This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31991R2155
Council Regulation (EEC) No 2155/91 of 20 June 1991 laying down particular provisions for the application of Articles 37, 39 and 40 of the Agreement between the European Economic Community and the Swiss Confederation on direct insurance other than life assurance
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2155/91 ta' l-20 ta' Ġunju 1991 li jistipula dispożizzjonijiet għall-applikar ta' l-Artikoli 37, 39 u 40 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assigurazzjoni diretta għajr l-assigurazzjoni fuq il-ħajja
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2155/91 ta' l-20 ta' Ġunju 1991 li jistipula dispożizzjonijiet għall-applikar ta' l-Artikoli 37, 39 u 40 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assigurazzjoni diretta għajr l-assigurazzjoni fuq il-ħajja
ĠU L 205, 27.7.1991, p. 1–1
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Official Journal L 205 , 27/07/1991 P. 0001 - 0001
Finnish special edition: Chapter 6 Volume 3 P. 0086
Swedish special edition: Chapter 6 Volume 3 P. 0086
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2155/91 ta' l-20 ta' Ġunju 1991 li jistipula dispożizzjonijiet għall-applikar ta' l-Artikoli 37, 39 u 40 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assigurazzjoni diretta għajr l-assigurazzjoni fuq il-ħajja IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-aħħar sentenza ta' l-Artikoli 57(2) u l-Artikolu 235 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], F'kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew [2], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3], Billi Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assigurazzjoni diretta għajr l-assigurazzjoni fuq il-ħajja ġie ffirmat fil-Lussemburgu fl-10 ta' Ottubru 1989; Billi taħt dak il-Ftehim, Kumitat Magħqud għandu jkun stabbilit biex jamministra l-Ftehim, jassigura li dan ikun implimentat kif xieraq u jieħu deċiżjonijiet fiċ-ċirkostanzi li dan jipprovdi għalihom; billi r-rappreżentanti tal-Komunità dwar il-Kumitat Magħqud għandhom ikunu nnominati u għandhom jiġu adottati dispożizzjonijiet partikolari li jikkonċernaw id-determinazzjoni tal-pożizzjonijiet tal-Komunità fil-Kumitat, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 Il-Komunità għandha tkun irrappreżentata fil-Kumitat Magħqud kif ipprovdut fl-Artikolu 37 tal-Ftehim mill-Kummissjoni, megħjuna mir-rappreżentanti ta' l-Istati Membri. L-Artikolu 2 Il-pożizzjoni tal-Komunità fil-Kumitat Magħqud għandha tiġi adottata mill-Kunsill li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni. Fir-rigward ta' l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu mill-Kumitat Magħqud skond l-Artikoli 37, 39 u 40 tal-Ftehim, il-Kummissjoni għandha tissottometti proposti lill-Kunsill, li għandu jaġixxi permezz ta' maġġoranza kwalifikata. L-Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fill-ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fil-Lussemburgu, fl-20 ta' Ġunju 1991. Għall-Kunsill Il-President R. Goebbels [1] ĠU C 53, tal-5. 3. 1990, p. 46. [2] ĠU C 72, tat-18. 3. 1991, p. 175, u d-Deċiżjoni tat-12 ta' Ġunju 1991 (għadha m'hijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [3] ĠU C 56, tas-7. 3. 1990, p. 27. --------------------------------------------------