Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31993R3605

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3605/93 tat-22 Novembru 1993 dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura ta' l-iżbilanċ eċċessiv mehmuża mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Europea

    ĠU L 332, 31.12.1993, p. 7–9 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 29/06/2009; Imħassar b' 32009R0479

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1993/3605/oj

    31993R3605



    Official Journal L 332 , 31/12/1993 P. 0007 - 0009


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3605/93

    tat-22 Novembru 1993

    dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura ta' l-iżbilanċ eċċessiv mehmuża mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Europea

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment it-tielet sub-paragrafu ta' l-Artikolu 104ċ(14) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, [1]

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew, [2]

    Billi t-tifsira ta' "gvern", "żbilanċ" u "investiment" huma mniżżla fil-Protokoll dwar il-proċedura ta' l-iżbilanċ eċċessiv b'referenza għas-Sistema Ewropea ta' Kontijiet Ekonomiċi Integrati (ESA) [3]; billi jenħtieġ li jkun hemm tifsiriet ċari b'referenza għall-kodiċijiet ta' klassifikazzjoni tas-ESA; billi dawn it-tifsiriet jistgħu jkunu soġġetti għal reviżjoni fil-kuntest ta' l-armonizzazzjoni meħtieġa fl-istatistika nazzjonali jew għal raġunijiet oħra; billi kull reviżjoni tas-ESA tiġi maqtugħa mill-Kunsill skond ir-regoli tal-kompetenza u l-proċedura msemmija fit-Trattat;

    Billi t-tifsira ta' "dejn" imsemmija fil-Protokoll dwar il-proċedura ta' l-iżbilanċ eċċessiv trid tkun aktar wiesgħa b'referenza għall-kodiċijiet ta' klassifikazzjoni tas-SEK;

    Billi d-Direttiva tal-Kunsill 89/130/KEE, Euratom tat-13 Frar, 1989, dwar l-armonizzazzjoni tal-kumpilazzjoni tal-prodott gross nazzjonali skond il-prezzijiet tas-suq [4] tagħti tifsira tajba, dettaljata tal-prodott gross domestiku skond il-prezzijiet tas-suq;

    Billi, skond kif jgħid il-Protokoll dwar il-proċedura ta' l-iżbilanċ eċċessiv, il-Kummissjoni jenħtiġielha li tagħti dettalji ta' statistika sabiex jintużaw f'dik il-proċedura;

    Billi jenħtieġ li jkun hemm regoli dettaljati biex jitħejjew fil-ħin u regolarment ir-rapporti mill-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar l-iżbilanċi tagħhom, ippjanati u attwali, u ta' kemm ikun id-dejn tagħhom;

    Billi, skond l-Artikolu 104ċ(2) u (3) tat-Trattat, il-Kummissjoni għandha ssegwi l-iżvilupp tas-sitwazzjoni ta' l-estimi u d-daqs tad-dejn tal-gvern fl-Istati Membri, u teżamina li jkun hemm qbil mad-dixxiplina ta' l-estimi skond kriterji li għandhom x'jaqsmu ma' żbilanċi tal-gvern u dejn tal-gvern; billi, jekk Stat Membru ma jwettaqx dak li hu mistenni minnu taħt wieħed jew iż-żewġ kriterji, il-Kummissjoni jkollha tqis il-fatturi kollha li jkollhom x'jaqsmu; billi l-Kummissjoni jkollha teżamina jekk ikunx hemm riskju ta' żbilanċ eċċessiv fi Stat Membru,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    IT-TAQSIMA 1

    Tifsiriet

    L-Artikolu 1

    1. Għall-għanijiet tal-Protokoll dwar il-proċedura ta' l-iżbilanċ eċċessiv u ta' dan ir-Regolament, dak li jingħad fil-paragrafi li jmiss huwa mfisser skond is-Sistema Ewropea ta' Kontijiet Ekonomiċi Integrati (ESA). Il-kodiċijiet fil-parentesi jirreferu għas-ESA, it-tieni edizzjoni.

    2. "Gvern" tfisser dak is-settur tal-gvern ġenerali (S60), jiġifieri gvern ċentrali (S61), gvern lokali (S62) u fondi ta' siġurtà soċjali (S63), u ma tiġborx fiha atti ta' kummerċ, kif imfissra fis-ESA.

