EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31988L0380

Id-Direttiva tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 1988 li temenda d-Direttivi 66/400/KEE, 66/401/KEE, 66/402/KEE, 66/403/KEE, 69/208/KEE, 70/457/KEE u 70/458/KEE dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-pitravi, taż-żerriegħa tal-pjanti tal-għalf, taż-żerriegħa taċ-ċereali, tal-patata taż-żrigħ, taż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u l-fibri u taż-żerriegħa tal-ħxejjex u l-katalogu komuni tal-varjetajiet tal-ispeċji ta’ pjanti agrikoli

ĠU L 187, 16.7.1988, p. 31–48 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1988/380/oj

31988L0380



Official Journal L 187 , 16/07/1988 P. 0031 - 0048
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 26 P. 0251
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 26 P. 0251


Id-direttiva tal-Kunsill

tat-13 ta’ Ġunju 1988

li temenda d-Direttivi 66/400/KEE, 66/401/KEE, 66/402/KEE, 66/403/KEE, 69/208/KEE, 70/457/KEE u 70/458/KEE dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-pitravi, taż-żerriegħa tal-pjanti tal-għalf, taż-żerriegħa taċ-ċereali, tal-patata taż-żrigħ, taż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u l-fibri u taż-żerriegħa tal-ħxejjex u l-katalogu komuni tal-varjetajiet tal-ispeċji ta’ pjanti agrikoli

(88/380/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Billi, għar-raġunijiet miġjuba hawn taħt, għandhom jiġu emendati d-Direttivi li ġejjin dwar il-kummerċ taż-żerriegħa u tal-materjali tal-propoagazzjoni:

- id-Direttiva tal-Kunsill 66/400/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1966 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-pitravi [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 88/95/KEE [4],

- id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1966 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-pjanti tal-għalf [5], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 87/480/KEE [6],

- id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1966 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa taċ-ċereali [7], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 87/120/KEE [8],

- id-Direttiva tal-Kunsill 66/403/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1966 dwar il-kummerċ tal-patata taż-żrigħ [9], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 87/374/KEE [10],

- id-Direttiva tal-Kunsill 69/208/KEE tat-30 ta’ Ġunju 1969 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u l-fibra [11], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 87/480/KEE,

- id-Direttiva tal-Kunsill 70/457/KEE tad-29 ta’ Settembru 1970 dwar il-katalogu komuni tal-varjetajiet tal-ispeċji tal-pjanti agrikoli [12], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 86/155/KEE [13],

- id-Direttiva tal-Kunsill 70/458/KEE tad-29 ta’ Settembru 1970 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-ħxejjex [14], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 87/481/KEE [15];

Billi, minħabba ż-żieda fl-importanza tagħhom fil-Komunità, il-ħaxix rescue, il-ħaxix-brome tal-Alaska, il-kampanella tal-Kalifornja, it-triticale, il-kaboċċa Ċiniża u ċ-ċikwejra industrijali għandhom jiġu inklużi fl-iskop tad-Direttivi; billi, għall-istess raġunijiet, il-varjetajiet ibridi ta’ ċerti speċji miżjuda ta’ ċereali u tal-ġirasol għandhom ukoll jiġu inklużi fl-iskop tad-Direttivi; billi l-kondizzjonijiet li jridu jiġu sodisfatti mill-uċuh tar-raba’ u miż-żerriegħa ta’ dawn l-ispeċji u t-tipi ta’ varjetajiet għandhom ikunu skond l-iskemi taċ-ċaqliq taż-żerriegħa fil-kummerċ internazzjonli preskritti mill-Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp (OECD), għajr għall-varjetajiet imdakkra minn xulxin tat-triticale u l-varjetajiet ibridi ta’ ċerti speċji miżjuda taċ-ċereali, fejn l-OECD għadha ma adottatx dawn il-kondizzjonijiet;

Billi jidher rakkomandabbli, minn naħa l-waħda, li ċerti disposizzjonijiet jiġu riveduti sabiex jiffaċilitaw ir-riproduzzjoni taż-żerriegħa fl-Istati Membri għajr dawk l-Istati fejn toriġina u, minn naħa l-oħra, sabiex jipprovdu għal miżuri Komunitarji sabiex jassiguraw l-identità ta’ din iż-żeriegħa mibjugħa fis-suq bħala mkabbra għall-ipproċessar;

