This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31989R2122
Commission Regulation (EEC) No 2122/89 of 14 July 1989 amending Regulation (EEC) No 3440/84 on the attachment of devices to trawls, Danish seines and similar nets
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2122/89 ta' l-14 ta' Lulju 1989 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3440/84 dwar it-twaħħil ta' tagħmir max-xbieki tat-tkarkir, it-tartaruni tal-baħar miftuħ u xbieki simili
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2122/89 ta' l-14 ta' Lulju 1989 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3440/84 dwar it-twaħħil ta' tagħmir max-xbieki tat-tkarkir, it-tartaruni tal-baħar miftuħ u xbieki simili
ĠU L 203, 15.7.1989, p. 21–22
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31984R3440 | Żieda | artikolu 11.4 | 14/08/1989 | |
Modifies | 31984R3440 | Żieda | artikolu 5.6 | 14/08/1989 | |
Modifies | 31984R3440 | Żieda | artikolu 5.7 | 14/08/1989 | |
Modifies | 31984R3440 | Sostituzzjoni | artikolu 6 | 14/08/1989 |
Official Journal L 203 , 15/07/1989 P. 0021 - 0022
Finnish special edition: Chapter 4 Volume 3 P. 0130
Swedish special edition: Chapter 4 Volume 3 P. 0130
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 2122/89 ta' l-14 ta' Lulju 1989 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3440/84 dwar it-twaħħil ta' tagħmir max-xbieki tat-tkarkir, it-tartaruni tal-baħar miftuħ u xbieki simili IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 170/83 tal-25 ta' Jannar 1983 li jistabbilixxi sistema Komunitarja għall-konservazzjoni u t-tmexxija tar-riżorsi tas-sajd (1), kif emendat bl-Att ta' l-Aċċessjoni ta' Spanja u tal-Portugall, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3094/86 tas-7 ta' Ottubru 1986 li jistabbilixxi ċerti miżuri tekniċi għall-konservazzjoni tar-risorsi ta' sajd (2), kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 4193/88 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu, Billi saru konsultazjonijiet man-Norveġja u ma' l-Isvezja rigward is-sajd fl-Iskagerrak u l-Kattegat fi Brussel f'Mejju ta' l-1982 u fi Stokkolma f'Novembru ta' l-1988; billi, bil-ħsieb tar-riżultati ta' dawn il-konsultazzjonijiet huwa meħtieġ li jiġi emendat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3440/84 (4), kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 955/87 (5); Billi l-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija tar-Riżorsi tas-Sajd, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 Ir-Regolament (KEE) Nru 3440/84 huwa hawnhekk emendat kif ġej: 1. Il-paragrafi li ġejjin għandhom jiġu miżjuda ma' l-Artikolu 5: "6. Minkejja l-paragrafu 1, fl-Iskagerrak u fil-Kattegat huwa pprojbit li jintuża chafer tat-tip A għal fuq in-naħa ta' fuq; 7. Fl-Iskagerrak u l-Kattegat huwa pprojbit li jitwaħħal chafer fuq in-naħa ta' fuq max-xbieki li għandhom malju ikbar minn 70 millimetru." 2. L-Artikolu 6 huwa mibdul b'dan li ġej: "L-Artikolu 6 Ix-xkora tat-tisħiħ 1. Xkora li ssaħħaħ hija biċċa xibka ċilindrika li ddawwar kompletament il-borża ta' wara tax-xibka u li tista' titwaħħal mal-borża ta' wara f'intervalli taż-żmian. Għandu jkollha mill-inqas l-istess dimensjonijiet ta' dik il-parti tal-borża ta' wara li magħha tkun mehmuża. 2. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3 u 4 m'għandhomx japplikaw fl-Iskagerrak u l-Kattegat. 3. Huwa pprojbit li jintużaw aktar minn xkora waħda ta' tisħiħ għajr meta jitwaħħlu max-xbieki tat-tkarkir li għandhom kejl ta' malju egwali għal 60 millimetru jew inqas, li għalihom jistgħu jintużaw żewġ xkejjer tat-tisħiħ. 4. Id-daqs tal-malju għandu jkun egwali għal ta' l-anqas darbtejn dak tat-tarf tal borża ta' l-aħħar. Jekk it-tieni xkora li ssaħħah hija użata, id-daqs minimu tal-malju għandu jkun 120 millimetru. 5. Id-dispożizzjonijiet ta' paragrafi 6, 7, 8 u 9 għandhom japplikaw biss fl-Iskagerrak u l-Kattegat. 6. Huwa pprojbit li tehmeż xkora li ssaħħaħ ma xbieki b'daqs tal-malju li hu akbar minn 70 millimetru. 7. Huwa pprojbit li tuża xkora li ssaħħaħ u chafer bin-naħa ta' fuq flimkien. 8. Huwa pprojbit li tehmeż xkora li ssaħħaħ li tiegħu d-daqs tal-malju hu inqas minn 80 millimetru. 9. Huwa pprojbit li jintuża aktar minn xkora li ssaħħaħ waħda ħlief meta meħmuża max-xbieki li għandhom kejl tal-malju ta' inqas minn 16 millimetru, li għalihom żewġ xkejjer li jsaħħu jistgħu jintużaw. Minkejja il-paragrafu 8, id-daqs tal-malju ta' wieħed minn dawn l-ixkejjer li jsaħħu jista' jkun inqas minn 80 millimetru imma mhux inqas minn 35 millimetru. 10. Huwa pprojbit li tuża xkora li ssaħħaħ li testendi l-quddiem is-sakku (tat-tmiem). 11. Jekk xkora li ssaħħaħ hija kostruwita minn sezzjonijiet ta' xbieki ċilindriċi, is-sezzjonijiet m'għandhomx jitrikkbu b'aktar minn erba' malji fil-punti miżjuda. 12. Xkejjer li jsaħħu miżjuda ma' xbieki li għandhom daqs tal-malju aktar minn 60 millimetru m'għandhomx jestendu aktar minn żewġ metri fuq quddiem l-istrixxa li tgħolli ta' wara. 13. Minkejja l-paragrafu 1, xkejjer li jsaħħu iżgħar mid-dimensjonijiet tas-sakku jistgħu jiġu miżjuda ma' xbieki li għandhom daqs ta' malju ugwali jew inqas minn 60 millimetri." 3. Il-paragrafu li ġej jiżdied ma' l-Artikolu 11: "4. Fl-Iskagerrak u l-Kattegat it-tul tal-ġewnaħ m'għandux jestendi aktar mit-tul ta' 20 malju fis-sakku." L-Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-30 jum ta' wara li jiġi ppublikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttamenti fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fl-14 ta' Lulju 1989. Għall-Kummissjoni Manuel MARÍN Viċi-President (1) ĠU L 24, tas-27.1.1983, p. 1. (2) ĠU L 288, tal-11.10.1986, p. 1. (3) ĠU L 369, tal-31.12.1988, p. 1. (4) ĠU L 318, tas-7.12.1984, p. 23. (5) ĠU L 90, tat-2.4.1987, p. 29.