Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31993R0085

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 85/93 tad-19 ta’ Jannar 1993 dwar aġenziji ta’ kontroll fis-settur tat-tabakk

    ĠU L 12, 20.1.1993, p. 9–12 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2005

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1993/85/oj

    31993R0085



    Official Journal L 012 , 20/01/1993 P. 0009 - 0012
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 48 P. 0007
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 48 P. 0007


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 85/93

    tad-19 ta’ Jannar 1993

    dwar aġenziji ta’ kontroll fis-settur tat-tabakk

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2075/92 tat-30 ta' Ġunju 1992 li jistipula miżuri speċjali dwar is-suq fit-tabakk mhux maħdum [1], u partikolarment l-Artikolu 20 (8) tiegħu,

    Billi, skond l-Artikolu 20 (2) tar-Regolament (KEE) Nru 2075/92, kull Stat Membru li jipproduċi aktar minn kwantità minima għandu jistabbilixxi aġenzija bil-għan li twettaq ċerti kontrolli u dmirijiet oħra konnessi ma’ l-iskema ta’ l-għajnuna għall-produzzjoni tat-tabakk; billi l-aġenzija trid tkun f’posizzjoni biex twettaq l-inkarigi speċifikati f’dak ir-Regolament; billi kull aġenzija jrid ikollha għalhekk is-setgħat minimi meħtieġa biex twettaq dawk l-inkarigi;

    Billi, sabiex jiggarantixxi l-applikazzjoni sew u effettiva tar-regoli fis-settur, l-Artikolu 20 (3) tar-Regolament (KEE) Nru 2075/92 jispeċifika li l-aġenzija għandha tingħata s-setgħat kollha mill-Istat Membru kkonċernat biex twettaq l-inkarigi tagħha; billi għal dan l-għan kull Stat Membru jrid jagħti lill-ispetturi ta’ l-aġenzija s-setgħat biex jitolbu dik l-informazzjoni u biex jagħmlu dawk il-verifiki li huma meħtieġa biex iwettqu l-inkarigi ta’ l-aġenzija;

    Billi s-superviżjoni ta’ l-applikazzjoni tar-regoli tal-Komunità teħtieġ il-verifika tal-karatteristiċi tat-tabakk; billi għalhekk huwa meħtieġ li l-ispetturi jitħallew jieħdu kampjuni tat-tabakk maħżuna mill-persuni suġġetti għas-superviżjoni;

    Billi bl-iskop li l-ispezzjonijiet ikunu iktar effikaċi għandha ssir disposizzjoni għad-dipartimenti tal-kontroll li joperaw f’kull aġenzija;

    Billi l-Istat Membru kkonċernat irid jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex iħares id-drittijiet tal-persuni suġġetti għall-kontroll li l-interessi jistgħu jkunu affettwati b’dan;

    Billi l-aġenzija se twettaq ix-xogħol tagħha skond skeda tax-xogħol u budget imħejji mill-Istat Membru kkonċernat li jaġixxi fuq proposta mill-aġenzija u wara li jikkonsulta l-Kummissjoni; billi l-kontenut minimu ta’ l-iskeda u d-daqs tal-budget, u wkoll il-proċedura li għandha timxi magħha għall-istabbiliment tagħhom u l-aġġustament possibbli, għandhom għalhekk jiġu stipulati;

    Billi, taħt l-Artikolu 20 (4), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (KEE) Nru 2075/92, il-Kummissjoni regolarment tissorvelja x-xogħol ta’ l-aġenziji; billi bħala konsegwenza għandha tiġi stipulata proċedura li biha l-Kummissjoni u l-Istat Membru kkonċernat jinżammu informati bil-progress tat-tali xogħol;

    Billi, sabiex il-Kummissjoni tissorvelja sew l-operazzjoni u l-attivitajiet ta’ l-aġenziji jkun xieraq li tiġi provduta l-possibiltà li din ta’ l-aħħar tkun rappreżentata fl-aġenziji u li jitniżżlu disposizzjonijiet dettaljati għat-tali parteċipazzjoni;

    Billi l-Komunità se tikkontribwixxi għall-ispiża attwali ta’ l-aġenziji; billi l-proċeduri għal din l-operazzjoni ta’ l-iffinanzjar għandha għalhekk tiġi stipulata, flimkien mal-proċeduri ta’ kull xogħol ta’ verifika konness magħha;

