EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31993R2608

Ir-regolament tal-kummissjoni (KEE) nru 2608/93 tat-23 ta' Settembru 1993 li jemenda l-Annessi I, II u III tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta' l-ikel

ĠU L 239, 24.9.1993, p. 10–13 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2008

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1993/2608/oj

31993R2608



Official Journal L 239 , 24/09/1993 P. 0010 - 0013
Finnish special edition: Chapter 15 Volume 13 P. 0040
Swedish special edition: Chapter 15 Volume 13 P. 0040


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) nru 2608/93

tat-23 ta' Settembru 1993

li jemenda l-Annessi I, II u III tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta' l-ikel

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkonsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 ta' l-24 ta' Ġunju 1991 dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta' l-ikel [1], kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 207/93 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

Billi pjanti miġbura minn żoni naturali li m'għaddewx minn trattamnet ta' prodotti li mhumiex awtorizzati fil-biedja organika għandhom jiġu meqjusa bħala li nkisbu skond il-metodu ta' produzzjoni organika, fejn ġbir bħal dan ikun sar f'żoni u spezzjonati minn persuni taħt id-dispożizzjonijiet tas-sistema ta' spezzjonar li jistabbilixxi l-Artikolu 9 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91; billi għalhekk, l-Annessi I u III għandhom jiġu emendati;

Billi fil-każ ta' xi varjetajiet ta' siġar tat-tuffieħ it-trattament tal-weraq bil-chloride tal-kalċju jidher indispensabbli biex jissodisfa kif suppost il-bżonn tagħhom ta' nutrizzjoni ta' kalċju; filwaqt li l-prattika m'għandha l-ebda effet sinifikattiv fuq l-ambjent; filwaqt li, għalhekk, il-chloride tal-kalċju għandu jiġi mdaħħal fil-parti A ta' l-Anness II;

Bili skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 l-importaturi tal-prodotti minn pajjiżi terzi huma obbligati li jissottomettu l-intrapriżi tagħhom għas-sistema ta' spezzjonar msemmija fl-Artikolu 9; filwaqt li, għalhekk, regoli ta' implimentazzjoni dettaljati għandhom jiġu żviluppati sabiex jaġġustaw id-dispożizzjonijiet kurrenti ta' l-Anness III għas-sitwazzjoni ta' l-importaturi ta' prodotti fil-Komunità; filwaqt li għal raġunijiet ta' kjarezza dawk id-dispożizzjonijiet ġew miġbura f'sezzjoni separata ta' l-Anness III;

Billi l-miżuri mniżżla f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu14 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I, II u III tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 huma b' dan emendati kif muri fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jiġi nfurzat fis-seba' ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Id-dispożizzjonijiet ta' punt 6 tal-parti Ċ ta' l-Anness għandhom jiġu nfurzati sitt xhur wara d-data ta' pubblikazzjoni bħal din.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-23 ta' Settembru 1993.

Għall-Kummissjoni

René Steichen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 198, tat-22.7.1991, p. 1.

[2] ĠU L 25, tat-2.2.1993, p. 5.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

A. It-test tas-sezzjoni "Pjanti u prodotti tal-pjanti" ta’ l-Anness I huwa emendat kif ġej:

1. Fl-aħħar subparagrafu tal-punt 2 il-kliem

"(preparazzjonjiet biodinamiċi)"

huma mħassra. Wara dak is-subparagrafu s-subparagrafu li ġej hu miżjud:

"Il-magħrufa bħala "preparazzjonijiet biodinamiċi" mit-tqiq tal-ġebel, mid-demel jew mill-pjanti jistgħu jiġu użati ukoll għall-iskopijiet koperti minn dan il-paragrafu."

