EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31989D0506

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Lulju 1989 li tippreskrivi ċ-ċertifikat ta’ majjali ibridi tat-tagħmir, l-isperma, l-ova u l-embrijuni tagħhom

ĠU L 247, 23.8.1989, p. 34–42 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 03/07/2020; Imħassar b' 32020R0602

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1989/506/oj

31989D0506



Official Journal L 247 , 23/08/1989 P. 0034 - 0042
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 30 P. 0108
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 30 P. 0108


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-18 ta’ Lulju 1989

li tippreskrivi ċ-ċertifikat ta’ majjali ibridi tat-tagħmir, l-isperma, l-ova u l-embrijuni tagħhom

(89/506/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 88/661/KEE tad-19 ta’ Diċembru 1988 dwar l-istandards żootekniċi li japplikaw għal animmali mrobbija ta’ l-ispeċje porċina [1], u partikolarment Artikoli 9 u 10 (1), il-ħames inċiż, tagħha,

Billi huwa neċessarju li tiġi ffisata d-data li jridu jissemmew fuq iċ-ċertifikat; billi huwa neċessarju għal raġunijiet prattiċi li jiġi pprovdut ċertifikat mudell u l-kondizzjonijiet li fihom id-data jistgħu jiġu mdaħħla fid-dokument li jakkompanja il-majjali ibridi tat-tagħmir, l-isperma, l-ova u l-embrijuni tagħhom;

Billi l-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil mall-opinjoni tal-Kumitat Permanenti ta’ Żooteknika;

ADOTTAT DIN ID DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-partikolaritajiet li ġejjin għandhom jiġu msemmija fiċ-ċertifikat tal-majjali ibridi tat-tagħmir:

- korp ta’ ħruġ,

- numru tad-dħul fir-reġistri,

- data tal-ħruġ,

- sistema ta’ identifikazzjoni,

- identifikazzjoni,

- data tat-twelid,

- tip ġenetiku, linja,

- sess,

- isem u indiriżż ta’ dak li jrabbi;

- isem u indiriżż tas-sid;

Artikolu 2

1. Il-partikolaritajiet li hemm provduti f’Artikolu 1 jistgħu jiġu indikati:

(a) fil-forma ta’ ċertifikat li jikkonforma mal-kampjun f’Anness I;

(b) f’dokumentazzjoni li takkompanja il-majjal ibridu tat-tagħmir. F’dan il-każ l-awtoritajiet kompetenti iridu jiċċertifikaw li l-partikolaritajiet stipulati f’Artikolu 1 huma indikati f’dawk id-dokumenti, bil-formuli li ġejjin:

"Is-sottoskritt jiċċertifika li dawn id-dokumenti fihom il-partikolaritajiet imsemmija f’Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 89/506/KEE."

2. Id-data dwar il-majjali ibridi tat-tagħmir ta’ l-istess nisel jistgħu jingħataw ċertifikat wieħed jew fid-dokumentazzjoni li takkompanja konsenja ta’ annimali ta’ l-istess oriġini u għall-istess destinazzjoni. Iċ-ċertifikat mudell muri f’Anness I għandu jiġi adattat kif hemm bżonn.

Artikolu 3

Il-partikolaritajiet li ġejjin għandhom jiġu msemmija fiċ-ċertifikat ta’ l-isperma tal-majjali ibridi tat-tagħmir:

- id-data kollha kif elenkata f’Artikolu 1 jikkonċernaw il-maskil li jipprovdi l-isperma,

- informazzjoni li tippermetti identifikazzjoni ta’ l-isperma, id-data tal-ġbir tagħha u l-ismijiet u l-indirizzi taċ-ċentru tal-ġbir ta’ l-isperma u tad-destinarju.