    Billi it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 20 (4), tar-Regolament (KEE) Nru 2075/92 jipprovdi li l-aġenzija tista’ tibgħat lill-Istat Membru u l-Kummissjoni rapporti regolari dwar ix-xogħol li wettqet; billi l-limiti taż-żmien biex jintbgħatu dawn ir-rapporti għandhom ikunu stabbiliti;

    Billi huwa l-każ li jkunu provduti miżuri speċjali għall-1993 minħabba ż-żmien meħtieġ biex jiġu stabbiliti l-aġenziji tal-kontroll fl-Istati Membri li jipproduċu t-tabakk;

    Billi l-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma b'mod konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta' Gestjoni tat-Tabakk,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1. L-aġenziji tal-kontroll riferuti fl-Artikolu 20 (2) tar-Regolament (KEE) Nru 2075/92 għandhom jiġu stabbiliti minn kull Stat Membru ikkkonċernat mhux aktar tard mit-30 t’April 1993.

    2. Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni sew tar-regoli tal-Komunità fis-settur tat-tabakk, l-aġenzija għandhom, skond il-programm tax-xogħol riferut fl-Artikolu 3, partikolarment:

    (a) iwettqu kontrolli sħaħ fuq il-kunsinni kollha tat-tabakk għall-impriżi li jagħmlu l-ewwel ipproċessar;

    (b) iħejju ċ-ċertifikat tal-kontroll riferut fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3478/92 [2];

    (ċ) iwettqu spezzjonijiet ta’ sikwit u mhux avżati ta’ l-impriżi li jagħmlu l-ewwel ipproċessar;

    (d) jipproponu fejn ikun il-każ l-applikazzjoni ta’ xi multi amministrattivi jew legali bħala riżultat ta’ dawn il-kontrolli.

    3. L-Istat Membru, li jaġixxi jew fuq inizzjattiva tiegħu jew fuq it-talba tal-Kummissjoni, jista’ jkollu bżonn li l-aġenzija twettaq:

    (a) kull kontroll ieħor meħtieġ mir-regoli tal-Komunità fis-settur;

    (b) investigazzjonijiet speċifiċi fis-settur.

    4. L-Istat Membru għandu jieħu l-azzjoni meħtieġa biex isegwi fuq dak li sabet l-aġenzija mill-aktar fis possibbli.

    Artikolu 2

    1. Kull aġenzija għandha tingħata s-setgħat legali meħtieġa sabiex twettaq id-dmirijiet tagħha skond il-liġi ta’ l-Istat Membru.

    2. Kull aġenzija, fl-iskeda tax-xogħol u l-budget imsemmi fl-Artikolu 20 (4) tar-Regolament (KEE) Nru 2075/92, għandha tingħata awtonomija rigward l-ingaġġ tal-ħaddiema u l-ippjanar tax-xogħol tagħha, u n-nefqa kollha li tinħoloq minnu.

    3. In-numru tal-ħaddiema konnessi ma’ l-aġenzija, il-livell tat-taħriġ u esperjenza tagħhom, ir-riżorsi li jsiru disponibbli għalihom u l-mod li bih huma organiżżati d-dipartimenti ta’ l-aġenzija jkunu tali biex jippermettu li d-dmirijiet assenjati lilha jitwettqu. Aktar speċifiku, il-persunal responsabbli għall-kontrolli għandu jkollu t-tagħrif tekniku meħtieġ u l-esperjenza biex jippermettilu li jwettaq il-kontrolli speċifikati fil-paragrafu 4, partikolarment rigward l-istima tat-tagħrif agronomiku, il-kontrolli tekniċi fuq il-produzzjoni u l-ipproċessar u l-eżami fid-dettal tat-tagħrif ekonomiku u r-rekords ta’ l-istokk u l-kontijiet.

    4. L-uffiċjali, bl-iskop li jwettqu d-dmirijiet assenjati lilhom skond l-Artikolu 20 (4) tar-Regolament (KEE) Nru 2075/92, għandhom jingħataw setgħat xierqa mill-Istat Membru ikkkonċernat biex jiksbu kull informazzjoni jew evidenza u jwettqu kull kontroll li jista’ jkun meħtieġ bħala parti mill-ispezzjoni tal-produtturi, ta’ l-organiżżazzjonijiet tal-produtturi, ta’ dawk li jipproċessaw u ta’ kull persuna oħra koperta bir-regoli għas-settur, u partikolarment id-dritt li jieħdu l-kampjuni tat-tabakk miżmum mill-persuni naturali jew ġuridiċi li qed ikunu spezzjonati.