2. Il-punt 4 li ġej hu miżjud:

"4. Il-ġbir ta’ pjanti tajba għall-ikel u partijiet minnhom, li jikbru naturalment f żoni naturali, foresti u żoni agrikoli, huwa meqjus metodu ta’ produzzjoni organika sakemm:

- dawk iż-żoni ma rċevew l-ebda trattamenti bi prodotti oħra barra dawk imsemmija f’L-Anness II għall-perjodu ta’ tliet snin qabel il-ġbir.

- il-ġbir ma jaffettwax l-istabbilità ta’ l-abitat naturali jew il-manteniment ta’ l-ispeċi fiż-żona tal-ġbir."

B. Ma’ l-Anness II, parti A, il-prodott li ġej hu miżjud:

"Isem | Deskrizzjoni, rekwiżiti tal-kompożizzjoni, kundizzjonijiet għall-użu |

Kalċju Klorid | Trattament għall-weraq tas-siġar tat-tuffieħ wara li jkunu ppruvati defiċenzi ta’ kalċju u/jew magneżju; ħtieġa rikonoxxuta mill-korp ta’ kontroll" |

C. L-Anness III huwa emendat kif ġej:

1. It-titolu ta’ parti A hu mibdul b’li ġej:

"A. Pjanti u prodotti tal-pjanti mill-produzzjoni ta’ l-irziezet jew ġbir."

2. It-test tal-punt 2 ta’ parti A huwa mibdul b’li ġej:

"2. Meta l-arranġamenti ta’ l-ispezzjonar huma implimentati għall-ewwel darba, il-produttur, anke fejn l-attività tiegħu hi limitata għall-ġbir ta’ pjanti selvaġġi, u l-korp spezzjonanti għandu jfassal:

- deskrizzjoni sħiħa ta’ l-untià, li turi l-bini għall-ħżin u l-produzzjoni u biċċiet tar-raba’ u/jew żoni tal-ġbir u, fejn applikabbli, bini fejn xi proċessar u/jew operazzjonijiet ta’ l-imballeġġjar iseħħu,

- il-miżuri prattiċi kollha li għandhom jittieħdu mill-produttur fil-livell ta’ l-untità biex jassigura konformità mad-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan ir-Regolament.

- u, fil-każ tal-ġbir ta’ pjanti selvaġġi, il-garanziji mogħtija minn partiti terzi, jekk xieraq fejn rilevanti li l-produttur jista’ jipprovdi biex jassigura li l-dispożizzjonijiet ta’ l-Anness I, punt 4 huma sodisfatti.

Id-deskrizzjoni u l-miżuri konċernati għandhom jinżammu f’rapport ta’ spezzjonar b’firma sottoskritta tal-produttur konċernat.

Barra minn hekk, ir-rapport għandu jispeċifika:

- id-data ta’ l-aħħar applikazzjoni fuq il-biċċiet u/jew iż-żoni ta’ ġbir konċernati ta’ prodotti li l-użu tagħhom mhuwiex kompatibbli ma’ l-Artikolu 6(1)(b),

- intrapriża mill-produttur biex iwettaq l-operazzjonjiet skond l-Artikoli 5 u 6 u biex jaċċetta, f’każ ta’ ksur, infurzar tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 9(9) u fejn rilevanti, l-Artikolu 10(3)".

3. It-test tal-punt 8 ta’ parti A hu mibdul b’li ġej:

"8.1 Il-Prodotti kif imsemmija fl-Artikolu1 jistgħu jiġu trasportati għal untitajiet oħra, inklużi bejjiegħa bl-ingrossa u bl-imnut, biss f’imballeġġjar xieraq jew containers magħluqa b’mod li ma jħallux issir sostituzzjoni tal-kontenut u mogħnija b’tikketta li tistqarr, mingħajr preġudizzju għal xi indikazzjonijiet oħra meħtieġa mil-liġi:

(a) l-isem u l-indirizz tal-persuna resposabbli għall-produzzjoni jew il-preparazzjoni tal-prodott, jew, fejn bejjiegħ ieħor hu msemmi, dikjarazzjoni li tagħmilha possibbli għall-unità li qed tirċievi u l-korp spezzjonanti li jidentifikaw mingħjr tfixkil il-persuna responsabbli għall-produzzjoni tal-prodott;

(b) l-isem tal-prodott, inkluża referenza għall-metodu ta’ produzzjoni organika, skond l-Artikolu 5.

