Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31992L0071

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/71/KEE tat-2 ta’ Settembru 1992 li tistabilixxi l-persentaġġ ta’ kunsinji li jistgħu ikunu suġġetti għal spezzjoni fitosanitarja (phytosanitary), ċekkjar dokumentarju u ta’ identifikazzjoni, meta jiddaħħlu fi Stat Membru minn Stat Membru ieħor

    ĠU L 275, 18.9.1992, p. 24–25 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1992/71/oj

    31992L0071



    Official Journal L 275 , 18/09/1992 P. 0024 - 0025
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 45 P. 0084
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 45 P. 0084


    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/71/KEE

    tat-2 ta’ Settembru 1992

    li tistabilixxi l-persentaġġ ta’ kunsinji li jistgħu ikunu suġġetti għal spezzjoni fitosanitarja (phytosanitary), ċekkjar dokumentarju u ta’ identifikazzjoni, meta jiddaħħlu fi Stat Membru minn Stat Membru ieħor

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 77/93/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1976 dwar miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġol-Komunità ta’ organiżmi li huma ta’ ħsara għall-pjanti jew prodotti tal-pjanti u kontra l-imxija tagħhom ġol-Komunità [1], kif emendata l-aħħar b’Direttiva tal-Kummissjoni 92/10/KE [2], u partikolarment l-Artikolu 11(3), it-tielet sottoparagrafu u l-Artikolu 11 (3a) miġjub fih,

    Billi, fil-preżent, b’ żieda ma’ l-ispezzjonijeit minn Stati Membri kunsinjaturi, id-Direttiva 77/93/KEE tippermetti spezzjonijiet mill-Istati Membri tad-destionazzjoni;

    Billi, barra min hekk, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 77/93/KEE jistipulaw li l-persentaġġ ta’ spezzjonijiet fitosanitarji (phytosanitary) li jridu jitwettq għandhom ikunu inqas minn 33 % u għandhom jitnaqqsu gradwalment biex jilħqu ż-żero sa dak il-waqt li l-Istati Membri jkunu daħħlu fis-seħħ l-arranġamenti l-ġodda ta’ spezzjonar f’ konformità mad-dispożizzjonijiet maħsuba għat-tlestija tas-suq intern; billi rigward spezzjonijiet dokumentarji u ta’ identità, id-dispożizzjonijiet jistipulaw ukoll li l-persentaġġ ta’ kunsinji suġġetti għal spezzjonijiet bħal dawn għandhom jiġu stabbiliti u mnaqqsa gradwalment biex jilħqu ż-żero sa dak il-waqt li l-Istati Membri jkunu dħħlu fis-seħħ l-arranġamenti l-ġodda ta’ spezzjonar f’ konformità mad-dispożizzjonijiet maħsuba għat-tlestija tas-suq intern;

    Billi, fl-interess tal-moviment ħieles ta’ pjanti, prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħra fil-Komunità, li huwa element essenzjali għall-produttività agrikola u jikkontribwixxi għall-funzjonament kif suppost tal-politika agrikola komuni, il-persentaġġ ta’ l-ispezzjonijiet fitosanitarji (phytosanitary) msemmija fuq għandhom jitnaqqsu, waqt li deċiżjoni għandha tittieħed rigward il-persentaġġ ta’ kunsinji li jistgħu jkunu suġġetti għal spezzjonijiet okkażjonali dokumentarji u ta’ identità, u bilanċ aħjar jiġi stabbilit, fil-materja ta’ spezzjonijiet bejn l-Istat Membru kunsinjatur u l-Istat Membru tad-destinazzjoni, b’ responsabbilita akbar imqegħda fuq dak ta’ l-ewwel;

    Billi l-kondizzjonijiet pprovduti f’ din id-Direttiva huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tas-Saħħa tal-Pjanti;

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li mill-15 ta’ Ottubru

    (a) il-persentaġġ ta’ spezzjonijiet uffiċjali fitosanitarji (phytosanitary) riferiti fl-Artikolu 11(3), it-tielet tad-Direttiva 77/93/KEE, li jridu jitwettqu meta jiddaħħlu kunsinji fi Stat Membru minn Stat Membru ieħor, għandu jkun inqas minn 10;

    (b) il-persentaġġ ta’ kunsinji suġġetti għal spezzjonijiet okkażjonali dokumentarji u ta’ identità riferiti fl-Artikolu 11 (3a) tad-Direttiva msemmija għandu jkun inqas minn 10.

    Artikolu 2

    1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa’ l-14 ta’ Ottubru 1992. Għandhom immedjatament jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan.

    Meta l-Istat Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandu jkollhom riferenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’riferenza bħal din mal-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal din ir-riferenza għandha tiġi preskritta mill-Istati Membri.

    2. L-Istati Membri għandhom immedjatament jikkomunikaw lill-Kummissjoni id-dispożizzjonijiet kollha fil-liġi domestika li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra bihom.

    Artikolu 3

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fit-2 ta’ Settembru 1992.

    Għall-Kumissjoni

    Ray Mac Sharry

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 26, 31.1.1977, p. 20.

    [2] ĠU L 70, tas-17.3.1992, p. 27.

    --------------------------------------------------

    Top