EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31993R0317

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 317/93 tad-9 ta’ Frar 1993 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1906/90 dwar ċerti standards tal-marketing tal-laħam tat-tjur

ĠU L 37, 13.2.1993, p. 8–8 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2008; Impliċitament imħassar minn 32007R1234

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1993/317/oj

31993R0317



Official Journal L 037 , 13/02/1993 P. 0008 - 0008
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 48 P. 0086
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 48 P. 0086


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 317/93

tad-9 ta’ Frar 1993

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1906/90 dwar ċerti standards tal-marketing tal-laħam tat-tjur

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-laħam tat-tjur [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 2(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi r-Regolament (KEE) Nru 1906/90 [2] jistabbilixxi ċerti standards tal-marketing tal-laħam tat-tjur;

Billi d-definizjonijiet tal-laħam tat-tjur li jinsabu fir-Regolament (KEE) Nru 1906/90 għandhom jiġu emendati sabiex jeskludu kull tip ta’ tħejjijiet mil-laħam tat-tjur;

Billi, sabiex tingħata konsiderazzjoni xierqa lill-kondizzjonijiet tal-marketing tal-laħam tat-tjur fil-livell tal-bejgħ bl-imnut, l-Istati Membri għandhom jitħallew jistabbilixxu l-ħtiġiet speċifiċi tat-temperaturi għall-qtugħ u ħażna tal-laħam frisk tat-tjur fil-kummerċ tal-bejgħ bl-imnut,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

ARTIKOLU 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 1906/90 huwa hawnhekk emendat kif ġej

"1. "laħam tat-tjur" ifisser: il-laħam tat-tjur li huma addattati għall-konsum mill-bniedem, li ma jkun għadda minn ebda tip ta’ trattament għajr għat-trattament tat-tkessiħ;"

2. Il-punt 5 ta’ l-Artikolu 2 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

"5. "laħam frisk tat-tjur". ifisser: il-laħam tat-tjur li ma jibbiesx bil-proċess tat-tkessiħ, li jrid jinżamm f’temperatura ta’ mhux inqas minn 2°C u mhux iktar minn 4°C f’kull ħin; madankollu, l-Istati Membri jistgħu jiffissaw ħtiġiet ta’ temperaturi differenti għall-qtugħ u l-ħażna tal-laħam frisk tat-tjur li jitwettqu fil-ħwienet tal-bejgħ bl-imnut jew f’postijiet li jmissu mal-fondi tal-bejgħ, fejn il-qtugħ u l-ħażna jitwettqu biss sabiex il-konsumatur ikun jista’ jinqeda fuq il-post;".

Artikolu 2

Dan ir- Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-7 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Madanakollu, id-dispożizzjonijiet tal-punt 1 ta’ l-Artikolu 1 għandhom jidħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1994.

Dan ir- Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-9 ta’ Frar 1993.

Għall-Kunsill

Il-President

B. Westh

[1] ĠU L 282, ta’ l-1.11.1975, p. 77. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru. 1235/89 (ĠU L 128, tal-11.5.1989, p. 29).

[2] ĠU L 173, tas-6.7.1990, p. 1.

--------------------------------------------------

Top