8.2 Madanakollu, l-għeluq ta’ l-imballeġġjar jew tal-kontenituri mhuwiex meħtieġ fejn:

(a) it-trasportazzjoni hi bejn produttur u operatur ieħor li huma t-tnejn soġġetti għas-sistema ta’l-ispezzjonar imsemmija fl-Artikolu 9, u

(b) il-prodotti jkollhom magħhom dokument li jagħti l-informazzjoni meħtieġa taħt is-subparagrafu ta’ qabel."

4. L-aħħar subparagrafu tal-punt 1 ta’ parti B hu mibdul b’li ġej:

"Barra minn hekk, ir-rapport għandu jinkludi ftehim mill-operatur li jwettaq l-operazzjonijiet b’tali mod li jikkonformaw ma’ l-Artikolu 5 u li jaċċetta, f’każ ta’ ksur, l-infurzar tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 9(9) u, fejn rilevanti, fl-Artikolu 10(3)."

5. Il-Punt 6 tal-parti B hu mibdul b’li ġej:

"6. Il-Prodotti kif imsemmija fl-Artikolu 1 jistgħu jiġu trasportati għall-unitajiet oħra, inklużi bejjiegħa bl-ingrossa u u bl-imnut, biss f’imballeġġjar xieraq jew containers magħluqa b’mod li ma jippermetux is-sostituzzjoni tal-kontenut u mogħnija b’tikketta li tistqarr, mingħajr preġudizzju għal xi indikazzjonijiet oħra meħtieġa mil-liġi:

(a) l-isem u l-indirizz tal-persuna resposabbli għall-produzzjoni jew il-preparazzjoni tal-prodott, jew, fejn bejjiegħ ieħor hu msemmi, dikjarazzjoni li tagħmilha possibbli għall-untità li qed tirċievi u l-korp spezzjonanti li jidentifikaw mingħajr tfixkil il-persuna responsabbli għall-produzzjoni tal-prodott;

(b) l-isem tal-prodott, inkluża referenza għall-metodu ta’ produzzjoni organika, skond id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ l-Artikolu 5.

Ma’ l-irċevuta ta’ prodott kif imsemmi fl-Artikolu 1, l-operatur għandu jagħmel tiftix fuq l-egħluq ta’ l-imballeġġjar jew il-kontenitur fejn hu meħtieġ u l-preżenza ta’ l-indikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu ta’ qabel dan, f’punt A.8.1 jew f’punt Ċ.8. Ir-riżultat ta’ din il-verifika għandu jkun espliċitament imsemmi fil-kontijiet imsemmija f’punt B.2. Fejn it-tiftix iħalli xi dubbju li l-prodott konċernat ġie minn operatur soġġett għas-sistema ta’ l-ispezzjonar li jistabbilixxi l-Artikolu 9, jista’ biss jiġi proċessat jew imballeggjat wara t-tneħħija ta’ dak id-dubbju, sakemm ma jiġix imqiegħed fis-suq mingħajr indikazzjoni li għandha x’taqsam mal-metodu ta’ produzzjoni organika".

6. Il-parti li ġejja hi miżjuda:

"Ċ. L-importaturi ta’ prodotti tal-pjanti u affarijiet ta’ l-ikel magħmula essenzjalment minn prodotti tal-pjanti minn pajjiżi terzi

1. Meta l-arranġamenti ta’ l-ispezzjonar huma implimentati għall-ewwel daraba, l-importatur u l-korp spezzjonant għandhom ifasslu:

- deskrizzjoni sħiħa tat-taqsimiet ta’ l-importatur u ta’ l-attivitajiet ta’ l-importazzjoni tiegħu, li jindikaw sakemm hu possibbli l-punti ta’ dħul tal-prodotti fil-Komunità u kwalunkwe faċilitajiet oħra li l-importatur għandu l-intenzjoni li juża għall-ħażna tal-prodotti impurtati;

- il-miżuri prattiċi kollha li għandhom jittieħdu mill-importatur biex jassigura konformità ma’ dan ir-Regolament.

