Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31992R3124

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3124/92 tas-26 ta’ Ottubru 1992 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1696/71 fuq l-organizzazzjoni komuni tal-kummerċ fil-ħops

    ĠU L 313, 30.10.1992, p. 1–2 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2005; Impliċitament imħassar minn 32005R1952

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1992/3124/oj

    31992R3124



    Official Journal L 313 , 30/10/1992 P. 0001 - 0002
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 45 P. 0142
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 45 P. 0142


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3124/92

    tas-26 ta’ Ottubru 1992

    li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1696/71 fuq l-organizzazzjoni komuni tal-kummerċ fil-ħops

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

    Billi l-Artikolu 1(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1696/71 [3] jiddefinixxi l-prodotti li jaqgħu taħt l-organizzazzjoni tas-suq; billi l-Artikolu 2 ta’ dak ir-Regolament jindirizza ċ-ċirkostanzi li fihom il-ħops jew il-prodotti magħmula mill-ħops jistgħu jiġu ċċertifikati;

    Billi mit-twaqqif ta’ l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-ħops, il-kummerċ fil-prodotti tal-ħops sar dejjem aktar importanti; billi jidher li jinħtieġ li jiġu ddefiniti b’aktar dettal il-kliem ‘trab tal-ħops b’kontenut ogħla ta’ lupulina’ u ‘estratt tal-ħops’ kif ukoll il-karatteristiċi tal-prodotti tal-ħops li jistgħu jiddaħħlu fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa;

    Billi l-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 1696/71 jippreskrivi l-kondizzjonijiet li l-gruppi tal- produtturi għandhom iħarsu biex jiġu rrikonoxxuti, billi hemm xiehda li bosta gruppi ta’ produtturi rrikonoxxuti fil-Komunità sabu ma’ wiċċhom diffikultajiet kbar biex jbiegħu fis-suq komuni l-prodotti tal-membri tagħhom;

    Billi għandha tingħata inċentiva biex tħeġġeġ lill-gruppi tal-produtturi jimmarkettjaw flimkien il-prodotti tal-membri tagħhom biex il-bdiewa jingħataw pożizzjoni aħjar fis-suq; billi, għal dan il-għan, l-ammont ta’ għajnuna għandu jitnaqqas għal dawk il-gruppi ta’ produtturi li ma jbiegħux fis-suq komuni il-produzzjoni kollha tal-membri tagħhom,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KEE) Nru 1696/71 huwa emendat kif gej:

    1. l-Artikolu 1(3) għandu jinbidel b’dan li ġej:

    "(ċ) trab tal-ħops b’kontenut ogħla ta’ lupulina ifisser il-prodott miksub billi jintaħan il-ħops u jitneħħew mekkanikament partijiet mill-weraq, miz-zkuk, il-bratti u r-rakidi;"

    2. l-artikolu 1(3)(d) għandu jinbidel b’dan li ġej:

    "(d) "estratt tal-ħops" tfisser il-prodotti kkonċentrati miksuba permezz ta’ l-azzjoni ta’ solvent fuq il-ħops jew it-trab tiegħu;"

    3. is-sentenza li ġejja għandha tiżdied ma’ l- l-Artikolu 2(2):

    "Fil-każ tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(3)(b) sa (e) iċ-ċertifikat jista’ jinħareġ biss jekk il-kontenut ta’ l-aċidu alpha ta’ dawn il-prodotti ma jkunx anqas minn dak tal-ħops li minnu jkunu saru."

    4. L-aħħar paragrafu ta’ l-Artikolu 7(3)(b) għandu jinbidel b’dan li ġej:

    "Matul il-perjodu li jwassal sa u li jinkludi l-31 ta’ Diċembru 1996, il-membri ta’ xi grupp rikonoxxut jistgħu, jekk ikunu awtorizzati mill-istess grupp, ibiegħu huma stess fis-suq parti jew il-prodott tagħhom kollu skond ir-regoli preskritti u taħt is-superviżjoni tal-grupp. Iżda dawn il-gruppi ta’ produtturi għandhom jaħdmu lejn il-għan li sa l-1 ta’ Jannar 1997 ikunu qegħdin jimmarkettjaw il-produzzjoni kollha tal-membri tagħhom."

    5. il-paragrafu li ġej għandu jidħol fl-Artikolu 12(5) wara l-paragrafu (b):

    "(ċ) Fil-każ li l-għajnuna tingħata lil xi grupp magħruf ta’ produtturi skond il-paragrafu 3 u li din l-organizzazzjoni ma timmarketjax il-prodott kollu tal-membri tagħha l-ammont ta’ għajnuna għandu jitnaqqas b’4 % għall-ħsad ta’ l-1992, bi 8 % għall-ħsad ta’ l-1993, bi 12 % għall-ħsad ta’ l-1994, bi 15 % għall-ħsad ta’ l-1995 u bi 15 % għall-ħsad ta’ l-1996. Għall-1991 u s-snin ta’ wara, mill-inqas 15 % ta’ l-għajnuna mogħtija lil xi grupp bħal dan għandha tintuża mill-grupp għall-miżuri li għalihom hemm dispożizzjonijiet fl-Artikolu 1(1)(b) (cc) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1351/72 tat-28 ta’ Ġunju 1972 fuq ir-rikonoxxument ta’ gruppi tal-produtturi għall-ħops [4].

    Madankollu, jekk il-grupp ta’ produtturi jimmarketja ta’ l-inqas nofs il-prodott tal-membri tiegħu minn xi ħsad partikolari, il-prodotti kollha mibjugħa sa u inkluż l-1 ta’ Novembru 1992 m’għandhomx jitqiesu meta jiġi stabbilit jekk il-grupp ikunx biegħ il-prodott kollu tal-membri tiegħu.

    Il-Kummissjoni għandha żżomm taħt għajnejha l-attivitajiet ta’ dawn il-gruppi u għandha tagħti rendikont tal-progress lejn immarkettjar sħiħ lill-

    Kunsill fir-rapport tagħha tal-ħsad ta’ l-1994."

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ mat-tielet jum wara li jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, fis-26 ta’ Ottubru 1992.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. Gummer

    [1] ĠU Ċ 204, 3.8.1991, p. 4.

    [2] ĠU Ċ 67, 16.3.1992, p. 234.

    [3] ĠU L 175, 4.8.1971, p. 1. Emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 3577/90 (ĠU L 353, 17.12.1990, p. 23).

    [4] ĠU L 148, 30.6.1972, p. 13. Emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 3858/87 (ĠU L 363, 23.12.1987, p. 27).

    --------------------------------------------------

    Top