Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31992R0315

    Ir-Regolament Tal-Kummissjoni (KEE) Nru 315/92 ta’ l-10 ta’ Frar 1992 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1538/91 li jintroduċi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1906/90 dwar ċerti standards rigward il-marketing tat-tjur

    ĠU L 34, 11.2.1992, p. 23–23 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2008; Impliċitament imħassar minn 32008R0543

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1992/315/oj

    31992R0315



    Official Journal L 034 , 11/02/1992 P. 0023 - 0023
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 40 P. 0136
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 40 P. 0136


    Ir-Regolament Tal-Kummissjoni (KEE) Nru 315/92

    ta’ l-10 ta’ Frar 1992

    li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1538/91 li jintroduċi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1906/90 dwar ċerti standards rigward il-marketing tat-tjur

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1906/90 tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar ċerti livelli fis-suq għat-tjur [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

    Billi l-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1538/91 [2], kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2988/91 [3], jipprovdi għal eżenzjoni li permezz tagħha l-operaturi ġew awtorizzati sabiex jużaw materjal b’indikazzjonijiet qodma għall-imballaġġ sal-31 ta’ Diċembru 1991; billi, bil-għan ta’ l-eżistenza kontinwa ta’ ħażniet ta’ materjal għall-imballaġġ qadim, u sabiex il-perjodu ta’ transizzjoni jkun magħmul aktar faċli għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, din id-data għandha tiġi estiża sal-31 ta’ Marzu 1992;

    Billi l-miżuri li jagħmel tajjeb għalihom dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Tmexxija għal-Laħam tat-Tjur u l-Bajd,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    L-Artikolu 1

    Fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KEE) Nru 1538/91 "il-31 ta’ Diċembru 1991" huwa hawnhekk mibdul b’"il-31 ta’ Marzu 1992".

    L-Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fl-10 ta’ Frar 1992.

    Għall-Kummissjoni

    Ray Mac Sharry

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 173, tas-6.7.1990, p.1.

    [2] ĠU L 143, tas-7.6.1991, p.11.

    [3] ĠU L 284, tat-12.10.1991, p.26.

    --------------------------------------------------

    Top