Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31990L0435

    Id-Direttiva tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 1990 dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta' Stati Membri differenti

    ĠU L 225, 20.8.1990, p. 6–9 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 17/01/2012; Imħassar b' 32011L0096

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1990/435/oj

    31990L0435



    Official Journal L 225 , 20/08/1990 P. 0006 - 0009
    Finnish special edition: Chapter 9 Volume 2 P. 0025
    Swedish special edition: Chapter 9 Volume 2 P. 0025


    Id-Direttiva tal-Kunsill

    tat-23 ta' Lulju 1990 dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta' Stati Membri differenti

    (90/435/KEE)

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 100 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

    Wara li kkunsidra l-opinoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

    Billi r-raggruppament tal-kumpanniji ta' Stati Membri differenti jista' jkun meħtieġ sabiex jinħolqu ġewwa l-Komunità l-kondizzjonijiet analogi għal dawk ta' suq intern u sabiex b'hekk jiġi żgurat il-mod kif jiġi stabbilit u jiffunzjona b'mof effettiv is-suq komuni; billi dawn il-ħidmiet ma għandhomx jiġu mfixkla bir-restrizzjonijiiet, l-iżvantaġġi jew it-tagħwiġ li jinħolqu b'mod partikolari mid-dispożizzjonijiet tat-taxxi ta' l-Istati Membri; billi huwa għalhekk meħtieġ li rigward dan ir-raggruppament ta' kumpanniji fl-Istati Membri differenti jiddaħħlu regoli tat-taxxa li jkunu newtri mill-lat tal-kompetizzjoni, sabiex l-intrapriżi jitħallew jaddattaw lilhom infushom għall-ħtiġiet tas-suq komuni, biex iżidu l-produttività tagħhom u sabiex itejbu s-saħħa kompetittiva tagħhom fil-livell internazzjonali;

    Billi din ir-raggruppament jista' jirriżulta fil-formazzjoni ta' gruppi ta' kumpanniji ġenituri u ta' sussidjarji;

    Billi d-dispożizzjonijiet eżistenti tat-taxxa li jirregolaw ir-relazzjonijiet bejn il-kumpanniji ġenituri u s-sussidjarji tagħhom fl-Istati Membri differenti ivarjaw b'mod apprezzabbli minn Stat Membru għall-ieħor u huma ġeneralment inqas vantaġġużi minn dawk li japplikaw għall-kumpanniji ġenituri u s-sussidjari fl-istess Stat Membru; billi l-kooperazzjoni bejn il-kumpanniji ta' Stati Membri differenti tiġi b'hekk żvantaġġata meta mqabbla mal-kooperazzjoni bejn il-kumpanniji fl-istess Stat Membru; billi huwa meħtieġ li jiġi eliminat dan l-iżvantaġġ bid-dħul ta' sistema komuni sabiex tiffaċilita r-raggruppament tal-kumpanniji;

    Billi meta, bis-saħħa ta' l-assoċjazzjoni tagħha mal-kumpannija sussidjarja tagħha, il-kumpannija ġenitur tirċievi profitti mqassma, l-Istat tal-kumpannija ġenitur irid:

    - jew jibqa' lura milli jintaxxa dan il-qligħ,

    - jew jintaxxa dan il-qligħ filwaqt li jawtorizza lill-kumpannija ġenitur li tnaqqas mill-ammont tat-taxxa mistħoqqa dak il-frazzjon tat-taxxa fuq il-korporazzjoni mħallas mill-kumpannija sussidjarja li jkollu xjtaqsam ma' dawn il-profitti;

    Billi huwa barra minn hekk meħieġ, sabiex tiġi żgurata n-newtralità fiskali, illi l-profitti li kumpannija sussidjarja tqassam lill-kumpannija ġenitur tagħha jiġu eżentati mit-taxxa mnaqqsa; billi, madankollu, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Ellenika, minħabba n-natura tas-sistemi tagħhom tat-taxxa fuq il-korporazzjonijiet, u r-Repubblika Portugiża, għal raġunijiet ta' l-estimi finanzjarji, għandhom jiġu awtorizzati li jżommu temporanjament taxxa mnaqqsa,

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    1. Kull wieħed mill-Istati Membri għandu japplika din id-Direttiva:

    - għat-tqassim tal-qligħ irċevut mill-kumpanji ta' dan l-Istat li jkun ġej mill-kumpanniji sussidjarji fl-Istati Membri l-oħra,

    - għat-tqassim tal-qligħ mill-kumpanniji ta' dan l-Istat lill-kumpanniji fl-Istati Membri l-oħra li tagħhom il-kumpanniji ta' l-Istat ta' l-ewwel ikunu sussidjarji.

