Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31991L0191

    Id-Direttiva tal-Kunsill tas-27 ta' Marzu 1991 li temenda d-Direttiva 69/169/KEE dwar l-allowances bit-taxxa mħallsa waqt vjaġġi intra-Komunitarji u rigward id-derogi konċessi lir-Renju tad-Danimarka u lill-Irlanda li għandhom x'jaqsmu mal-konċessjonijiet lill-vjaġġaturi fuq l-importazzjonijiet

    ĠU L 94, 16.4.1991, p. 24–25 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/11/2008; Impliċitament imħassar minn 32007L0074

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1991/191/oj

    31991L0191



    Official Journal L 094 , 16/04/1991 P. 0024 - 0025
    Finnish special edition: Chapter 9 Volume 2 P. 0029
    Swedish special edition: Chapter 9 Volume 2 P. 0029


    Id-Direttiva tal-Kunsill

    tas-27 ta' Marzu 1991

    li temenda d-Direttiva 69/169/KEE dwar l-allowances bit-taxxa mħallsa waqt vjaġġi intra-Komunitarji u rigward id-derogi konċessi lir-Renju tad-Danimarka u lill-Irlanda li għandhom x'jaqsmu mal-konċessjonijiet lill-vjaġġaturi fuq l-importazzjonijiet

    (91/191/KEE)

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 99 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

    Billi l-Artikolu 8a tat-Trattat jiddefinixxi s-suq intern bħala firxa mingħajr fruntieri interni li fiha jiġi żgurat iċ-ċaqliq ta' l-oġġetti, tal-persuni, tas-servizzi u tal-kapital u jiddikjara li dan is-suq għandu jiġi mwaqqaf progressivament fuq perjodu taż-żmien li jintemm fil-31 ta' Diċembru 1992;

    Billi s-sistema ta' konċessjonijiet lill-vjaġġaturi tapplika għal oġġetti mobbli bit-taxxa mħallsa u li f'dan ir-rigward tantiċipa l-mod taċ-ċaqliq ta' l-oġġetti li għandu japplika fis-suq intern;

    Billi, filwaqt li titqies in-natura progressiva tal-ħolqien tas-suq intern kif iddikjara fl-Artikolu 8a tat-Trattat, hija meħtieġa żieda, bħala l-ewwel pass, għall-valur tal-konċessjoni kemm f'dan is-suq u kemm biex jinkiseb il-għan tad-Direttiva tal-Kunsill 69/169/KEE tat-28 ta' Mejju 1969 dwar l-armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet preskritti bl-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva li għandhom x'jaqsmu ma' l-eżenzjoni mit-taxxa fuq l-ammont tad-dħul min-negozju ('turnover') u mit-taxxa tas-sisa fuq l-importazzjonijiet mill-vjaġġi internazzjonali [4], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 89/194/KEE [5], kif iddikjarati fit-tieni premessa ta' magħha; billi t-twaqqif tas-suq ifisser illi l-oġġetti mixtrija bit-taxxa mħallsa jkunu jistgħu jaqsmu l-fruntieri interni mingħajr ebda obbligu għal ħlas ta' aktar taxxi u li l-konċessjonijiet eżistenti għall-vjaġġaturi ma jibqgħux jeżistu billi ma jibqagħlhom l-ebda sinifikat;

    Billi bl-istess mod huwa meħtieġ li jitneħħew f'fażijiet id-differenzi kollha fit-trattament tal-vjaġġaturi li jidħlu fi Stati Membri varji;

    Billi huwa meħtieġ għal perjodu limitat taż-żmien li jiġu provduti derogi għall-Irlanda u għar-Renju tad-Danimarka minħabba d-diffikultajiet ekonomiċi kawżati mill-applikazzjoni tal-livelli ġenerali tal-konċessjonijiet,

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Id-Direttiva 69/169/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej:

    1. Fl-Artikolu 2, sa mill-1 ta' Lulju 1991:

    - fil-paragrafu 1, "390 Ecu" tiġi mibdula b' "600 Ecu",

    - fil-paragrafu 2, "100 Ecu" tiġi mibdula b' "150 Ecu".

    2. Fl-Artikolu 5, jiddaħħal il-paragrafu li ġej u l-paragrafi 5, 6 u 7 jingħataw in-numri ġodda ta' 6, 7 u 8:

    "5. Fil-każ ta' l-Irlanda u tar-Renju tad-Danimarka, fl-ebda każ ir-restrizzjonijiet fil-paragrafu 1 ma għandhom ikunu hekk li dawk li għalihom japplikaw ir-restrizzjonijiet ma jkunux jistgħu jgawdu trattament aktar favorevoli minn dawk konċessi skond il-limiti dikjarati fl-Artikoli 7ċ u 7d. Ir-restrizzjonijiet dikjarati fil-paragrafu 1 għandhom jiġu kalkolati b'riferenza għal kolonna II tat-tabella fl-Artikoli 2 u 4 (1)."

