This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31994R1093
Council Regulation (EC) No 1093/94 of 6 May 1994 setting the terms under which fishing vessels of a third country may land directly and market their catches at Community ports
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1093/94 tas-6 ta' Mejju 1994 li jipprovdi il-kondizzjonijiet li taħthom bastimenti tas-sajd ta' pajjiż terz jistgħu jniżżlu direttament u jpoġġu fis-suq il-qbid tagħhom fil-portijiet tal-Komunità
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1093/94 tas-6 ta' Mejju 1994 li jipprovdi il-kondizzjonijiet li taħthom bastimenti tas-sajd ta' pajjiż terz jistgħu jniżżlu direttament u jpoġġu fis-suq il-qbid tagħhom fil-portijiet tal-Komunità
ĠU L 121, 12.5.1994, p. 3–5
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2009; Imħassar b' 32008R1005
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repealed by | 32008R1005 |
Official Journal L 121 , 12/05/1994 P. 0003 - 0005
Finnish special edition: Chapter 4 Volume 6 P. 0064
Swedish special edition: Chapter 4 Volume 6 P. 0064
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1093/94 tas-6 ta' Mejju 1994 li jipprovdi il-kondizzjonijiet li taħthom bastimenti tas-sajd ta' pajjiż terz jistgħu jniżżlu direttament u jpoġġu fis-suq il-qbid tagħhom fil-portijiet tal-Komunità IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3], Billi, safejn it-Trattat huwa konċernat, l-awtorità ta' l-Istat kostali fir-rigward ta' aċċess għal bastimenti ta' pajjiżi terzi fl-ilmijiet interni u portijiet huwa mħaddan mill-Istat Membru; billi, madankollu, fir-rigward ta' aċċess għal dawn il-portijiet minn bastimenti tas-sajd għall-inżul dirett u tal-bejgħ fis-suq tal-qbid tagħhom, huwa meħtieġ li miżuri addizzjonali uniformi fil-livell tal-Komunità jiġu promulgati sabiex tali ħidmiet jsiru b'mod li ma jaffetwawx il-ħidma tal-politika komuni tas-sajd, inkluz il-livelli tas-saħħa u tal-bejgħ li huma applikabbli għal produzzjoni fil-Komunità, u għalhekk jwasslu għal sitwazzjoni fejn il-kompetizzjoni tiġi mgħawġa għad-detriment tal-produzzjoni fil-Komunità u fir-rigward ta' importazzjoni b'mezzi oħra ta' trasport; Billi, partikolarment, l-inżul għandu jiġi permess biss f'portijiet fejn il-faċilitajiet ta' saħħa u verifika veterinarji huma disponibbli, u kaptani tal-bastimenti tas-sajd ikunu meħtieġa li jipproduċu dikjarazzjoni speċifika ta' l-inżul; Billi l-aċċess għall-inżul dirett minn bastimenti tas-sajd li jkollhom l-bandiera ta', jew reġistrati fi, pajjiż terz m'għandux ifixkel il-bilanċ tas-suq imfittex għal ċertu prodotti bl-użu ta' mekkaniżmi tal-prezz introdotti bħala parti mill-organizzazzjoni tas-suq; billi bejgħ ta' dawn il-prodotti għandhom għalhekk jirrispettaw il-livelli tal-prezz stabbiliti mill-Komunità; Billi, b'żieda ma' dan, l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' dawn il-prodotti jistrieħ l-aktar fuq il-kapaċità ta' l-organizzazzjonijiet tal-produtturi li jħeġġu regolarizzazzjoni tal-prezz, billi jimponu fuq il-membri tagħhom konformità mar-regoli li jaddottaw, sabiex, b'mod konformi ma' l-għanijiet tat-Trattat, sabiex jiżguraw partikolarment li sajjieda jgawdu livell tajjeb ta' għixien; billi l-vantaġġ maħluq mill-inżul dirett tal-bastimenti konċernati m'għandux iwassal, fis-setturi ta' attività ta' l-organizzazzjonijiet tal-produtturi, għal ebda periklu fl-effettività tal-miżuri addottati u implementati minn dawn l-organizzazzjonijiet fl-applikazzjoni tal-mekkaniżmi tas-swieq ta' organizzazzjoni komuni; billi għalhekk, ħlief fejn prodotti huma maħsuba għall-ipproċessar, huwa meħtieġ li l-qbid minn bastimenti tas-sajd li jtajru