Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31989R4060

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4060/89 ta' l-21 ta' Diċembru 1989 dwar l-eliminazzjoni ta' kontrolli li jsiru mal-fruntieri ta' Stati Membri fil-qasam ta' trasport bit-triq u b'passaġġi ta' l-ilma interni

ĠU L 390, 30.12.1989, p. 18–21 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 03/12/2008; Imħassar b' 32008R1100

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1989/4060/oj

31989R4060



Official Journal L 390 , 30/12/1989 P. 0018 - 0021
Finnish special edition: Chapter 7 Volume 3 P. 0196
Swedish special edition: Chapter 7 Volume 3 P. 0196


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4060/89

ta' l-21 ta' Diċembru 1989

dwar l-eliminazzjoni ta' kontrolli li jsiru mal-fruntieri ta' Stati Membri fil-qasam ta' trasport bit-triq u b'passaġġi ta' l-ilma interni

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 75 dwar dan,

Wara li kkunsidra l-propostà tal-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi element importanti tal-politika komuni tat-trasport taħt it-Trattat huwa li tinkiseb libertà li wieħed jipprovdi servizzi fil-qasam tat-trasport u billi, konsegwentement, huwa l-għan ta' dik il-politika li tiżdied il-fluwidità tal-moviment tal-mezzi differenti ta' trasport ġewwa l-Komunità;

Billi l-Komunità hija involuta fl-adozzjoni ta' miżuri bil-għan li jiġi stabbilit b'mod progressiv is-suq intern waqt perjodu li jiskadi fil-31 ta' Diċembru 1992, li jikkomprendi kull żona mingħajr fruntieri interni fejn il-moviment ħieles ta' oġġetti, persuni, servizzi u kapital huwa assigurat b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat;

Billi skond il-White Paper tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni għandha tippreżenta kull proposta lill-Kunsill sabiex jitneħħew kontrolli fuq il-fruntieri u formalitajiet relatati mal-mezzi ta' trasport intern u dokumentazzjoni;

Billi, kif previst b'leġislazzjoni tal-Komunità u nazzjonali esistenti fil-qasam ta' trasport bit-triq u permezz ta' trasport b'passaġġi ta' l-ilma nterni, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu kontrolli, verifikazzjonijiet u spezzjonijiet fir-rigward ta' karatteristiċi tekniċi, awtorizzazzjonijiet u dokumentazzjoni oħra li vetturi u bastimenti fuq passaġġi ta' l-ilma intern iridu jikkonformaw għalih; billi dawn il-kontrolli, verifikazzjonijiet u spezzjonijiet għadhom jitkomplu b'mod ġenerali jiġu ġġustifikati sabiex jiġu evitati tfixkil għall-organizzazzjoni tas-suq tat-trasport u sabiex tiġi assigurata sigurtà fuq it-toroq u fuq passaġġi ta' l-ilma intern;

Billi, taħt leġislazzjoni tal-Komunità eżistenti, l-Istati Membri huma ħielsa biex jorganizzaw u jwettqu l-kontrolli, verifikazjonijiet u spezzjonjiet hawn fuq imsemmija fejn huma jixtiequ imma fil-prattika normalment huma jiġu magħmula mal-fruntieri tagħhom;

Billi dawn il-kontrolli, verifikazjonijiet u spezzjonjiet jistgħu jsiru b'effikaċja ugwali ġewwa t-territorju ta' l-Istati Membri konċernati u l-qsim tal-fruntiera m'għandux iservi bħala pretest sabiex isiru dawn il-ħidmiet,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

l-Artikolu 1

Dan ir-Regolament japplika għal kontrolli li jsiru minn Stati Membri b'mod konformi mal-liġi tal-Komunità jew nazzjonali fl-oqsma ta' trasport fuq it-triq jew fuq passaġġi ta' l-ilma intern li jistgħu jitbaħħru permezz ta' mezzi tat-trasport reġistrati jew impoġġija f'ċirkolazjoni ġewwa kull Stat Membru.

L-Artikolu 2

Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament:

(a) "fruntiera" tfisser jew kull fruntiera interna ġewwa l-Komunità jew kull fruntiera esterna, fejn il-ġarr bejn Stati Membri jinvolvi passaġġ minn kull pajjiż terz;

(b) "kontroll" ifisser kull iċċekkjar, spezzjoni, verifikazzjoni jew formalità li ssir mal-fruntieri ta' l-Istati Membri mill-awtoritjiet nazzjonali, li tfisser kull waqfien jew kull restrizzjoni fuq il-moviment ħieles tal-vetturi jew bastimenti konċernati.

L-Artikolu 3

Kontrolli, li għalihom sarert referenza fl-Anness, li jitwettqu b'mod konformi mal-liġi tal-Komunità jew nazzjonali fl-oqsma ta' trasport fuq it-triq jew fuq passaġġi ta' l-ilma interni bejn Stati Membri m'għandhomx isiru iżjed bħala kontroll tal-fruntieri iżda biss bħala parti mill-proċeduri ta' kontroll normali applikati b'kull mod mhux diskriminatorju ġewwa t-territorju kollu ta' kull Stat Membru.

L-Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 1990.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-21 ta' Diċembru 1989.

Għall-Kunsill

Il-President

E. Cresson

[1] ĠU C 58, tas-7.3.1989, p. 7.

[2] ĠU C 158, tas-26.6.1989, p. 55.

[3] ĠU C 194, tal-31.7.1989, p. 24.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

PARTI 1

IL-LIĠI TAL-KOMUNITÀ

Direttivi

(a) L-Artikolu 1(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 86/364/KEE ta' l-24 ta' Lulju 1986 dwar prova ta' konformità ta' vetturi mad-Direttiva 85/3/KEE dwar il-piz, dimensjonijiet u ċerti karatteristiċi tekniċi oħra ta' ċertu vetturi tat-triq [1] li tipprovdi li l-vetturi jistgħu jkunu soġġetti, fir-rigward ta' standards komuni dwar piż, għal kontrolli bl-addoċċ u, fir-rigward ta' standards komuni dwar dimensjonijiet, biss għal kontrolli fejn ikun hemm suspett ta' nuqqas ta' konformità tad-Direttiva 85/3/KEE [2], kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 89/461/KEE [3] u d-Direttiva 88/218/KEE [4], id-Direttiva 88/218/KEE li temenda d-Direttiva 85/3/KEE, li tirreferi għal serje ta' dispożizzjonijiet li jistabbilixxu għal kontrolli għal tagħmir li huwa refriġerat mekkanikament.

(b) L-Artikolu 5(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 77/143/KEE tad-29 ta' Diċembru 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar testijiet li jaraw kemm huma tajbin għal fuq it-toroq vetturi u t-trejlers tagħhom [5] kif emendata bid-Direttiva 88/449/KEE [6], li tipprovdi li kull Stat Membru għandu jgħaraf il-prova li kull vettura għaddiet minn kull test li juri li hija tajba għal fuq it-triq maħruġ f'kull Stat Membru ieħor; dan l-att ta' għarfien jimplika li tista' ssir kull verifika mill-awtoritajiet nazzjonali kullimkien fit-territorji tagħhom.

(ċ) L-Artikolu 2(5) tad-Direttiva tal-Kunsill 84/647/KEE tad-19 ta' Diċembru 1984 dwar l-użu ta' vetturi mikrija mingħajr sewwieqa għall-ġarr ta' oġġetti bit-triq [7], li jistabbilixxi li prova ta' konformità mad-Direttiva tingħata permezz ta' kull numru ta' dokumenti li jridu jinżammu abbord il-vettura mikrija, viz., il-kuntratt tal-kirja u l-kuntratt ta' impjieg tas-sewwieq.

(d) L-Artikolu 3(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 65/269/KEE tat-13 ta' Mejju 1965 dwar l-istandardizzazzjoni ta' ċerti regoli dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-ġarr ta' oġġetti fuq it-triq bejn l-Istati Membri [8] kif emendata bid-Direttivi 83/572/KEE [9] u 85/505/KEE [10], li tipprovdi li l-awtorizzazzjonijiet iridu jinżammu fil-vettura u jintwerew fuq talba ta' kull uffiċjali ta' spezzjoni nazzjonali awtorizzat.

(e) L-Artikolu 3(3), (4) u (5) tad-Direttiva tal-Kunsill 76/135/KEE ta' l-20 ta' Jannar 1976 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' liċenzji għan-navigabbilità, għal bastimenti ta' passaġġi ta' l-ilma intern [11] kif emendata mid-Direttiva 78/1016/KEE [12], li tgħid li l-liċenzja ta' navigabbilità, ċertifikati jew awtorizazzjonijiet iridu jintwerew fuq talba mill-awtoritajiet nazzjonali.

(f) L-Artikolu 17(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 82/714/KEE ta' l-4 ta' Ottubru 1982 li tistabbilixxi rekwiżiti tekniċi għal bastimenti ta' passaġġi ta' l-ilma intern [13], li tipprovdi li l-Istati Membri jistgħu f'kull ħin jikkontrollaw li kull bastiment qiegħed iġorr ċertifikat validu skond it-termini tad-Direttiva.