Billi jidher rakkomandabbli li għandhom jiġu konċessi perjodi miżjuda taż-żmien lill-Istati Membri sabiex jippermettu ż-żerriegħa tal-ispeċji taċ-ċereali li jdakkru lilhom infushom li ma kienetx soġġetta għall-ispezzjon fuq il-post sabiex tiġi ċertifikata uffiċjalment taħt ċerti kondizzjonijiet u sabiex jippermettu l-kummerċ ta’ ċerti varjetajiet tas-segala li ma tissodisfax ċerti kondizzjonijiet preskritti f’Anness II tad-Direttiva 66/402/KEE, sabiex tkun tista’ tinkiseb soluzzjoni aktar ġenerali u definittiva, partikolarment rigward s-segala, fid-dawl tat-tagħrif li jrid jiġi fornit mir-Renju Unit;

Billi jidher rakkomandabbli li, għall-iskopijiet li jitfittxu soluzzjonijiet alternattivi mtejba għal ċerti elementi fis-sistema taċ-ċertifikazzjoni adottati skond id-Direttivi, għandhom jiġu organizzatti esperimenti temproranji permezz tal-kondizjonijiet speċifiċi; billi, għalhekk, għandu jiddaħħal bażi legali b’dan l-effett;

Billi għandhom jiġi mtejba d-disposizzjonijiet dwar it-tagħrif meħtieġ għat-tikketta uffiċjali rigward l-ismijiet tal-ispeċji u tal-varjetajiet bil-għan li jipprovdu tagħrif aħjar għall-utenti taż-żerriegħa u sabiex jiffaċilitaw il-kummerċ intra-Komunitarju;

Billi għandu jkun assigurat li t-tikketti tal-fornituri meħtieġa skond id-disposizzjonijiet nazzjonali jiġu mfassla b’tali mod li ma jistgħux jitħawdu mat-tikketti uffiċjali;

Billi hija x-xewqa li ssir aktar faċli għall-Istati Membri li jeskludu ż-żerriegħa ta’ speċji taċ-ċereali jew ta’ speċji ta’ pjanti taż-żejt u l-fibri ta’ importanza ekonomika baxxa mill-iskop tad-Direttivi 66/402/KEE u 69/208/KEE;

Billi, fil-każ tad-Direttiva 70/458/KEE, ċerti disposizzjonijiet dwar il-varjetajiet ta’ speċji ta’ ħxejjex għandhom jiġu adattati f’manjiera hekk li tippermetti li jitqiesu l-iżviluppi korrenti fil-proċess tat-tiġdid tal-aċċettazzjoni uffiċjali ta’ ċerti varjetajiet;

Billi, bħala regola ġenerali, il-kondizzjonijiet rigward il-valur ta’ varjetà għall-kultivazzjoni jew għall-użu ma għandhomx jenħtieġu għall-aċċettazzjoni tal-varjetajiet (linji konġeniti, ibridi) li huma intiżi biss bħala komponenti għall-varjetajiet ibridi;

Billi għandu jkun possibbli li tenħtieġ li tiġi murija l-konvenjenza għall-għanijiet ta’ ċerti varjetajiet ta’ ħxejjex mhux intiżi għall-produzzjoni tal-ħaxix tal-għalf;

Billi għandhom jittieħdu f’kunsiderazzjoni l-applikazzjonijiet tar-Repubblika Ellenika sabiex tiġi awtoritzzata li tipprojbixxi l-kummerċ, fit-territorju kollu tagħha jew f’parti minnu, taż-żerriegħa jew tal-materjal tal-propagazzjoni ta’ ċerti varjetajiet elenkati fil-Katalogu Komuni tal-Varjetajiet tal-Ispeċji tal-Pjanti Agrikoli jew tal-Katalogu Komuni tal-Varjetajiet tal-Ispeċji tal-Ħxejjex sabiex jippermettu lir-Repubblika Ellenika li ttemm l-adattament tal-produzzjoni tagħha u l-kummerċ taż-żerriegħa u tal-materjal tal-propagazzjoni skond il-ħtiġiet tal-Komunità f’dak li għandhom x’jaqsmu l-katalogi komuni;

Billi huwa ta’ ħtieġa li jiġu ċarati ċerti disposizzjonijiet tad-Direttivi msemmija hawn fuq;

Billi huwa xieraq li tiġi posposta d-data tal-implimentazzjoni tal-emendi magħmula diġa għad-Direttivi msemmija hawn fuq bid-Direttiva tal-Kunsill 86/155/KEE u d-Direttiva tal-Kummissjoni 86/320/KEE sabiex id-data tinġieb b’konformità mad-data prinċipali tal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA

