This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31994R1131
Council Regulation (EC) No 1131/94 of 16 May 1994 amending Regulation (EEC) No 337/75 establishing a European Centre for the Development of Vocational Training
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1131/94 tas-16 ta’Mejju 1994 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 337/75 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1131/94 tas-16 ta’Mejju 1994 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 337/75 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali
ĠU L 127, 19.5.1994, p. 1–1
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 19/02/2019; Impliċitament imħassar minn 32019R0128
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31975R0337 | Sostituzzjoni | artikolu 1.3 | 01/09/1994 | |
51994PC0020 | |||||
Partial adoption | 51994PC0020 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32019R0128 | 20/02/2019 |
Official Journal L 127 , 19/05/1994 P. 0001 - 0001
Finnish special edition: Chapter 5 Volume 6 P. 0129
Swedish special edition: Chapter 5 Volume 6 P. 0129
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1131/94 tas-16 ta’Mejju 1994 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 337/75 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 235 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3], Billi r-rappreżentanti tal-gvernijiet ta’ l-Istati Membri, f’laqgħa f’livell ta’ Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern, meta adottaw id-Deċiżjoni tad-29 ta’ Ottubru 1993 dwar il-lokazzjoni tas-sedi ta’ ċerti korpi u dipartimenti tal-Komunità Ewropea u tal-Europol [4], adottaw ukoll dikjarazzjoni bi ftehim komuni, dwar il-lokazzjoni tas-sede taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali; Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 ta’ l-10 ta’ Frar 1975 li jwaqqaf Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali [5], għandu jkun emendat fir-rigward tas-sede taċ-Ċentru; Billi l-aspetti tal-proposti li jikkonċernaw il-persunal taċ-Ċentru għandha ssir xi ħaġa dwarhom fi stadju ulterjuri; billi dan ir-Regolament ma jippreġudikax il-posizzjoni tal-persunal taċ-Ċentru, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 It-tielet paragrafu ta’ l-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 337/75 qiegħed hawn jiġi mibdul b'dan li ġej: "Iċ-Ċentru m’għandux jaħdem għall-profitt. Għandu jkollu s-sede tiegħu f’Tessaloniki." Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunità Ewropea. Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Settembru 1994. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u hu applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, 16 ta’ Mejju 1994. Għall-Kunsill Il-President Th. Pangalos [1] ĠU Nru Ċ 74, 12. 3. 1994, p. 12. [2] ĠU Nru Ċ128, 9. 5. 1994. [3] Opinjoni mibgħuta fis-27 ta’April 1994 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) [4] ĠU Nru Ċ 323, 30. 11. 1993, p. 1. [5] ĠU Nru L 39, 13. 2. 1975, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KEE) Nru 1946/93 (ĠU Nru L 181, 23. 7. 1993, p. 11). --------------------------------------------------