Artikolu 4

Il-partikolaritajiet li hemm provduti f’Artikolu 3 jistgħu jiġu indikati:

1. fil-forma ta’ ċertifikat li jikkonforma mal-kampjun f’Anness II;

2. f’dokumentazzjoni li takkompanja l-isperma tal-majjal ibridu tat-tagħmir. F’dan il-każ l-awtoritajiet kompetenti iridu jiċċertifikaw li l-partikolaritajiet stipulati f’Artikolu 3 huma indikati f’dawk id-dokumenti, bil-formuli li ġejjin:

"Is-sottoskritt jiċċertifika li dawn id-dokumenti fihom il-partikolaritajiet imsemmija f’Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 89/506/KEE."

Artikolu 5

Il-partikolaritajiet li ġejjin għandhom jiġu msemmija fiċ-ċertifikat ta’ l-ova tal-majjali ibridi tat-tagħmir:

- id-data kollha kif elenkata f’Artikolu 1 jikkonċernaw il-majjala li tipprovdi l-bajda,

- informazzjoni li tippermetti identifikazzjoni ta’ l-isperma, d-data tal-ġbir tagħha u l-ismijiet u l-indirizzi taċ-ċentru tal-ġbir ta’ l-isperma u tad-destinarju.

Jekk ikun hemm iktar minn bajda waħda f’straw waħda din għandha tiġi indikata b’mod ċar u aktar minn hekk l-ova għandha jkollha l-istess ġenituri.

Artikolu 6

Il-partikolaritajiet li hemm provduti f’Artikolu 5 jistgħu jiġu indikati:

1. fil-forma ta’ ċertifikat li jikkonforma mal-kampjun f’Anness III;

2. f’dokumentazzjoni li takkompanja l-ova tal-ħanżira ibrida tat-tagħmir. F’dan il-każ l-awtoritajiet kompetenti iridu jiċċertifikaw li l-partikolaritajiet stipulati f’Artikolu 5 huma indikati f’dawk id-dokumenti, bil-formuli li ġejjin:

"Is-sottoskritt jiċċertifika li dawn id-dokumenti fihom il-partikolaritajiet stipulati f’Artikolu 5 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 89/506/KEE."

Artikolu 7

Il-partikolaritajiet li ġejjin għandhom jiġu msemmija fiċ-ċertifikat ta’ l-embrijuni tal-majjali ibridi tat-tagħmir:

- id-data kollha kif elenkata f’Artikolu 1 jikkonċernaw il-majjala donatriċi u l-ħanżir selvaġġ fertilizzanti,

- informazzjoni li tippermetti identifikazzjoni ta’ l-embrijuni, d-data ta’ l-inseminazzjoni jew fekondazzjoni u l-ismijiet u l-indirizzi taċ-ċentru tal-ġbir ta’ l-embrijuni u tad-destinarju.

Jekk ikun hemm iktar minn embrijun wieħed fi straw waħda dan għandu jiġi indikat b’mod ċar u aktar minn hekk l-embrijuni għandhom ikollhom l-istess ġenituri.

Artikolu 8

Il-partikolaritajiet li hemm provduti f’Artikolu 7 jistgħu jiġu indikati:

1. fil-forma ta’ ċertifikat li jikkonforma mal-kampjun f’Anness IV;

2. f’dokumentazzjoni li takkompanja l-embrijuni talmajjal ibridu tat-tagħmir. F’dan il-każ l-awtoritajiet kompetenti iridu jiċċertifikaw li l-partikolaritajiet stipulati f’Artikolu 7 huma indikati f’dawk id-dokumenti, bil-formuli li ġejjin:

"Is-sottoskritt jiċċertifika li f’dawn id-dokumenti jinsabu l-partikolaritajiet stipulati f’Artikolu 7 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 89/506/KEE."

Artikolu 9

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fit-18 ta’ Lulju 1989.

Għall-Kummissjoni

Ray Mac Sharry

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 382, tal-31.12.1988, p. 36.

--------------------------------------------------

ANNESS I

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS II

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS III

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS IV

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

Top