Artikolu 1

Id-Direttiva 66/400/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej:

1. f’Artikolu 2 (1) (E), "(bb)" tiġi sostitwita bi "(aa) (a) u (bb)";

2. il-paragrafu li ġej huwa miżjud f’Artikolu 2:

"1a. It-tipi differenti tal-varjetajiet, inklużi l-komponenti, eliġibbli għaċ-ċertifikazzjoni skond id-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, jistgħu jiġu speċifikati u definiti b’mod konformi mal-proċedura preskritta f’Artikolu 21.";

3. dak li qabel kien Artikolu 12 isir Artikolu 12 (1);

4. il-paragrafu li ġej huwa miżjud maArtikolu 12:

"2. It-tikketta li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 1 għandha titfassal f’manjiera hekk li ma tkunx tista’ tkun imħawda mat-tikketta uffiċjali li hemm referenza dwarha f’Artikolu 11 (1).";

5. Artikolu 13a li ġej għandu jkun miżjud:

"Artikolu 13a

Bil-għan li jitfittxu alternattivi mtejba għal ċerti elementi tal-iskema taċ-ċertifikazzjoni adottata skond din id-Direttiva, jista’ jiġi deċiż li jiġu organizzati esperimenti temporanji permezz ta kondizzjonijiet speċifiċi fil-livell Komunitarju b’mod konformi mad-disposizzjonijiet preskritti f’Artikolu 21.

Fil-qafas ta’ dawn l-esperimenti, l-Istati Membri jistgħu jiġu meħlusa minn ċerti obbligazzjonijiet preskritti b’din id-Direttiva. Il-firxa ta’ dan ir-rilaxx għandha tiġi definita b’riferenza għad-disposizzjonijiet li għalihom tapplika. It-tul taż-żmien tal-esperiment ma għandux jeċċedi s-seba’ snin.";

6. f’Artikolu 14 (2) (ċ), "(bb)" hija sostitwitabi "(aa) (a) u (bb)";

7. il-ħames u s-sitt inċiżi ta’ Artikolu 14 (3) (ċ) huma sostitwitia b’dan li ġej:

"— l-ispeċje, indikata għall-anqas f’karattri Rumani, skond l-isem botaniku tagħha li jista’ jiġi mogħti f’għamla mqassra u mingħajr l-isem tal-awtoritajiet, jew skond l-isem komuni tagħha, jew it-tnejn; indikazzjoni ta’ jekk hix pitrati għaz-zokkor jew pitravi tal-għalf,

— "il-varjetà, indikata għall-anqas f’karatti Rumani,";";

8. Artikolu 15 huwa sostitwitb’dan li ġej:

"Artikolu 15

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li ż-żerriegħa tal-pitravi

- li tkun ġiet prodotta miż-żerriegħa bażika ċertifikata uffiċjalment f’wieħed jew aktar mill-Istati Membri jew f’pajjiż terz, li jkun ġie mogħti l-ekwivalenza skond Artikolu 16 (1) (b), u

- li tkun ġiet miġbura fi Stat Membru ieħor,

għandha, fuq talba u mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tad-Direttiva 70/457/KEE, tiġi ċertifikata uffiċjalment bħala żerriegħa ċertifikata f’kull Stat Membru jekk din iż-żerriegħa tkun għaddiet minn spezzjoni fuq il-post li tissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti f’Anness I (A) għall-kategorija rilevanti u jekk l-eżaminazzjoni nazzjoni uffiċjali tkun uriet li jkunu ġew sodisfatti l-kondizzjonijiet preskritti f’Anness I (B) għall-istess kategorija.

Meta f’dawn il-każi ż-żerriegħa tkun ġiet prodotta direttament minn żeriegħa ċertifikata uffiċjalment ta’ ġenerazzjonijiet reċedenti taż-żerriegħa bażika, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw ukoll iċ-ċertifikazzjoni uffiċjali bħala żerriegħa bażika, jekk jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet preskritti għal din il-kategorija.

2. Iż-żerriegħa tal-pitravi li tkun inġabret fi Stat Membru ieħor, u li tkun intiża għaċ-ċertifikazzjoni b’mod konformi mad-disposizzjonijiet preskritti fil-paragrafu 1, għandha:

- tiġi pakkjata u tikkettjata b’tikketta uffiċjali li tissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti f’Anness IV (A) u (B), b’mod konformi mad-disposizzjonijiet preskritti f’Artikolu 10 (1), u

- tiġi akkumpanjata b’dokument li jissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti f’Anness IV (Ċ).