    2. Din id-Direttiva ma għandhiex tipprekludi l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet domestiċi jew dawk imsejsa fuq ftehimijiet meħtieġa għall-prevenzjoni tal-frodi jew l-abbuż.

    Artikolu 2

    Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, "kumpannija ta' Stat Membru" għandha tfisser kull kumpannija li:

    (a) tieħu waħda mill-għamliet elenkati fil-lista fl-Anness ta' ma' hawn;

    (b) skond il-liġijiet tat-taxxi ta' Stat Membru hija kkunsidrata bħala residenti f' dan l-Istat għall-għanijiet tat-taxxa u, skond it-termini ta' ftehim dwar it-taxxa doppja konkluż ma Stat terz, ma tkunx ikkunsidrata bħala residenti barra mill-Komunità għall-għanijiet tat-taxxa;

    (ċ) barra minn hekk, tkun bla ħsara għal waħda mit-taxxi li ġejjin, mingħajr il-possibbilità tal-għażla jew li tiġi eżentata minnhom:

    - l- impôt des sociétésvennootschapsbelasting fil-Belġju,

    - is- selskabsskat fid-Danimarka,

    - il- Körperschaftsteuer fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja,

    - il- φόρος εισοδήματος νομικών προσώπων κερδοσκοπικού χαρακτήρα fil-Greċja,

    - l- impuesto sobre sociedades fi Spanja,

    - l- impôt sur les sociétés fi Franza,

    - il- corporation tax fl-Irlanda,

    - l- imposta sul reddito delle persone giuridiche fl-Italja,

    - l- impôt sur le revenu des collectivités fil-Lussemburgu,

    - il- vennootschapsbelasting fl-Olanda,

    - l- imposto sobre o rendimento das pessoas colectivas fil-Portugall,

    - il- corporation tax (it-taxxa fuq il-korporazjonijiet) fir-Renju Unit,

    jew għal kull taxxa oħra li tista tiddaħħal minflok it-taxxi msemmija hawn fuq.

    Artikolu 3

    1. Għall-għanijiet sabiex tiġi applikata din id-Direttiva,

    (a) l-istatus tal-kumpannija ġenitur għandu jiġi attribwit għall-inqas lil kull kumpannija ta' Stat Membru li twettaq il-kondizzjonijiet iddikjarati fl-Artikolu 2 u li jkollha sehem minimu ta' 25 % fil-kapital ta' kumpannija ta' Stat Membru ieħor li twettaq l-istess kondizzjonijiet;

    (b) "(kumpannija) sussidjarja" għandha tfisser dik il-kumpannija li l-kapital tagħha jinkludi s-sehem riferit fil-(a).

    2. Bħala deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri għandu jkollhom il-għażla li:

    - jibdlu, permezz ta' ftehim bilaterali, il-kriterju taż-żamma ta' sehem fil-kapital bil-kriterju ta' żamma ta' sehem bid-drittijiet għall-vot,

    - li ma japplikawx din id-Direttiva għall-kumpanniji ta' dan l-Istat Membru li għal perjodu taż-żmien mhux interrott ta' mill-inqas sentejn rigward iż-żamma ta' l-ishma li jikkwalifikawhom bħala kumpanniji ġenitur jew għal dawk mill-kumpanniji tagħhom li fihom kumpannija ta' Stat Membru ieħor ma jżommux ishma minn dawn għal-perjodu taż-żmien mhux interrott ta' mill-inqas sentejn.

