Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31992R0396

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 396/92 tat-18 ta' Frar 1992 li jirrigwarda l-klassifika ta' ċerti oġġetti fin-nomenklatura magħquda

    ĠU L 44, 20.2.1992, p. 9–10 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1992/396/oj

    31992R0396



    Official Journal L 044 , 20/02/1992 P. 0009 - 0010
    Finnish special edition: Chapter 2 Volume 8 P. 0109
    Swedish special edition: Chapter 2 Volume 8 P. 0109


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 396/92

    tat-18 ta' Frar 1992

    li jirrigwarda l-klassifika ta' ċerti oġġetti fin-nomenklatura magħquda

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 [1] dwar in-nomenklatura tat-tariffi u statistika u t-Tariffa Doganali Komuni, kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3694/91 [2], u b'mod partikolari Artikolu 9 tiegħu,

    Billi sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura magħquda annessa mar-Regolament imsemmi, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jirrigwardaw il-klassifika tal-oġġetti riferiti fl-Anness ma' dan ir-Regolament;

    Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali sabiex tiġi interpretata n-nomenklatura magħquda u dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija fl-intier tagħha jew f'parti minnha msejsa fuqha jew li żżid kull subdiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilità b'dispożizzjonijiet speċifiċi Komunitarji, bil-ħsieb li jiġu applikati l-miżuri tat-tariffi jew miżuri oħra li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ fl-oġġetti;

    Billi, skond ir-regoli ġenerali msemmija, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella mehmuża mar-Regolament preżenti jridu jiġu klassifikati skond il-kodiċijiet approprjati tan-NM indikati fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet dikjarati fil-kolonna 3;

    Billi l-miżuri pprovvduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tan-Nomenklatura,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella mehmuża huma issa kklassifikati ġewwa n-nomenklatura magħquda taħt il-kodiċijiet approprjati tan-NM indikati fil-kolonna 2 tat-tabella msemija.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, fit-18 ta' Frar 1992.

    Għall-Kummissjoni

    Christiane Scrivener

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 256, tal-10.9.1987, p. 1.

    [2] ĠU L 350, tad-19.12.1991, p. 17.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    Id-Deskrizzjoni tal-oġġetti | Kodiċi tal-Klassifika tan-NM | Ir-Raġunijiet |

    | |

    (1) | (2) | (3) |

    1. | Sistema li timmultipleksja fil-għamla ta' unità ċentrali, li tikkonsisti minn tliet ċirkwiti stampati mgħammra bi transformer u komponenti diskreti u ibridi u serje ta' sub-unitajiet L-unità li timmultipleksja tgħin li jiġu trasmessi numru ta' sinjali differenti fl-istess waqt permezz tal-istess fil Din is-sistema, li tiġi mgħammra fuq il-vetturi ċivili tal-ajru sabiex tipprovdi t-tagħrif u d-divertiment lill-passiġġieri, tippermetti lil kull passiġġier li jisma' permezz tal-earphones lil kull waħda minn numru ta' kanali. | 85178190 | Il-Klassifika hija stabbilità bid-dispożizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, kif ukoll bit-testi tal-kodiċijiet tan-NM 8517, 851781 u 85178190 |

    2. | Apparat elettroniku li jitwaħħal u li jimmultipleksja fl-għamara tiegħu stess li jgħin li jsiru konnessjonijiet multipli bejn punti differenti tal-konnessjoni ta' network tal-kompjuterijiet Jagħmel użu mit-teknoloġija diġitali sabiex jikkonċentra l-informazzjoni u jgħaqqad numru ta' kurrenti ta' informazzjoni f'kurrent wieħed li jiġi trasmess bil-linja. Is-sinjali li jiġu rċevuti fuq linja waħda huma, min-naħa tagħhom, imqassma f'numru ta' linji tat-trasmissjoni. | 85178200 | Il-Klassifika hija stabbilità bid-dispożizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, kif ukoll bit-testi tal-kodiċijiet tan-NM 8517 and 85178200. |