3. L-Istati Membri għandhom jipprovdu wkoll li ż-żerriegħa tal-pitravi

- li tkun ġiet prodotta direttament miż-żerriegħa bażika ċertifikata uffiċjalment fi Stat Membru wieħed jew aktar jew f’pajjiż terz li jkun ġie konċess l-ekwivalenza skond Artikolu 16 (1) (b), u

- li tkun ġiet miġbura f’pajjiż terz,

għandha, fuq talba, tiġi ċertifikata uffiċjalment bħala żerriegħa ċertifikata f’kull wieħed minn dawk l-Istati Membri fejn iż-żerriegħa bażika jew kienet prodotta jew ċertifikata uffiċjalment, jekk iż-żerriegħa tkun għaddiet minn spezzjoni fuq il-post li tissofisfa l-kondizzjonijiet preskitti f’deċiżjoni ta’ ekwivalenza magħmula skond Artikolu 16 (1) (a) tal-kategorija rilevanti, u jekk l-eżaminazzjoni nazzjoni uffiċjali tkun uriet li jkunu ġew sodisfatti l-kondizzjonijiet preskritti f’Anness I (B). Stati Membri oħra jistgħu jawtorizzaw ukoll iċ-ċertifikazzjoni uffiċjali ta’ din iż-żerriegħa.";

9. Anness III (A) (I) (4) huwa sostitwitb’dan li ġej:

"4. L-ispeċje, għall-anqas indikata b’karattri Rumani, skond l-isem botaniku tagħha, li jista’ jingħata f’għamla mqassra u mingħajr l-ismijiet tal-awtoritajiet, jew skond l-isem komuni tagħha, jew it-tnejn; indikazzjoni jekk hix pitravi taz-zokkor jew pitravi tal-għalf";

10. dan li ġej jiżdied ma’ Anness III (A) (I) (5):

"indikata għall-anqas b’karattri Rumani.";

11. Anness III (B) (6) huwa sostitwitb’dan li ġej:

"6. L-ispeċi, indikata għall-anqas b’karattri Rumani; indikazzjoni jekk hix pitravi taz-zokkor jew pitravi tal-għalf,";

12. dan li ġej huwa miżjud ma’ Anness III (B) (7):

"indikata għall-anqas b’karattri Rumani,";

13. Anness li ġej huwa miżjud:

"

ANNESS IV

It-tikketta u d-dokument ipprovvduti fil-każ ta’ żerriegħa mhux iċċertfikata finalment, miġbura fi Stat Membru ieħor

A. Il-għamla meħtieġa għat-tikketta

- l-awtorità responsabbli mill-ispezzjoni fuq il-post u l-Istati Membru jew l-inizjali tagħhom,

- l-ispeċje, indikata għall-anqas b’karattri Rumani, skond l-isem botaniku tagħha, li jista’ jingħata f’għamla mqasara u mingħajr l-ismijiet tal-awtoritajiet, jew skond l-isem komuni tagħha, jew it-tnejn; indikazzjoni jekk hix pitravi taz-zokkor jew pitravi tal-għalf,

- il-varjietà, indikata għall-anqas b’karattri Rumani,

- il-kategorija

- il-għalqa jew in-numru ta’ riferenza tal-lott,

- il-piż nett jew gross iddikjarat,

- il-kelmiet "żerriegħa mhux finalment" iċertifikata.

B. Il-kulur tat-tikketta

It-tikketta għandha tkun griża.

Ċ. It-tagħrif meħtieġ għad-dokument

- l-awtorità li toħroġ id-dokument,

- l-ispeċje, indikata għall-anqas b’karattri Rumani, skond l-isem botaniku tagħha, li jista’ jingħata f’għamla mqasara u mingħajr l-ismijiet tal-awtoritajiet, jew skond l-isem komuni tagħha, jew it-tnejn; indikazzjoni jekk hix pitravi taz-zokkor jew pitravi tal-għalf,

- il-varjetà, indikata għall-anqas b’karattri Rumani,

- il-kategorija,

- in-numru ta’ riferenza taż-żerriegħa wżata fiż-żrigħ tal-għalqa u l-isem tal-pajjiż jew tal-pajjiżi li ċċertifikaw lil dik iż-żerriegħa,

- il-għalqa jew in-numru ta’ riferenza tal-lott,

- il-medda tal-art ikkultivata għall-produzzjoni tal-lott kopert bid-dokument,

- il-kwantità taż-żerriegħa miġbura u n-numru ta’ pakketti,

- iċ-ċertifikat li l-kondizzjonijiet li jridu jiġu sodisfatti bil-wiċċ tar-raba’ li minnu tiġi ż-żerriegħa jkunu ġew imwettqa,

- fejn xieraq, ir-riżultati tal-analiżi preliminarja taż-żerriegħa.