Id-deskrizzjoni u l-miżuri konċernati għandhom jinżammu f’rapport ta’ spezzjoni, b’firma sottoskritta ta’ l-importatur ikkonċernat.

Barra minn hekk, ir-rapport għandu jinkludi ftehim mill-importatur

- biex iwettaq l-operazzjonijiet ta’ l-importazzjoni b’tali mod li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ Artikolu 11 u biex jaċċetta, f’każ ta’ ksur, l-infurzar tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 9(9);

- biex jassigura li kwalunkwe faċilitajiet ta’ ħażna li l-importatur juża’ huma miftuħa għall-ispezzjonar, li għandha titwettaq jew mill-korp spezzjonanti jew, meta l-faċiltajiet ta’ ħażna jinstabu fi Stat Membru ieħor jew f’reġjun ieħor, minn korp ta’ spezzjoni approvat għall-ispezzjonar f’dak l-Istat Membru jew reġjun.

2. Għandhom jinżammu kontijiet miktuba li jippermettu l-korp ta’ spezzjoni li jintraċċa għal kull lot ta’ prodotti msemmija fl-Artikolu1, importati minn pajjiż terz:

- l-oriġini, n-natura u l-kwantità tal-lott konċernat, u fuq talba mill-korp ta’ spezzjoni, kwalunkwe dettalji fuq l-arranġamenti ta’ trasport mill-esportatur fil-pajjiż terz għat-taqsimiet jew il-faċilitajiet ta’ ħażna ta’ l-importatur;

- ix-xorta, il-kwantitajiet u min qed jikkunsinnja l-lott konċernat, u fuq talba mill-korp ta’ spezzjoni, dettalji fuq l-arranġamenti ta’ trasport mit-taqsimiet jew il-faċilitajiet ta’ ħżin ta’ l-importatur għal min qed jagħmel il-kunsinna.

3. L-importatur għandu jinforma l-korp ta’ spezzjoni b’kull kunsinna importata fil-Komunità, bl-għoti ta’ kwalunkwe dettalji li dan il-korp jew awtorità tista’ teħtieġ, bħal kopja taċ-ċertifikat ta’ ispezzjoni għall-importazzjoni ta’ prodotti organiċi. Meta l-prodotti konċernati qed jiċċirkolaw fi Stat Membru jew reġjun ieħor barra minn dak fejn il-korp ta’ spezzjoni hu approvat għall-ispezzjonar, dak il-korp jista’ jgħaddi l-informazzjoni lil xi korp approvat għall-ispezzjonar f’dak l-Istat Membru jew reġjun, għal ispezzjonar fuq il-post tal-kunsinna importata.

4. Fejn prodotti importati msemmija fl-Artikolu 1 huma maħżuna f’faċilitajiet ta’ ħażna fejn prodotti agrikoli u affarijiet ta’ l-ikel oħra huma wkoll proċessati, imballeġġjati jew maħżuna:

- il-prodotti kif imsemmija fl-Artikolu 1 għandhom jinżammu separati mill-prodotti agrikoli u/jew l-affarijiet ta’ l-ikel l-oħra;

- għandha tittieħed kull miżura biex tassigura l-identifikazzjoni ta’ lottijiet u biex jiġi evitat it-taħlit ma’ prodotti mhux miksuba skond ir-regoli mniżżla f’dan ir-Regolament.

