Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31991R3579

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3579/91 tal-25 ta' Novembru 1991 dwar l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 3/91 tal-Kunsill ta' Koperazzjoni KEE-il-Ġordan li jemenda, b'konsegwanza ta' l-introduzzjoni tas-sistema armonizzata, Protokoll 2 dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' prodotti li joriġinaw u metodi ta' koperazzjoni amministrattiva

ĠU L 345, 14.12.1991, p. 1–1 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1991/3579/oj

31991R3579



Official Journal L 345 , 14/12/1991 P. 0001 - 0001


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3579/91

tal-25 ta' Novembru 1991

dwar l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 3/91 tal-Kunsill ta' Koperazzjoni KEE-il-Ġordan li jemenda, b'konsegwanza ta' l-introduzzjoni tas-sistema armonizzata, Protokoll 2 dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' "prodotti li joriġinaw" u metodi ta' koperazzjoni amministrattiva

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi l-Ftehim ta' Koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju Hashemite tal-Ġordan [1] kien ġie ffirmat fit-18 ta' Jannar 1977,

Billi, bis-saħħa ta' l-Artikolu 25 tal-Protokoll 2 dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' "prodotti li joriġinaw" u l-metodi ta' koperazzjoni amministrattiva, li jifforma parti integrali mill-Ftehim imsemmi hawn fuq, il-Kunsill ta' Koperazzjoni KEE-il-Ġordan adotta Deċiżjoni Nru 3/91 li temenda l-Protokoll 2;

Billi huwa neċessarju li tiġi applikata din id-Deċiżjoni fil-Komunità,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT

Artikolu 1

Deċiżjoni Nru 3/91 tal-Kunsill ta' Koperazzjoni KEE-il-Ġordan għandha tapplika fil-Komunità.

It-test tad-Deċiżjoni huwa mehmuż ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jkun japplika mill-1 ta' Jannar 1992.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, fil-25 ta' Novembru 1991.

Għall-Kunsill

Il-President

J. M. M. Ritzen

[1] ĠU L 268, tas-27.9.1978, p. 2.

--------------------------------------------------

Top