This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31989R3171
Council Regulation (EEC) No 3171/89 of 16 October 1989 on the application of Decision No 1/89 of the EEC-Egypt Cooperation Council amending, as a consequence of the introduction of the harmonized system, Protocol No 2 concerning the definition of the concept of originating products and methods of administrative cooperation
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3171/89 tas-16 ta' Ottubru, 1989 dwar l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 1/89 tal-Kunsill ta' Koperazzjoni bejn il-KEE u l-Eġittu li jemenda, bħala konsegwenza ta' l-introduzzjoni tas-sistema armonizzata, il-Protokoll Nru 2 dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' prodotti li joriġinaw u metodi ta' koperazzjoni amministrattiva
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3171/89 tas-16 ta' Ottubru, 1989 dwar l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 1/89 tal-Kunsill ta' Koperazzjoni bejn il-KEE u l-Eġittu li jemenda, bħala konsegwenza ta' l-introduzzjoni tas-sistema armonizzata, il-Protokoll Nru 2 dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' prodotti li joriġinaw u metodi ta' koperazzjoni amministrattiva
ĠU L 310, 26.10.1989, p. 1–1
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Official Journal L 310 , 26/10/1989 P. 0001 - 0001
Official Journal L 310 , 26/10/1989 P. 0001 - 0001
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 15 P. 0119
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 15 P. 0119
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3171/89 tas-16 ta' Ottubru, 1989 dwar l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 1/89 tal-Kunsill ta' Koperazzjoni bejn il-KEE u l-Eġittu li jemenda, bħala konsegwenza ta' l-introduzzjoni tas-sistema armonizzata, il-Protokoll Nru 2 dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' "prodotti li joriġinaw" u metodi ta' koperazzjoni amministrattiva IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 113 ta' dan, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, Billi l-Ftehim ta' Koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Għarbija ta' l-Eġittu [1] kien ġie ffirmat fit-18 ta' Jannar, 1977; Billi, bis-saħħa ta' l-Artikolu 25 tal-Protokoll Nru 2 dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' "prodotti li joriġinaw" u metodi ta' koperazzjoni amministrattiva, li tifforma parti integrali mill-Ftehim imsemmi hawn fuq, il-Kunsill ta' Koperazzjoni bejn il-KEE u l-Eġittu adotta d-Deċiżjoni Nru 1/89 li temenda l-imsemmi Protokoll; Billi huwa meħtieġ li din id-Deċiżjoni tkun applikata fil-Komunità, ADOTTA DAN IR- REGOLAMENT: Artikolu 1 Id-Deċiżjoni Nru 1/89 tal-Kunsill ta' Koperazzjoni bejn il-KEE u l-Eġittu għandha tapplika fil- Komunità. It-test tad-Deċiżjoni huwa mehmuż ma' dan ir-Regolament. Artikolu Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ jum wara li jkun ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar, 1990. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha. Magħmul fis-16 ta' Ottubru, 1989. Għall-Kunsill Il-President M. Delebarre [1] ĠU L 266, tas-27.9.1978, p. 2. --------------------------------------------------