Regolamenti

(a) L-Artikoli 9 u 10 tar-Regolament Nru 117/66/KEE tal-Kunsill tat-28 ta' Lulju 1966 dwar l-introduzzjoni ta' regoli komuni għall-ġarr internazzjonali ta' passiġġieri bil-coach jew bix-xarabank [14], li jintitolaw lil kull uffiċjali ta' spezzjoni awtorizzat li jivverifika u jikkontrolla ċ-ċertifikati u d-dokumenti kif previst fir-Regolament u stabbilit fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1016/68 [15] kif emendat mir-Regolament (KEE) Nru 2485/82 [16] (ċertifikat għat-trasport ta' ħaddiema bill-pullman u bix-xarabank; u ktieb ta' waybills tal-passiġġiera għal servizzi okkażjonali).

(b) L-Artikoli 17 u 18 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 516/72/KEE tat-28 ta' Frar 1972 dwar l-introduzzjoni ta' regoli komuni għal servizzi shuttle bil-coach u bix-xarabank bejn l-Istati Membri [17] kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru 2778/78 [18], li jipprovdi li l-awtorizzazzjoni, il-lista ta' passiġġieri u d-dokument ta' vjaġġ ta' passiġġieri kif imfisser fir-Regolament u stabbilit fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1172/72 [19] għandhom jinżammu fuq il-vettura u għandhom jintwerew fuq talba ta' kull uffiċjali ta' spezzjoni awtorizzat.

(ċ) L-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 517/72/KEE tat-28 ta' Frar 1972 dwar l-introduzzjoni ta' regoli komuni għal servizzi regolari jew speċjali bil-coach jew bix-xarabank bejn Stati Membri [20] kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KEE) Nru 1301/78 [21], li jipprovdi li l-awtorizzazzjoni kif prevista fl-Artikolu 3 ta' dak ir-Regolament u stabbilit mir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1172/72 għandha tinżamm fuq il-vettura u għandha tintwera fuq talba ta' kull uffiċjal ta' spezzjoni awtorizzata.

(d) L-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 ta' l-20 ta' Diċembru 1985 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċertu leġislazzjoni soċjali dwar trasport fuq it-triq [22], li tintitola lill-Istati Membri li jadottaw miżuri li jkopru, inter alia, l-organizzazzjoni ta', proċedura għal u mezz ta' sistema ta' kull kontroll li tiżgura li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament ġew osservati.

(e) L-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 ta' l-20 ta' Diċembru 1985 dwar tagħmir ta' reġistrazzjoni fit-trasport fuq it-triq [23], li jintitola lill-Istati Membri li jadottaw miżuri li jkopru, inter alia, l-organizzazzjoni tal-proċedura għal, u l-mezz ta' kif għandhom isiru, kontrolli dwar jekk it-tagħmir josservax id-dispożizzjonijiet tar-Regolament.

(f) L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3164/76 tas-16 ta' Diċembru 1976 dwar il-kwota tal-Komunità għall-ġarr ta' oġġetti bit-triq bejn Stati Membri [24], kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KEE) Nru 1841/88 [25], li jipprovdi li l-awtorizzazzjoni tal-Komunità għandha tintwera fuq talba ta' kull uffiċjali ta' spezzjoni awtorizzata.

PARTI

Liġi nazzjonali

Kontrolli fuq liċenzi ta' sewqan ta' persuni li jsuqu vetturi, tal-ġarr ta' oġġetti u ta' persuni.

[1] ĠU L 221, tas-7.8.1986, p. 48.

[2] ĠU L 2, tat-3.1.1985, p. 14.

[3] ĠU L 226, tat-3.8.1989, p. 7.

[4] ĠU L 98, tal-15.4.1988, p. 48.

[5] ĠU L 47, tat-18.2.1977, p. 47.

[6] ĠU L 222, tat-12.8.1988, p. 10.

[7] ĠU L 335, tat-22.12.1984, p. 72.

[8] ĠU 88, ta' l- 24.5.1965, p. 1469/65.

[9] ĠU L 322, tat-28.11.1983, p. 33.

[10] ĠU L 309, tal-21.11.1985, p. 27.

[11] ĠU L 21, tad-29.1.1976, p. 10.

[12] ĠU L 349, tat-13.12.1978, p. 31.

[13] ĠU L 301, tat-28.10.1982, p. 1.

[14] ĠU 147, tad- 9.8.1966, p. 2688/66.

[15] ĠU L 173, tat-22.7.1968, p. 8.

[16] ĠU L 265, tal-15.9.1982, p. 5.

[17] ĠU L 67, ta' l-20.3.1972, p. 13.

[18] ĠU L 333, tat-30.11.1978, p. 4.

[19] ĠU L 134, tat-12.6.1972, p. 1.

[20] ĠU L 67, ta' l-20.3.1972, p. 19.

[21] ĠU L 158, tas-16.6.1978, p. 1.

[22] ĠU L 370, tal-31.12.1985, p. 1.

[23] ĠU L 370, tal-31.12.1985, p. 8.

[24] ĠU L 357, tad-29.12.1976, p. 1.

[25] ĠU L 163, tat-30.6.1988, p. 1.

--------------------------------------------------

Top