    3. | Vettura (ta' 180 ċm tul, 87 ċm wisa' u 100 ċm għoli) b'magna tal-petrol four-stroke u ta' ċilindru wieħed (bil-kapaċità taċ-ċilindru 400 ċm3) tikkonsisti essenzjalment minn delu ta' tagħbija ta' 400 kg, u mgħmmra b'mezz manwali tal-ħatt bil-qlib u kontrolli u ktajjen tal-mixi tal-lastiku. Għandha piż mingħajr it-tagħbija ta' 250 kg, massimu tal-veloċità ta' 6,8 km/h u tiżviluppa potenza ta' 5,37 kw. Il-vettura għandha tliet gerjiet 'il quddiem u wieħed bir-rivers. Hija maħsuba għalbiex tittrasporta u tarmi f'munzelli l-ħamrija, ir-ramel, eċċ. fil-biċċa l-kbira fuq il-postijiet fejn ikun qiegħed isir il-bini. | 87041019 | Il-Klassifika hija stabbilità bid-dispożizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, kif ukoll bit-testi tal-kodiċijiet tan-NM 8704, 870410 u 87041019 Għar-raġunijiet tad-disinn tagħha, b'mod partikolari l-preżenza kemm tad-delu u kemm tal-ktajjen tal-lastiku biex timxi, u l-post konsegwenti tal-użu din il-vettura ma tistax tiġi kkunsidrata li trid tiġi koperta bil-kodiċi tan-NM 8709. |

    4. | Vettura ġdida (ta' 255 ċm tul, 108 ċm wisa, 128 ċm għoli) b'magna tal-petrol four-stroke ta' ċilindru wieħed (bil-kapaċità taċ-ċilindru ta' 400 ċm3), li essenzjalment tikkonsisti minn sodda-qiegħ ċatta rrinfurzata li tista' tiġi maqluba b'mezzi idrawliċi bix-xtiebi fit-tarf ta' wara u fuq kull waħda miż-żewġt iġnub, tgħabbi 800 kg, għandha post tas-sewwieq għall-beraħ bil-kontrolli u l-ktajjen tal-lastiku għall-mixi. Għandha veloċità massima ta' 8,7 km/h, erba' gerijiet 'il quddiem u tlieta fir-rivers. Hija maħsuba għalbiex tittrasporta u tarmi f'munzelli l-ħamrija, r-ramel, eċċ. fil-biċċa l-kbira fuq il-postijiet fejn ikun qiegħed isir il-bini. | 87043191 | Il-Klassifika hija stabbilità bid-dispożizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, kif ukoll bit-testi tal-kodiċijiet tan-NM 8704, 870431 u 87043191 Għar-reġuni tad-disinn tagħha, u b'mod partikolari l-preżenza kemm ta' sodda-qiegħ li tista' tinqaleb, u l-post konsegwenti tal-użu din il-vettura ma tistax tiġi kklassifikata taħt l-intestatura 8709. Il-versalità u l-kostruzzjoni kkomplikata tas-sodda-qiegħ li tinqaleb jipprevjienu milli dan l-oġġett jiġi kkunsidrat bħala tal-ġarr għar-rimi kopert bil-kodikċi tan-NM 870410. |

    5. | Sistema li tieqaf għal rasha li tgħin lill-operatur joħloq suriet f'żewġ dimensjonijiet jew tlieta fuq liżar. Ma għandha l-ebda funzjoni oħra u ma tistax tiġi pprogrammata għal applikazzjonijiet oħra għajr id-disinn grafiku megħjun bil-kompjuter. Tikkomprendi l-komponenti li ġejjin: unità tal-proċessar, li tinkludi mikro-proċessur, proċessur tal-grafika u memorja ddedikata,kontrolli, bħalma huma tastiera, mouse u tasti tal-funzjonijiet u tabella żgħira grafika,unità tal-wiri viżwali ("liżar stereoskopiku") | 90171090 | Il-Klassifika hija stabbilità bid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, bin-Nota 4 mat-Taqsima XVI, in- Nota 5 B mal-Kapitolu 84 u n-Nota 3 mal-Kapitolu 90, kif ukoll bit-testi tal-Kodiċijiet tan-NM 9017, 901710 and 90171090. Dan il-prodott ma jistax jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 8471 għaliex iwettaq "funzjoni speċifika" it-tifsira tan-nota 5 B mal-Kapitolu 84. |

    --------------------------------------------------

    Top