EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31991D0133

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l-4 ta’ Marzu 1991 li temenda d-Deciżjoni 90/424/KEE dwar in-nefqa fil-qasam veterinarju

ĠU L 66, 13.3.1991, p. 18–18 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 17/06/2009; Impliċitament imħassar minn 32009D0470 Id-data tat-tmiem tal-validità hija bbażata fuq id-data tal-pubblikazzjoni tal-att li jħassar li jidħol fis-seħħ fid-data tan-notifika tiegħu. L-att li jħassar kien innotifikat iżda d-data tan-notifika mhix disponibbli fil-EUR-Lex – minflok hija użata d-data tal-pubblikazzjoni.

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1991/133/oj

31991D0133



Official Journal L 066 , 13/03/1991 P. 0018 - 0018
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 36 P. 0214
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 36 P. 0214


Id-Deċiżjoni Tal-Kunsill

ta’ l-4 ta’ Marzu 1991

li temenda d-Deċiżjoni 90/424/KEE dwar in-nefqa fil-qasam veterinarju

(91/133/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-qasam veterinarju [1], u b’mod partikulari l-Artikolu 24 tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi d-Deċiżjoni 90/424/KEE tipprovdi għall-possibbiltà ta’ kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għall-eradikazzjoni u l-monitoraġġ tal-mard imsemmi fil-lista annessa ma’ din id-Deċiżjoni; billi l-lista tista’ tiġi miżjuda jew emendata sabiex jitqiesu l-iżviluppi fil-qasam tas-saħħa fil-Komunità;

Billi, fid-dawl ta’ dawn l-iżviluppi, il-plewropnewmonja ta’ l-ifrat li tittieħed għandha tiġi miżjuda mal-lista fil-kwistjoni sabiex tkun tista’ tinkiseb kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja sabiex jiġu implimentati l-programmi għall-eradikazzjoni u l-monitoraġġ tal-marda,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

L-Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud mal-Grupp 1 ta’ l-Anness mad-Deċiżjoni 90/424/KEE:

"– Il-plewropnewmonja ta’ l-ifrat li tittieħed"

.

L-Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fl-4 ta’ Marzu 1991.

Għall-Kunsill

Il-President

R. Steichen

[1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 19.

--------------------------------------------------

Top