bandiera ta', jew reġistrati f'pajjiż terz ikun soġġett għat-tali miżuri; Billi l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament ikun jeħtieġ dispożizzjoni adekwata ta' l-informazzjoni fuq portijiet fejn l-inżul dirett u l-bejgħ fis-suq tal-bastimenti li jtajru l-bandiera ta', jew reġistrati fi, pajjiż terz huwa permess; Billi wara ċertu żmien ikun meħtieġ li jsir eżami tar-riżultati ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, ADDOTTA DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 Fuq il-kondizzjonijiet magħmula f'dan ir-Regolament, bastimenti li jtajru l-bandiera ta', jew reġistrati fi, pajjiż terz huma awtoriżżati li jniżżlu l-prodotti tas-sajd tagħhom direttament fil-portijiet ta' l-Istati Membri, għar-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa u l-bejgħ fis-suq. L-Artikolu 2 Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, it-tifsiriet li ġejjin għandhom japplikaw: 1. prodotti tas-sajd: kull prodott miġjub direttament mill-lok tal-qabda, possibilment wara trasbord bil-baħar minn bastiment ieħor, u kopert mill-Kapitolu 3 ta' l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 fuq it-tariffa u n-nomenklatura statistika u fuq it-Tariffa Komuni tad-Dwana [4]; 2. bastiment tas-sajd: - bastiment, ta' kwalunkwe daqs, użat primarjament jew sekondarjament sabiex jieħu prodotti tas-sajd; - bastiment li, anke jekk mhux wżat hu nnifsu sabiex jagħmel il-qbid bil-mezzi tiegħu, jieħu l-prodotti tas-sajd li għalihom saret referenza fl-Artikolu 1 bi trasbord lill-bastimenti oħra; - bastiment li abbord ikollu prodotti tas-sajd li għalihom saret referenza fl-Artikolu 1 huma soġġetti għal wieħed jew aktar ħidmiet qabel l-ippakkjar: tqattiegħ f'filett jew f'biċċiet, tneħħija tal-ġilda, kkapuljar, iffriżar u/jew ipproċessar. L-Artikolu 3 1. Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 90/675/KEE ta' l-10 ta' Diċembru 1990 li jipprovdu l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifika veterinarja fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi [5] u d-Direttiva 91/493/KEE tat-22 ta' Lulju 1991 li tipprovdi l-kondizzjonijiet ta' saħħa għal produzzjoni u t-tqiegħed fis-suq tal-prodotti tas-sajd [6], bastimenti tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 1 ma jistgħux iniżżlu l-qbid tagħhom għar-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa u l-bejgħ fis-suq ħlief f'portijiet msemmija mill-Istati Membri. Dawn ta' l-aħħar għandhom jiżguraw li kull verifika ta' saħħa u dik veterinarja kif hemm provdut fir-regoli fis-seħħ għal prodotti tas-sajd li għalihom saret referenza fl-Artikolu 1 jitwettqu f'dawn il-portijiet. 2. Qabel id-data li fija dan ir-Regolament isir applikabbli, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni elenku tal-portijiet li għalihom saret referenza fil-paragrafu 1. Għandhom jinnotifikaw il-Kummissjoni b'kull bidla sussegwenti għal dik il-lista. Il-Kummissjoni għandha tippubblika elenku sħiħ tal-portijiet u ħlasijiet dwar dan fis-serje "Ċ" tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. L-Artikolu 4 1. Mingħajr preġudizzju għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jwaqqaf sistema ta' kontroll applikabbli għal politika komuni tas-sajd [7], il-kaptan tal-bastiment tas-sajd li għaliħ saret referenza fl-Artikolu 1 għandu jagħmel u jagħti lill-awtoritajiet kompetenti fejn jixtieq jagħmel użu tal-faċilitajiet ta' l-inżul dikjarazzjoni li tispeċifika, għal kull prodott li jkun maħsub li jrid iniżżel: - l-oriġini u, fejn applikabbli, il-bastiment jew bastimenti minn fejn dawk il-prodotti ġew trasbordati, - il-kwantitajiet, magħżula skond l-ispeċi, - il-metodu maħsub għall-bejgħ fis-suq. 2. Il-prodotti tas-sajd li għalihom saret referenza fl-Artikolu 1 imniżżla minn bastimenti tas-sajd m'għandhomx jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa sakemm id-dikjarazzjoni li għaliha saret referenza fil-paragrafu 1 ma tkunx ġiet preżentata lill-awtoritajiet kompetenti. L-Artikolu 5 1. Il-bejgħ fis-suq ta' prodotti tas-sajd imniżżla direttament mill-bastiment tas-sajd li għaliħ saret referenza fl-Artikolu 1 li mhumiex maħsuba għall-ipproċessar għandhom ikunu suġġetti għall-kondizzjonijiet li ġejjin: - fejn il-prodotti huma elenkati fl-Annessi I jew VI tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3759/92 tas-17 ta' Diċembru 1992 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-prodotti tas-sajd u l-akwakultura [8] u li jinbiegħu fis-suq fi ħdan is-settur ta' ħidma li għalihom organizzazzjoni tal-produtturi hija rikonoxxuta, jistgħu jinbiegħu fis-suq biss jekk jaqblu mar-regoli mfassla minn dik l-organizzazzjoni tal-produtturi fuq prezz ta' irtirar jew bejgħ, fuq il-kwalità jew, għall-iskop li jiġi regolat il-forniment; Fejn ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa jsir barra dak is-settur, prodotti elenkati fl-Anness I. A, D jew E għar-Regolament (KEE) Nru 3759/92 ma jistgħux jinbiegħu bi prezz ħieles fil-fruntiera taħt il-prezz ta' irtirar jew bejgħ stabbilit fis-sena kurrenti tas-suq taħt l-Artikoli 11 jew 13 ta' dak ir-Regolament; - fejn il-prodotti huma elenkati fl-Anness II għar-Regolament (KEE) Nru 3759/92, jistgħu ma jiġux rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa bil-prezz ħieles fil-fruntiera taħt il-prezz ta' limitu stabbilit fl-Artikolu 16(2) ta' dak ir-Regolament li jnissel assistenza ta' ħażna privata; - fejn il-prodotti huma elenkati fl-Annessi IV. B jew V tar-Regolament (KEE) Nru 3759/92, ma jistgħux jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa bil-prezz liberu fil-fruntiera b'inqas mill-prezz stabbilit fl-Artikolu 22(1) ta' dak ir-Regolament. 2. Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1, il-prezz liberu fil-fruntiera għandu jikkorispondi mal-valur tal-prezz rikonoxxut tad-dwana. L-Artikolu 6 Ir-rilaxx mid-dwana jista' jsir biss wara l-produzzjoni ta' evidenza, għas-sodisfazzjon ta' awtoritajiet doganali, li l-prodotti konċernati jilħqu l-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament. L-Artikolu 7 L-Istati Membri għandhom jieħdu azzjoni xierqa sabiex jigarantixxu konformità ma' dan ir-Regolament, jinfurmaw il-kaptani tal-bastimenti konċernati bl-obbligazzjonijiet tagħhom u jippubblikaw fil-portijiet il-prezzijiet li għandhom jiġu mħarsa skond l-Artikolu 5. L-Artikolu 8 Qabel l-1 ta' Lulju 1996, il-Kummissjoni għandha tagħti l-Kunsill rapport tar-riżultati fuq l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, akkompanjat, jekk meħtieġ, minn proposti xierqa. L-Artikolu 9 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ sebat ijiem wara li jiġi publikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu japplika mill-15 ta' Mejju 1995. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, fis-6 ta' Mejju 1994. Għall-Kunsill Il-President Th. Pangalos [1] ĠU C 219, tat-13.8.1993, p. 16. [2] ĠU C 329, tas-6.12.1993, p. 1. [3] ĠU C 352, tat-30.12.1993, p. 46. [4] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2551/93 (ĠU L 241, tas-27.9.1993, p. 1). [5] ĠU L 373, tal-31.12.1990, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar minn Regolament (KEE) Nru 1601/92 (ĠU L 173, tas-27.6.1992, p. 13). [6] ĠU L 268, ta' l-24.9.1991, p. 15. [7] ĠU L 261, ta' l-20.10.1993, p. 1. [8] ĠU L 388, tal-31.12.1992, p. 1. --------------------------------------------------