    Artikolu 4

    1. Meta kumpannija ġenitur, bis-saħħa ta' l-assoċjazzjoni tagħha mal-kumpannija sussidjarja tagħha, tirċievi profitti mqassma, l-Istat tal-kumpannija ġenitur għandu, għajr meta din ta' l-aħħar tiġi llikwidata, jew:

    - iżomm lura milli jintaxxa dawn il-profitti, jew

    - jintaxxa dan il-qligħ filwaqt li jawtorizza lill-kumpannija ġenitur biex tnaqqas mill-ammont tat-taxxa mistħoqqa dak il-frazzjon tat-taxxa fuq il-korporazzjonijiet imħallas mill-kumpannija sussidjarja li jkollu x'jaqsam ma' dawn il-profitti u, jekk ikun xieraq, l-ammont tat-taxxa mnaqqsa imposta mill-Istat Membru li fih tkun tirresjiedi l-kumpannija sussidjarja, skond id-derogi pprovvduti fl-Artikolu 5, sal-limitu ta' l-ammont tat-taxxa domestika korrispondenti.

    2. Madankollu, kull wieħed mill-Istati Membri għandu jżomm il-għażla li jipprovdi illi kull impost li jkollu x'jaqsam ma' l-ishma u kull telf li jirriżulta mit-tqassim tal-qligħ tal-kumpannija sussidjarja jistgħu ma jitnaqqsux mill-profitti taxxabbli tal-kumpannija ġenitur. Meta l-ispejjeż tal-ġestjoni li jkollhom x'jaqsmu ma' l-ishma f'dan il-każ jiġu ffissati bħala rata waħda uniformi, l-ammont iffissat ma jistax jaqbeż il 5 % tal-profitti mqassma mill-kumpannija sussidjarja.

    3. Il-paragrafu 1 għandu japplika sad-data tad-dħul fis-seħħ effettiv ta' sistema komuni ta' taxxi fuq il-kumpanniji.

    Il-Kunsill għandu fil-waqt xieraq jadotta r-regoli li jridu japplikaw mid-data riferita fl-ewwel subparagrafu.

    Artikolu 5

    1. Il-profitti li kumpannija sussidjarja tkun qassmet lill-kumpannija ġenitur tagħha għandhom, għall-inqas fejn din ta' l-aħħar iżżomm minimu ta' 25 % tal-kapital tal-kumpannija sussidjarja, jiġu eżentati mit-taxxa mnaqqsa.

    2. Minkejja l-paragrafu 1, ir-Repubblika Ellenika tista', għal sakemm ma tordnax il-ħlas ta' taxxa fuq il-korporazzjonijiet għall-profitti mqassma, timponi taxxa mnaqqsa fuq ill-profitti mqassma lill-kumpanniji ġenitur ta' Stati Membri oħra. Madankollu, it-taxxa mnaqqsa ma tridx taqbeż ir-rata pprovvduta fil-ftehimijiet bilaterali dwar it-taxxa doppja.

    3. Minkejja l-paragrafu 1, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja tista', għal sakemm timponi t-taxxa tal-korporazzjinijiet fuq il-profitti mqassma b'rata ta' mill-inqas 11-il punt iktar baxxa mill-profitti miżmuma, u għal mhux iktar tard min-nofs is-sena 1996, timponi taxxa mnaqqsa kompensatorja ta' 5 % fuq il-profitti mqassma mill-kumpanniji sussidjarji tagħha (ir-Repubblika Federali Ġermaniża)

    4. Minkejja l-paragrafu 1, ir-Repubblika Portugiża tista' timponi taxxa mnaqqsa fuq il-profitti mqassma mill-kumpanniji sussidjarji tagħha lill-kumpanniji ġenitur ta' l-Istati Membri l-oħra sa data mhux iktar tard mit-tmien sena wara d-data ta' l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

    Bla ħsara għall-ftehimijiet bilaterali eżistenti konklużi bejn il-Portugall u Stat Membru, ir-rata ta' din it-taxxa mnaqqsa ma tistax taqbeż il-15 % matul l-ewwel ħames snin u l-10 % matul l-aħħar tliet snin ta' dan il-perjodu taż-żmien.

    Qabel it-tmiem tat-tmien sena, il-Kunsill għandu jiddeċiedi b'mod unanimu, fuq proposta mill-Kummissjoni, dwar il-possibbilità ta' estensjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan il-paragrafu.

    Artikolu 6

    L-Istati Membri ta' kumpannija ġenitur ma jistgħux jordnaw il-ħlas tat-taxxa mnaqqsa fuq il-profitti li din il-kumpannija tirċievi minn għand kumpannija sussidjarja.