    5. Kull aġenzija għandha twaqqaf dipartiment ta’ verifika interna li jagħmel kontrolli mhux avżati fuq ix-xogħol tad-dipartiment l-oħra, u partikolarment jiżgura li ċ-ċertifikati tal-kontrolli qed jinħarġu sewwa.

    6. Kull Stat Membru għandu jieħu kull miżura meħtieġa biex ikunu salvagwardjati d-drittijiet mogħtija bl-ordni legali nazzjonali lil dawk il-persuni naturali u ġuridiċi li huma suġġetti għall-kontroll.

    7. Kull Stat Membru għandu jirrikonoxxi dak li jsibu l-uffiċjali bħala li għandu forza konklusiva skond l-ordni legali nazzjonali tagħhom.

    Artikolu 3

    1. Mill-1993 ’il quddiem l-aġenzija għandha tipproponi skeda tax-xogħol u stima tal-budget għal kull sena. L-iskeda tax-xogħol għandha tiżgura li l-persuni naturali u ġuridiċi koperti mill-arranġamenti tal-kontroll ikollhom selezzjoni rappreżentattiva. Il-program tal-kontrolli għandu jitħejja fuq il-bażi ta’ l-analiżi tar-riskju tas-setturi u tar-reġjuni tal-produzzjoni.

    2. L-iskeda tax-xogħol għandha tinkludi:

    (a) deskrizzjoni mhux fid-dettal tax-xogħol ta’ kontroll li l-aġenzija tippjani li twettaq;

    (b) lista ta’ kull xogħol ieħor li għandu jitwettaq fuq it-talba ta’ l-Istat Membru jew tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 1 (3);

    (ċ) dettlji tat-taħriġ propost tal-ħaddiema;

    (d) lista ta’ l-uffiċjali responsabbli li jaħdmu id f’id mal-Kummissjoni.

    L-aġenzija, barra minn hekk, għandha tindika n-numru stmat ta’ ġranet ta’ xogħol meħtieġ dwar kull qasam ta’ attivita’ fl-iskeda tax-xogħol u orarju għax-xogħol.

    3. Il-budget ta’ l-aġenzija għandu jinkludi l-intestaturi li ġejjin, li kull wieħed minnhom għandu jsir b’mod dettaljat biżżejjed:

    1. lista ta’ postijiet;

    2. expenditure on stanefqa fuq il-ħaddiema;

    3. nefqa amministrattiva;

    4. nefqa fuq il-proġetti individwali;

    5. infieq f’investimenti;

    6. infieq ieħor;

    7. dħul mill-Istat Membru ikkkonċernat;

    8. kontribuzzjoni mill-Komunità, taħt l-Artikolu 20 (5) tar-Regolament (KEE) Nru 2075/92;

    9. dħul ieħor.

    4. L-aġenzija, bl-iskop biex tħejji l-abbozz ta’ l-iskeda tax-xogħol u l-istima tal-budget, għandha tikkunsidra l-frekwenza tal-kontrolli meħtieġa mil-leġislazzjoni tal-Komunità, l-esperjenza miksuba fis-snin ta’ qabel u, mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet ta’ l-Istat Membru kkonċernat, xi osservazzjonijiet jew kummenti magħmula mill-Kummissjoni qabel l-abbozz ikun ippreparat.

    Artikolu 4

    1. Mhux aktar tard mill-15 t’Awissu ta’ kull sena, l-aġenzija għandha tibgħat l-abbozz tagħha ta’ l-iskeda tax-xogħol u l-istima tal-budget għall-Istat Membru kkonċernat. Dan ta’ l-aħħar, fuq il-bażi ta’ l-abbozz, għandu jħejji l-iskeda tax-xogħol u l-istima tal-budget u jibgħathom lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-15 ta’ Settembru ta’ kull sena.

    Il-Kummissjoni, fi żmien 30 ġurnata u mingħajr preġudizzju għar-responsabbilitajiet ta’ l-Istat Membru kkonċernat, tista’ titlob dan ta’ l-aħħar biex jintroduċi kull tibdil fil-budget u fl-iskeda tax-xogħol li l-Kummissjoni tikkunsidra meħtieġa għall-iskopijiet ta’ l-operazzjoni sodisfaċenti tad-disposizzjonijiet tal-Komunità fis-settur tat-tabakk.

