubblikata fis-serje "C" tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, fis-seħħ fid-data tal-ħlas mhux dovut, flimkien ma' tlett punti perċentwali.

    2. L-ammonti rkuprati, flimikien ma' l-imgħax, għandhom ikun mħallas lill-aġenziji jew lid-dipartimenti tal-pagament u mnaqqsa minn dawn ta' l-aħħar mill-infieq ffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew għal Gwida u Garanzija (FAEGG).

    Artikolu 14

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fis-27 ta' Lulju 1994.

    Għall-Kummissjoni

    René Steichen

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 54, tal-25.2.1994, p. 3.

    [2] ĠU L 205, tat-3.8.1985, p.5.

    [3] ĠU L 108, ta' l-1.5.1993, p. 106.

    [4] ĠU L 67, ta' l-14.3.1991, p.11.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    LISTA TA' KORPI KOMPETENTI SKOND L-ARTIKOLU 8(2)

    Stat Membru | Korp Kompetenti |

    B | Bureau d'intervention et de restitution belge (BIRB)Rue de Trèves 82B—1040 Bruxelles |

    Belgisch Interventie- en Restitutiebureau (BIRB)Trierstraat 82B—1040 Brussel |

    DK | EF-DirektoratetNyropsgade 26DK—1602 København V |

    D | Bundesamt für Ernährung und Forstwirtschaft (BEF)Adickesallee 40D—60322 Frankfurt am MainPostfach 18 01 07D—60082 Frankfurt am Main |

    GR | Direction for the management of agricultural products (DIDAGEP)241 Acharnon StreetGR—104 46 Athènes |

    E | Ministerio de Agricultura, Pesca y AlimentaciónSecretaría General de AlimentaciónPaseo Infanta Isabel 1E—28014 Madrid |

    F | Office national interpofessionnel des fruits, des légumes et de l'horticulture (Oniflhor)164, rue de JavelF—75015 Paris |

    IRL | Department of agriculture, food and forestryAgriculture House (7W)Kildare StreetIRL—Dublin2 |

    I | Ente per gli Interventi nel mercato agricolo (EIMA)Via Palestro 81I—00185 Roma |

    L | Administration des services techniques de l'agriculture16, route d'EschL—1470 Lussemburgu |

    NL | Produktshap voor groenten en fruitBezuidenhoutseweg 153NL—2594 AG 's-Gravenhage |

    P | Instituto Nacional de Intervenção e Garancia Agrícola (INGA)Rua Camilo Castelo Branco, no 45, 2oP—1000 Lisboa |

    UK | Intervention Board Executive AgencyFountain House2 Queen's WalkUK—Reading,BerksRG1 7QW |

    --------------------------------------------------

    Top