This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31993R1943
Commission Regulation (EEC) No 1943/93 of 16 July 1993 concerning the issue of import documents for preserves of certain species of tuna originating in third countries
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1943/93 tas-16 ta' Lulju 1993 dwar il-ħruġ ta' dokumenti għall-preżervati ta' ċerti speċi ta' tonn li jkun ġej minn pajjiżi terzi
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1943/93 tas-16 ta' Lulju 1993 dwar il-ħruġ ta' dokumenti għall-preżervati ta' ċerti speċi ta' tonn li jkun ġej minn pajjiżi terzi
ĠU L 176, 20.7.1993, p. 23–23
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Official Journal L 176 , 20/07/1993 P. 0023 - 0023
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1943/93 tas-16 ta' Lulju 1993 dwar il-ħruġ ta' dokumenti għall-preżervati ta' ċerti speċi ta' tonn li jkun ġej minn pajjiżi terzi IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3759/92 tas-17 ta' Diċembru 1992 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-prodotti tas-sajd u l-akwakultura [1], kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 697/93 [2], u b'mod partikolari Artiklu 21 (5) tiegħu, Billi r-Regolament tal-Kummisjoni (KEE) Nru 1792/93 [3], ta lill-importaturi godda, kif imsemmija fl-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kummisjoni (KEE) Nru 3900/92 [4], id-dritt li jimportaw 210 tunnellata preżervati ta' ċerti speċi ta' tonn, billi, minħabba l-ammonti żgħar involuti, jekk il-kwantitajiet li tkun saret applikazzjoni għalihom tkun iktar minn dawk disponibbli, il-Kummissjoni ttella' bix-xorti minn fost l-applikazzjonijiet li jidħlu fl-istess ġurnata; Billi l-applikazzjonijiet għall-importazzjoni magħmula mill-importaturi ġodda fit-13 ta' Lulju 1993 kienu għal kwantità ta' 4980 tunnellata; billi l-Kummissjoni tellgħet bix-xorti minn fost dawn l-applikazzjonijiet li daħlu fil-15 ta' Lulju 1993; Billi l-ħruġ ta' dokumenti ta' importazzjoni għal iktar applikazzjonijiet mill-Istati Membri għandu jiġi sospiż, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 Għat-talbiet magħmula fit-13 ta' Lulju 1993, skond l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament (KEE) Nru 3900/92, id-dokumenti għall-importazzjoni ta' tonn ippreservat ta' l-ispeċi Tunnus, tonn jew tumbrell (Euthynnus pelamis) u speċi oħrajn tal-ġeneru Euthynnus li jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex16041411, ex16041419, ex16041930 u ex16042070 li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi imsemmija fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3900/92 huma mqassma hekk: (tunnellati) | Riċevitur | Kwantità mogħtija | Matrico Belgium | 15 | Becker, Ernst | 15 | Bioreform Ltd | 15 | Campione & Farnetani GmbH | 15 | Hofka Warenhandelsgesellschaft mbH | 15 | Kaiser's Kaffee-Geschäft AG | 15 | Lohmann Vertriebsgesellschaft mbH | 15 | Merkur Delta intern, Patenreederei | 15 | Rickertsen Getränke Vertrieb GmbH & Co. KG | 15 | Rickertsen, Georg & Jurgen (GmbH & Co.) | 15 | Schaub, H. Friedrich & Co. | 15 | Wolf Handelsgesellschaft mbH | 15 | Photocopying Equipment & Rentals (SE) Ltd | 15 | W.H. Frost Ltd | 15 | L-Artikolu 2 Il-ħruġ ta' dokumenti għall-importazzjoni għat-tonn ippreservat ta' l-ispeċi Tunnus, tonn jew tumbrel (Euthynnus pelamis) u speċi oħra tal-ġeneru Euthynnus li jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex16041411, ex16041419, ex16041930 u ex16042070 li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi kif imsemmija fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3900/92 għandhom jiġu sospiżi skond l-Artikolu 3(1)(b) ta' dak ir-Regolament ta' l-14 ta' Lulju 1993. L-Artikolu 3 Dan ir-Regolament ser jidħol fis-seħħ fl-20 ta' Lulju 1993. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, 16 ta'Lulju 1993. Għall-Kummissjoni Yannis Paleokrassas Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 388, tal-31.12.1992, p. 1. [2] ĠU L 76, tat-30.3.1993, p. 12. [3] ĠU L 163, tas-6.7.1993, p. 21. [4] ĠU L 392, tal-31.12.1992, p. 26. --------------------------------------------------