    2. L-iskeda tax-xogħol u l-budget definittivi ta’ l-aġenzija jkunu adottati mill-Istat Membru ikkkonċernat mhux aktar tard mill-31 t’Ottubru ta’ kull sena u wara jintbgħatu lill-Kummissjoni.

    3. Suġġett għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni u sakemm it-total kollu mdaħħal fil-budget ma jiżdiedx bħala riżultat, l-Istat Membru, bil-għan li jagħmel il-kontrolli aktar effettivi, għandu jemenda l-iskeda tax-xogħol u l-budget ta’ l-aġenzija matul is-sena.

    4. Jekk tinħoloq sitwazzjoni eċċezzjonali li fiha jkun hemm riskju ta’ frodi li serjament jipperikola l-operazzjoni sew tar-regoli tal-Komunità fis-settur tat-tabakk, l-aġenzija għandha tinforma l-Istat Membru in kwestjoni u lill-Kummissjoni. Fit-tali każ, l-aġenzija tista’ timmodifika l-pjan tagħha u l-kontroll tax-xogħol wara li tikseb il-qbil ma’ l-Istat Membru in kwestjoni. Dak l-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

    Jekk, matul sena partikolari, l-aġenzija tintalab mill-Istat Membru jew mill-Kummissjoni biex twettaq investigazzjoni speċifika, l-iskeda tax-xogħol u l-budget ikunu konsegwentement emendati. Il-proċedura stipulata fil-paragrafi 1 u 2 għandha tgħodd mutatis mutandis għall-introduzzjoni tat-tali emendi.

    Artikolu 5

    1. Sabiex l-uffiċjali tal-Kummissjoni, kif hemm fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 20 (4) tar-Regolament (KEE) Nru 2085/92, jistgħa jissorveljaw ix-xogħol imwettaq mill-aġenzija, l-aġenzija għandha, mhux aktar tard mill-ħmistax-il ġurnata ta’ kull xahar, tibgħat lill-Istat Membru kkonċernat u lill-Kummissjoni l-iskeda tax-xogħol tax-xahar li jmiss. L-aġenzija, mill-aktar fis, għandha wkoll tavża lill-Kummissjoni u lill-Istat Membru kkonċernat b’kull bidla fl-implimentazzjoni ta’ l-iskeda tax-xogħol ta’ kull xahar.

    2. L-aġenzija, mhux aktar tard minn 30 ġurnata wara t-tmiem ta’ kull kwart tas-sena, għandha tibgħat lill-Istat Membru u lill-Kummissjoni rapport fil-qosor tax-xogħol imwettaq mill-aġenzija, flimkien ma’ rendikont finanzjarju li juri s-sitwazzjoni ta’ kif tħaddmu il-flus u l-ispejjeż li ntefqu dwar kull kapitolu tal-budget, u prospett ta’ penali amministrattivi jew legali proposti bħala riżultat ta’ l-ispezzjonijiet li twettqu matul dak il-kwart tas-sena.

    3. Ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni, ta’ l-Istat Membru kkonċernat u ta’ l-aġenzija għandhom jiltaqgħu mill-anqas darba kull kwart tas-sena biex jikkunsidraw ix-xogħol imwettaq mill-aġenzija u x-xogħol li bi ħsiebha twettaq fil-ġejjieni, ir-riżultati ta’ dak ix-xogħol u l-operat ġenerali ta’ l-aġenzija.

    4. Il-Kummissjoni tista’ tieħu sehem fid-deliberazzjonijiet tal-korp li qed imexxi l-aġenzija.< Għal dak l-iskop l-aġenzija għandha tibgħat lill-Kummissjoni bit-telex jew bil-fax, mhux aktar tard minn 15-il ġurnata qabel id-data ta’ kull laqgħa tal-korp ras-superviżjoni jew tat-tmexxija tagħha, id-data ta’ dik il-laqgħa, l-aġenda u xi dokumenti li għandhom ikunu diskussi hemmhekk. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni ma jistax jivvota.

    Artikolu 6

    1. L-Istat Membru kkonċernat, mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju ta’ kull sena, għandu jibgħat lill-Kummissjoni r-rendikont tad-dħul u l-ħruġ għas-sena ta’ qabel flimkien ma’ rapport mill-awtorità tal-gvern responsabbli mis-superviżjoni ta’ l-aġenzija.