    3. Fl-Artikolu 7b, sa mill-1 ta' Lulju 1991:

    (a) Fil-paragrafu 1:

    - is-sottoparagrafu (a) jiġi mibdul b'dan li ġej:

    - "(a) ir-Renju tad-Danimarka u r-Repubblika Ellenika għandhom ikunu awtorizzati li jeskludu, mill-eżenzjoni mit-taxxa, oġġetti li kull wieħed minnhom il-valur tiegħu jaqbeż it-340 Ecu."

    - fis-sottoparagrafu (b), "85 Ecu" tinbidel b' "95 Ecu".

    (b) Fil-paragrafu 2, "85 Ecu" tinbidel b' "95 Ecu".

    4. L-Artikolu 7c għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

    "Artikolu 7ċ

    Minkejja l-Artikoli 2(1) u 4 (1), ir-Renju tad-Danimarka għandu jiġi awtorizzat li japplika l-limiti kwantitattivi li ġejjin sal-31 ta' Diċembru 1991 dwar l-importazzjoni ta' l-oġġetti involuti fil-kwistjoni minn vjaġġaturi residenti fid-Danimarka wara waqfa ta' inqas minn 36 siegħa barra mid-Danimarka:

    Prodotti | |

    -Sigaretti | 100 |

    -Xorb distillat u spirti ta' qawwa alkoħolika skond il-volum ta' aktar minn 22 % vol. | nil |

    -Birra | 12-il litru" |

    5. Jiżdied l-Artikolu 7d li ġej:

    "Artikolu 7d

    Minkejja l-Artikolu 2(1) u fil-limiti dikjarati fih, l-Irlanda għandha tiġi awtorizzata li tapplika limitu kwantitattiv ta' 25 litru birra għall-vjaġġaturi kollha lejn l-Irlanda sal-31 ta' Diċembru 1991.

    Minkejja l-Artikoli 2(1) u 4 (1), l-Irlanda għandha tiġi awtorizzata li tapplika l-limiti li ġejjin sal-31 ta' Diċembru 1991 dwar l-importazzjoni ta' l-oġġetti involuti fil-kwistjoni minn vjaġġaturi mill-Irlanda wara waqfa ta' 24 siegħa barra mill-Irlanda:

    (a) għall-vjaġġaturi mill-Komunità, 110 ECU,

    Prodotti | |

    -Sigaretti jew | 150 |

    -Tabakk tat-tipjip | 200 g |

    -Xorb distillat u spirti ta' qawwa alkolika skond il-volum ta' iktar minn 22 %;jew | 3/4 litri |

    -Xorb distillat u spirti, u aperittivi b'bażi ta' l-inbid jew ta' l-alkoħol, sake jew xorb alkoħoliku simili ta' qawwa alkoħolika skond il-volum ta' 22 % jew inqas; inbejjed ifexfxu, inbejjed imsaħħa u | 1,5 litri |

    -inbejjed puri, [6] | 2,5 litri |

    -Birra | 12-il litru" |

    Artikolu 2

    1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva:

    - rigward il-punti 1, 2 u 3 ta' l-Artikolu 1, b'effett mill-1 ta' Lulju 1991,

    - rigward il-punti 4 u 5 ta' l-Artikolu 1, fil-jum tan-notifikazzjoni [7] ta' din id-Direttiva lill-Istati Membri.

    2. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkun fihom riferenza għal din id-Direttiva jew għandhom jiġu akkumpanjati b'din ir-riferenza fil-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif jagħmlu din ir-riferenza għandhom jiġu preskritti mill-Istati Membri.

    3. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bid-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġijiet domestiċi tagħhom li jadottaw biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva.

    Artikolu 3

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussell, fis-27 ta' Marzu 1991.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    R. Goebbels

    [1] ĠU C 245, tas-26.9.1989, p. 5 u ĠU C 70, tal-20.3.1990, p. 6.

    [2] ĠU C 323, tas-27.12.1989, p. 119.

    [3] ĠU C 329, tat-30.12.1989, p. 59.

    [4] ĠU L 133, ta' l-4.6.1969, p. 6.

    [5] ĠU L 73, tas-17.3.1989, p. 47.

    [6] "Għal vjaġġaturi minn pajjiżi terzi, għandu japplika l-limitu għall-inbejjed puri provdut fl-Artikolu 4(1).

    [7] Din id-Direttiva kienet notifikata lill-Istati Membri fit-8 ta'April 1991.

    --------------------------------------------------

    Top