5. Barra miż-żjajjar ta’ spezzjonar mhux avżat, il-korp ta’ spezzjoni għandu jagħmel spezzjoni fiżika sħiħa, għall-inqas darba f’sena, tal-bini ta’ l-importatur u, fejn rilevanti, ta’ selezzjoni tal-faċilitajiet ta’ ħżin oħra li l-importatur juża.

Il-korp ta’ spezzjoni għandu jispezzjona l-kontijiet miktuba msemmija f’ punt C.2 u ċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 11(1)(b) u (3). Jistgħu jittieħdu kampjuni ta’ sostanzi mhux awtorizzati taħt dan ir-Regolament biex jiġu ttestjati. Madanakollu, għandhom jittieħdu fejn l-użu ta’ sostanzi mhux awtorizzati huwa suspettat. Għandu jsir rapport ta’ spezzjoni wara kull żjara, b’firma sottoskritta tal-persuna responsabbli għall-untità spezzjonata.

6. L-importatur għandu, għal raġunijiet ta’ spezzjonar, jagħti lill-korp ta’ spezzjoni aċċess għall-bini u għall-kontijiet miktuba u d-dokumenti ta’ support relevanti, b’mod partikolari xi ċertifikati ta’ l-importazzjoni. Għandu jagħti lill-korp ta’ spezzjoni kwalunkwe informazzjoni neċessarja għall-iskopijiet ta’ l-ispezzjoni.

7. Il-Prodotti msemmija fl-Artikolu 1 għandhom jiġu importati minn pajjiż terz f’imballeġġjar xieraq jew kontenituri magħluqa b’tali mod li jipprevjenu li ssir is-sostituzzjoni tal-kontenut u mogħnija b’identifikazzjoni mill-esportatur u b’kwalunkwe marki u numri oħra li jservu biex il-lott jiġi identifikat maċ-ċertifikat ta’ spezzjoni.

Ma’ l-irċevuta ta’ prodott kif imsemmi fl-Artikolu 1, impurtat minn pajjiż terz, l-operatur għandu jagħmel tiftix fuq l-egħluq ta’ l-imballeġġjjar jew il-kontenitur u l-korrispondenza ta’ l-identifikazzjoni tal-lott maċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 11(1)(b) jew ċertifikat simili fejn meħtieġ mill-awtoritajiet taħt kwalunkwe arranġamenti adottati taħt l-Artikolu 11(6). Ir-riżultat ta’ din il-verifika għandu jkun espliċitament imsemmi fil-kontijiet imsemmija f’punt Ċ.2. Fejn it-tiftix iħalli kwalunkwe dubbju dwar l-oriġini tal-prodott minn pajjiż terz jew minn esportatur f’pajjiż terz mhux aċċettat taħt l-Artikolu 11, il-prodott għandu jitqiegħed fis-suq, jew proċessat jew imballeġġjat, biss wara li dubbju bħal dan jitneħħa, sakemm mhux imqiegħed fis-suq mingħajr indikazzjoni tal-metodu ta’ produzzjoni organika.

8. Prodotti kif imsemmija fl-Artikolu1 jistgħu jiġu trasportati għall-untitajiet oħra, inklużi bejjiegħa bl-ingrossa u bl-imnut, biss f’imballeġġjjar xieraq jew "containers" magħluqa b’mod li jipprevenu milli ssir is-sostituzzjoni tal-kontenut u mogħnija b’tikketta li tistqarr, mingħajr preġudizzju għal xi indikazzjonijiet oħra meħtieġa mil-liġi:

(a) l-isem u l-indirizz ta’ l-imporatur tal-prodott, jew dikjarazzjoni li tagħmilha possibli għall-untità li qed tirċievi u għall-korp ta’ spezzjoni li jidentifikaw mingħajr tfixkil l-importatur tal-prodott;

(b) l-isem tal-prodott, inkluża referenza għall-metodu ta’ produzzjoni organika, taħt l-Artikolu 5."

--------------------------------------------------

Top