    2. Mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-data riferuta fil-paragrafu 1 il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni fuq l-ammont li jirrappreżenta l-ispiża attwali ta’ l-aġenzija li għandha tingħata lill-Istati Membri produtturi dwar is-sena in kwestjoni. It-tali ammont, imnaqqas bil-pagamenti bil-quddiem riferuti fil-paragrafu 4 u fl-Artikolu 8 (3), jitħallsu hekk kif ikun stabbilit li l-aġenzija wettqet ix-xogħol assenjat lilha.<0}

    3. Għall-iskop ta’ eżami tar-rendikont tad-dħul u l-ħruġ, l-uffiċjali tal-Kummissjoni għandhom ikunu intitolati li jkollhom aċċess għar-rekords finanzjarji u d-dokumenti ta’ appoġġ.

    4. L-ammont li jirrappreżenta n-nefqa ta’ l-operat ta’ l-aġenzija matul is-sena jkun miftiehem mill-Kummissjoni u l-Istat Membru kkonċernat fuq il-bażi ta’ l-istima tal-budget ta’ l-aġenzija. Il-Kummissjoni, iżda, tista’ tbiddel il-pagamenti tax-xahar fuq bażi tar-rata ta’ nfieq ta’ l-aġenzija kif maħduma fuq il-bażi tal-figuri fir-rapporti ta’ kull kwart tas-sena riferuti fl-Artikolu 5 (2).

    Artikolu 7

    L-aġenzija għandha tibgħat ir-rapporti riferuti fit-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 20 (4) tar-Regolament (KEE) Nru 2075/92 fi żmien tletin ġurnata mit-tmiem ta’ kull kwart tas-sena.

    Artikolu 8

    1. L-abbozz ta’ l-iskeda tax-xogħol u l-istima tal-budget għall-1993 għandhom jitħejjew mill-Istati Membri kkonċernati skond l-Artikolu 3 (2) u (3) u għandhom jintbgħatu lill-Kummissjoni mhux aktar tard mit-30 t’April 1993.

    L-abbozz ta’ l-iskeda tax-xogħol għandu jinkludi l-pjan ta’ l-ingaġġ tal-ħaddiema għas-sena kkonċernata.

    L-attivitajiet proposti ta’ l-aġenzija, inkluż ix-xogħol ta’ kontroll, iridu jaqblu mal-pjan ta’ ingaġġ u mal-programm tat-taħriġ skedat.

    L-Istati Membri fl-istess okkażjoni għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni l-istatut propost għall-aġenzija. Dan irid jinkludi proċedura għall-ingaġġ tal-ħaddiema li tipprovdi garanziji suffiċjenti li l-miri stabbiliti fl-Artikolu 2 (3) se jintlaħqu.

    Fi żmien 30 ġurnata l-Kummissjoni jista’ jitlob lill-Istat Membru, mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet ta’ dan ta’ l-aħħar, biex jagħmel xi bidliet fil-budget jew fl-iskeda li tikkunsidra xierqa u għandha tibgħat il-kummenti tagħha, jekk ikun hemm, dwar l-istatut.

    2. L-iskeda tax-xogħol u l-budget għall-1993 għandhom ikunu adottati mill-Istat Membru kkonċernat mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju 1993.

    3. Wara li tirċievi l-abbozz ta’ l-iskeda tax-xogħol u l-istima tal-budget ta’ l-1993 il-Kummissjoni, fuq il-bażi ta’ dan ta’ l-aħħar u sabiex tiffaċilita t-twaqqif ta’ l-aġenzija, tista’ tavvanza lill-Istati Membri l-ammont li jirrapreżenta l-ispiża biex titwaqqaf l-aġenzija.

    Artikolu 9

    Sa dak iż-żmien meta l-aġenzija tkun f’posizzjoni li twettaq id-dmirijiet u l-kontrolli kollha assenjati lilha, l-Istat Membru kkonċernat iwettaq il-kontrolli mniżżla mir-regoli tal-Komunità skond il-proċeduri eżistenti.

    Artikolu 10

    L-Istati Membri javżaw lill-Kummissjoni bil-miżuri meħuda skond dan ir-Regolament.

    Artikolu 11

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba’ ġurnata ta' wara l-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, id-19 ta’ Jannar 1993.

    Għall-Kummissjoni

    René Steichen

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU Nru L 215, 30. 7. 1992, p. 70.

    [2] ĠU Nru L 351, 2. 12. 1992, p. 17.

    --------------------------------------------------

    Top