    Li atti ta' kummerċ ma jitqisux tfisser illi s-settur tal-gvern ġenerali (S60) jiġbor fih biss oqsma istituzzjonali li jipproduċu servizzi mhux tas-suq bħala l-attività ewlenija tagħhom.

    3. "Żbilanċ tal-Gvern (żieda)" tfisser self nett meħud (self nett mogħti) (N5) tas-settur tal-gvern ġenerali (S60), kif imfisser fis-ESA. L-imgħax kompriż fl-iżbilanċ tal-gvern huwa l-għadd ta' imgħax (R41), kif imfisser fis-ESA.

    4. "Investiment tal-gvern" tfisser il-formazzjoni tal-kapital gross fiss (P41) tas-settur tal-gvern ġenerali (S60), kif imfisser fis-ESA.

    5. "Dejn tal-gvern" tfisser id-dejn gross totali f'valur nominali li jkun fadal fl-aħħar tas-sena tas-settur tal-gvern ġenerali (S60), ħlief għal dak il-passiv li l-assi finanzjarji li jikkorrispondu magħhom ikunu miżmuma mis-settur tal-gvern ġenerali (S60).

    Dejn tal-gvern huwa magħmul mill-passiv tal-gvern ġenerali f'dawn il-kategoriji: flus fl-idejn u depożiti (F20 u F30), kontijiet u short-term bonds (F40), bonds fit-tul (F50), self ieħor għal perjodi qosra (F79) u self għal perjodi medji u fit-tul (F89), kif imfissra fis-ESA.

    Il-valur nominali ta' passiv li jkun għad fadal fl-aħħar tas-sena huwa l-face value.

    Il-valur nominali ta' index-linked liability jikkorrespondi mal-face value aġġustat ma' l-index-related capital uplift akkumulat fl-aħħar tas-sena.

    Passiv muri f'munita barranija għandu jinqaleb fil-munita nazzjonali bir-rata rappreżentattiva tas-suq tal-kambju li jkun hemm fl-aħħar jum tax-xogħol ta' kull sena.

    L-Artikolu 2

    Prodott gross domestiku tfisser il-prodott gross domestiku bi prezzijiet tas-suq (GDP mp), kif imfisser fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 89/130/KEE, Euratom.

    L-Artikolu 3

    1. Ċifri ta' żbilanċ ippjanat tal-gvern tfisser iċ-ċifri stabbiliti għas-sena kurrenti mill-Istati Membri bi qbil mad-deċiżjonijiet l-iktar riċenti ta' l-awtoritajiet tagħhom li jagħmlu l-estimi.

    2. Żbilanċ attwali tal-gvern u ċifri ta' kemm ikun id-dejn tal-gvern tfisser l-istima tar-riżultati, provviżorja, nofsha finalizzata jew finali għas-sena li tkun għaddiet.

    IT-TAQSIMA 2

    Regoli u pubblikazzjoni ta' rapporti

    L-Artikolu 4

    1. Mill-bidu ta' l-1994, Stati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni l-iżbilanċi ppjanati u attwali tal-gvern tagħhom u dwar kemm ikun id-dejn tal-gvern, u dan darbtejn fis-sena, l-ewwel darba qabel l-1 Marzu tas-sena kurrenti (sena n) u t-tieni darba qabel l-1 Settembru tas-sena n.

    2. Qabel l-1 Marzu tas-sena n, Stati Membri:

    - għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni l-iżbilanċ ippjanat tal-gvern tagħhom għas-sena n, stima aġġornata ta' l-iżbilanċ attwali tal-gvern tagħhom għas-sena n-1 u l-iżbilanċi attwali tal-gvern tagħhom għas-snin n-2, n-3 u n-4,

    - għandhom fl-istess waqt jagħtu lill-Kummissjoni għas-snin n, n-1 u n-2 l-iżbilanċi fl-estimi tal-kontijiet pubbliċi tagħhom li jkunu jaqblu skond it-tifsira li tingħata l-aktar prominenza f'pajjiżhom u biċ-ċifri li jispjegaw il-passaġġ bejn dak l-isbilanċ fl-estimi fil-kontijiet pubbliċi u l-iżbilanċ tal-gvern tagħhom. Iċ-ċifri li jispjegaw dan il-passaġġ u li jingħataw lill-Kummissjoni għandhom jiġbru fihom, partikularment, iċ-ċifri tas-self nett meħud tas-sotto-setturi S61, S62 and S63,

    - għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni l-istima tagħhom ta' kemm ikun id-dejn attwali tal-gvern fl-aħħar tas-sena n-1 u kemm ikun id-dejn attwali tal-gvern għas-snin n-2, n-3 u n-4,

    - għandhom fl-istess waqt jagħtu lill-Kummissjoni għas-snin n-1 u n-2 iċ-ċifri li jispjegaw x'ikkontribwixxa għall-iżbilanċ tal-gvern tagħhom u l-fatturi l-oħra li jkollhom x'jaqsmu li kkontribwew għat-tibdil fl-ammont tad-dejn tal-gvern tagħhom.

    3. Qabel l-1 Settembru tas-sena n, Stati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni:

    - l-iżbilanċ ippjanat tal-gvern tagħhom kif aġġornat għas-sena n u l-iżbilanċi attwali tal-gvern tagħhom għas-snin n-1, n-2, n-3 u n-4, u dan bi qbil ma' dak li jingħad fit-tieni punt tal-paragrafu 2,

    - kemm ikun id-dejn attwali tal-gvern tagħhom għas-snin n-1, n-2, n-3 u n-4, u dan bi qbil ma' dak li jingħad fir-raba' punt tal-paragrafu 2.

    4. Iċ-ċifri ta' l-iżbilanċ ippjanat tal-gvern kif rappurtat lill-Kummissjoni skond il-paragrafi 2 u 3 għandhom jintwerew fil-munita nazzjonali u skond is-snin ta' l-estimi.

    Iċ-ċifri ta' l-iżbilanċ attwali tal-gvern u ta' kemm ikun id-dejn attwali tal-gvern kif rappurtati lill-Kummissjoni skond il-paragrafi 2 u 3 għandhom jintwerew fil-munita nazzjonali u skond is-snin kalendarji, ħlief għall-istimi aġġornati għas-sena n-1, li tista' tintwera skond is-snin ta' l-estimi.

    Meta is-sena ta' l-estimi ma tkunx taqbel mas-sena kalendarja, Stati Membri għandhom ukoll jirrappurtaw lill-Kummissjoni ċ-ċifri tagħhom tad-dejn attwali tal-gvern u kemm kien id-dejn attwali tal-gvern għas-sentejn ta' l-estimi qabel is-sena kurrenti ta' l-estimi.

    L-Artikolu 5

    L-Istati Membri għandhom, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 4(1), (2) u (3), jagħtu lill-Kummissjoni ċ-ċifri tan-nefqa tal-gvern tagħhom f'investimenti u tan-nefqa fuq l-imgħax.

    L-Artikolu 6

    L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-Kummissjoni tbassir dwar il-prodott gross domestiku tagħhom għas-sena n u l-ammont attwali tal-prodott gross domestiku tagħhom għas-snin n-1, n-2, n-3 u n-4, fl-istess żmien kif imsemmi fl-Artikolu 4(1).

    L-Artikolu 7

    F'każ ta' reviżjoni tas-ESA, kif jaqtagħha l-Kunsill skond ir-regoli tal-kompetenza u l-proċedura msemmija fit-Trattat, il-Kummissjoni għandha ddaħħal ir-referenzi l-ġodda għas-ESA fl-Artikoli 1 u 4.

    L-Artikolu 8

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 Jannar 1994.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tieghu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fit-22 Novembru 1993.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    Ph. Maystadt

    [1] ĠU C 324, ta' l-1.12.1993, p. 8; uĠU C 340, tas-17.12.1993, p. 8.

    [2] ĠU C 329, tas- 6.12.1993.

    [3] Uffiċċju ta' l-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, Sistema Ewropea ta' Kontjiet Ekonomiċi Integrati (ESA), it-tieni edizzjoni.

    [4] ĠU L 49, tal-21.2.1989, p. 26.

    --------------------------------------------------

    Top