    Artikolu 7

    1. L-espressjoni "taxxa mnaqqsa" kif użata f'din id-Direttiva ma għandhiex tkopri ħlas minn qabel jew ħlas bil-quddiem ("précompte") tat-taxxa fuq il-korporazzjonijiet lill-Istat Membru tal-kumpannija sussidjarja li din tagħmel rigward it-tqassm tal-profitti lill-kumpannija ġenitur tagħha.

    2. Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet domestiċi jew imsejsa fuq ftehim bil-ħsieb li telimina jew tnaqqas it-taxxa doppja ekonomika fuq id-dividendi, b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet li jkollhom x'jaqsmu mal-ħlas ta' krediti tat-taxxa lir-riċevituri ta' dawn id-dividendi.

    Artikolu 8

    1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għalihom sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva qabel l-1 ta' Jannar 1992. Għandhom jgħarrfu minnufih b'dan lill-Kummissjoni.

    2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi t-testi tad-dispożizzjonijiet ewliena tal-liġijiet domestiċi tagħhom li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttia jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni.

    Artikolu 9

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussell, fit-23 ta' Lulju 1990.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    G. Carli

    [1] ĠU C 39, tat-22.3.1969, p. 7 u l-Emenda trasmessa fil-5 ta' Lulju 1985.

    [2] ĠU C 51, tad-29.4.1970, p. 6.

    [3] ĠU C 100, ta' l-1.8.1969, p. 7.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    Il-lista tal-kumpanniji riferita fl-Artikolu 2(a)

    (a) il-kumpanniji skond il-liġijiet Belġjani magħrufa bħala "société anonyme""naamloze vennootschap", "société en commandite par actions""commanditaire vennootschap op aandelen", "société privée à responsabilité limitée""besloten vennootschap met beperkte aansprakelijkheid" u dawk il-korpi tal-liġi pubblika li jaħdmu skond il-liġi privata;

    (b) il-kumpanniji skond il-liġijiet Daniżi magħrufa bħala: "aktieselskab", "anpartsselskab";

    (ċ) il-kumpanniji skond il-liġijiet Ġermaniżi magħrufa bħala: "Aktiengesellschaft", "Kommanditgesellschaft auf Aktien", "Gesellschaft mit beschraenkter Haftung", "bergrechtliche Gewerkschaft";

    (d) il-kumpanniji skond il-liġijiet Griegi magħrufa bħala: "anonymi etairia";

    (e) il-kumpanniji skond il-liġijiet Spanjoli magħrufa bħala: "sociedad anónima", "sociedad comanditaria por acciones", "sociedad de responsabilidad limitada" u dawk il-korpi tal-liġi pubblika li jaħdmu skond il-liġi privata;

    (f) il-kumpanniji skond il-liġijiet Franċiżi magħrufa bħala "société anonyme", "société en commandite par actions", "société à responsabilité limitée" u stabbilimenti u impriżi industrijali u kummerċjali;

    (g) il-kumpanniji skond il-liġijiet Irlandiżi magħrufa bħala kumpanniji pubbliċi limitati skond l-ishma jew b'garanzija, il-kumpanniji privati limitati skond l-ishma jew b'garanzija, il-korpi rreġistrati skond l-Industrial and Provident Societies Acts'(il-Liġijiet dwar is-Soċjetajiet tal-Bini u Istituzzjonijiet tal-Għajnuna) jew soċjetajiet tal-bini rreġistrati skond il-'Building Societies Acts (il-Liġijiet dwar is-Soċjetajiet tal-Bini);

    (h) il-kumpanjiji skond il-liġijiet Taljani magħrufa bħala "società per azioni", "società in accomandita per azioni", "società a responsabilità limitata", u entitajiet pubbliċi u privati li jwettqu attivitajiet industrijali u kummerċjali;

    (i) il-kumpanniji skond il-liġijiet tal-Lussemburgu magħrufa bħala "société anonyme", "société en commandite par actions", "société à responsabilité limitée";

    (j) il-kumpanniji skond il-liġijiet Olandiżi magħrufa bħala: "naamloze vennootschap", "besloten vennootschap met beperkte aansprakelijkheid";

    (k) il-kumpanniji kummerċjali jew il-kumpanniji skond il-liġi ċivili li għandhom il-għamla ta' kooperattivi u impriżi pubbliċi kummerċjali inkorporati skond il-liġijiet Portugiżi;

    (l) il-kumpanniji inkorporati skond il-liġijiet tar-Renju Unit.

    --------------------------------------------------

    Top