Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31993D0072

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Diċembru 1992 fuq l-istabbiliment ta' Kumitat Konsultattiv għall-kordinazzjoni fil-qasam tas-Suq Intern

ĠU L 26, 3.2.1993, p. 18–19 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1993/72/oj

31993D0072



Official Journal L 026 , 03/02/1993 P. 0018 - 0019
Finnish special edition: Chapter 1 Volume 3 P. 0006
Swedish special edition: Chapter 1 Volume 3 P. 0006


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-23 ta' Diċembru 1992

fuq l-istabbiliment ta' Kumitat Konsultattiv għall-kordinazzjoni fil-qasam tas-Suq Intern

(93/72/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

billi l-Artikolu 8a tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea jipprovdi li jiġi stabbiliti progressivament fuq perjodu li jagħlaq fil-31 ta' Diċembru 1992 is-suq intern li jikkomprendi żona mingħajr fruntieri interni fejn il-moviment liberu tal-merkanzija, tal-persuni, tas-servizzi u tal-kapital ikun żgurat;

billi l-Kunsill diġa adotta xi miżuri, sabiex ikun jista' jittratta problemi prattiċi li jistgħu jinqalgħu wara l-abolizzjoni ta' dawn il-kontrolli fuq il-fruntieri;

billi l-Istati Membri nfushom ukoll ħadu xi miżuri;

billi l-kisba tas-Suq Intern bħala żona mingħajr fruntieri interni teħtieġ koperazzjoni mill-viċin u effiċjenti bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni;

billi r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-7 ta' Diċembru 1992 dwar kif is-Suq Ewlieni jkun jista' jaħdem tistieden lill-Istati Membri u l-Kummissjoni sabiex jikkunsidraw il-bżonn ta' koperazzjoni iżjed b'saħħitha sabiex isolvu l-problemi prattiċi li jistgħu jinqalgħu;

billi l-miżuri eżistenti tal-Komunità f'ċertu setturi diġa jipprovdu arranġamenti għall-Kummissjoni u/jew skambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni;

billi dawn l-obbligi għan-notifika u dawn is-sistemi ta' skambju ta' informazzjoni ma jkoprux is-setturi kollha fejn il-koperazzjoni mill-viċin u effiċjenti bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni hija meħtieġa hekk kif jitlesta s-Suq Intern sabiex jinstabu s-soluzzjonijiet għall-problemi prattiċi li jistgħu jinqalgħu speċjalment fl-istadji bikrin:

billi, għalhekk huwa mixtieq li l-Kummissjoni tingħata pariri minn kumitat ta' rappreżentanti mill-Istati Membri fuq materji li jeħtieġu koperazzjoni mill-viċin u effiċjenti sabiex tittratta problemi prattiċi li jeħtieġu attenzjoni urġenti,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1. Għandu jkun anness mal-Kummissjoni, Kumitat konsultattiv għall-kordinazzjoni fil-qasam tas-Suq Intern, hawnhekk iżjed 'l quddiem imsejjaħ "il-Kumitat".

2. Il-Kumitat għandu jkun magħmul minn żewġ rappreżentanti ta' kull Stat Membru u jkun ippresedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni.

Artikolu 2

1. Il-Kumitat jista' jkun konsultat mill-Kummissjoni fuq kull problema prattika li tista' tinqala' wara l-1 ta' Jannar 1993 fuq il-funzjonament tas-Suq Intern barra minn dawk li jkunu koperti minn azzjoni meħuda skond l-arranġamenti magħmula sabiex jinnotifikaw il-Kummissjoni u/jew l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, stabbiliti f'kull miżura oħra tal-Komunità applikabbli jew li hi stabbilita f'qafas eżistenti għal-koperazzjoni prattika bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni.

2. Membru mill-Kummissjoni jista' jitlob 'il Kummissjoni sabiex din tikkonsulta mal-Kumitat fuq kull qasam li jaqa taħt il-komptenza tal-Kumitat.

Artikolu 3

Jistgħu jiġu stabbiliti gruppi ta' ħidma sabiex jgħinu l-Kummissjoni fix-xogħol tagħha.

Artikolu 4

1. Is-Servizzi tal-Kummissjoni għandhom jipprovdu s-segretarjat tal-Kumitat.

2. Il-President jista' jistieden kull persuna li għandha xi kompetenza partikolari f'xi punt li hemm fl-aġenda sabiex jieħu sehem fid-deliberazzjonijiet bħala espert. L-esperti għandhom jieħdu sehem fid-deliberazzjonijiet biss fil-punti fejn huma ġew mistiedna sabiex jieħdu sehem.

3. Rappreżentanti tas-servizzi tal-Kummmissjoni relevanti għandhom jieħdu sehem fil-laqgħat tal-Kumitat u l-gruppi ta' ħidma.

4. Il-Kumitat għandu jissejjaħ mill-Kummissjoni u għandu jiltaqa' fil-kwartieri tal-Kummissjoni.

Artikolu 5

1. Il-Kumitat għandu jiddiskuti l-punti li fuqhom il-Kummissjoni tkun talbet opinjoni. M'għandu jittieħed l-ebda vot.

2. Il-Kummissjoni tista', meta titlob għall-opinjoni tal-Kumitat, tistabbilixxi żmien li fih għandha tingħata din l-opinjoni.

3. L-ideat espressi mir-rappreżentanti ta' l-Istati Membri għandhom jkunu inklużi fil-minuti.

Artikolu 6

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 214 tat-Trattat, fejn il-Kummissjoni tinforma 'l Kumitat li l-opinjoni mitluba jew il-kwistjoni mqajma hi ta' natura kunfidenzali, membri tal-Kumitat, u fejn xieraq, l-esperti msemmija fl-Artikolu 4(2), huma taħt l-obbligu li ma jagħtux informazzjoni li tkun ġiet għall-għarfien tagħhom mix-xogħol tal-Kumitat jew tal-gruppi ta' ħidma.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi fis-seħħ nhar l-1 ta' Jannar 1993.

Magħmula fi Brussel, fit-23 ta' Diċembru 1992.

Għall-Kummissjoni

Martin Bangemann

Viċi-President

--------------------------------------------------

Top