"

Artikolu 2

Id-Direttiva 66/401/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej:

1. Artikolu 2 (1) (A) (a),

"Bromus catharticus Vahl | Ħaxix rescue |

Bromus sitchensis Trin. | ħaxix brome tal-Alaska" |

hija mdaħħla wara

"Arrhenatherum elatius (L.) P. Beau. ex J. S. u K. B. Presl. | Ħaxix twil tal-ħafur" |

u f’Artikolu 2 (1) (A) (ċ),

"Phacelia tanacetifolia Benth. | kampanellatal-Kalifornja" |

hija mdaħħla wara

"Brassica oleracea L. convar. acephala (DC) | |

Alef. var. medullosa Thell + var. viridis L. | Felful tal-għalf;" |

2. fil-verżjoni Ingliża ta’ Artikolu 2 (1a), il-kelma "descriptions" (deskrizzjonijiet) hija sostitwitabil-kelma "names" (ismijiet);

3. dak li qabel kien Artikolu 2 (1b) u (1ċ) isiru 2 (1ċ) u (1d) rispettivament;

4. il-paragrafu li ġej huma mdaħħal f’Artikolu 2:

"1b. It-tipi differenti tal-varjetajiet, inklużi l-komponenti, eliġibbli għaċ-ċertifikazzjoni skond din id-Direttiva jistgħu jiġu definiti u speċifikati b’mod konformi mal-proċedura preskritta f’Artikolu 21.";

5. dak li qabel kien Artikolu 11 isir Artikolu 11 (1);

6. jiżdied il-paragrafu li ġej f’Artikolu 11:

"2. It-tikketta li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 1 għandha titfassal f’manjiera hekk li ma tistax titħawwad mat-tikketta uffiċjali li hemm referenza dwarhom f’Artikolu 10 (1).";

7. jiddaħħal Artikolu 13a li ġej:

"Artikolu 13a

Għall-iskop li jitfittxu alternattivi mtejba għal ċerti elementi tal-iskema taċ-ċertifikazzjoni adottata skond din id-Direttiva, jista’ jiġi deċiż li jiġu organizzati esperimenti temporanji permezz ta’ kondizzjoijiet speċifiċi fil-livell Komunitarju b’mod konformi mal-proċedura preskritta f’Artikolu 21

Fil-qafas ta’ dawn l-esperimenti, l-Istati Membri jistgħu jiġu meħlusa minn ċerti obbligazzjonijiet preskritti f’din id-Direttiva. Il-firxa ta’ dan ir-rilaxx għandha tiġi definita b’riferenza għad-disposizzjonijiet li għalihom tapplika. It-tul taż-żmien tal-esperiment ma għandux jeċċedi s-seba’ snin.";

8. il-ħames u s-sitt inċiżi ta’ Artikolu 14 (3) (ċ) huma sostitwita b’dan li ġej:

"— l-ispeċje, indikata għall-anqas skond l-isem botaniku tagħha, li jista’ jingħata f’għamla mqassra u mingħar l-ismijiet tal-awtoritajiet, b’karattri Rumani,

— il-varjetà, indikata għall-anqas b’karattri Rumani,";

9. tiżdied is-sentenza li ġejja ma’ Artikolu 14 (3):

"B’mod konformi mal-proċedura preskritta f’Artikolu 21, l-Istati Membri jistgħu jiġu meħlusa mill-ħtieġa li jindikaw l-isem botaniku rigward speċje individwali u, fejn xieraq, għal-perjodi limitati taż-żmien fejn jiġi stabbilit li l-iżvantaġġi tal-implimentazzjoni tagħha jegħilbu l-vantaġġi mistennija mill-kummerċ taż-żerriegħa.";

10. Artikolu 15 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 15

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li ż-żerriegħa tal-pitravi tal-għalf

- li tkun ġiet prodotta direttament minn żerriegħa bażika jew minn żerriegħa ċertifikata, ċertifikati uffiċjalment jew fi Stat Membru wieħed jew aktar jew f’pajjiż terz li jkun ġie konċess l-ekwivalenza skond Artikolu 16 (1) (b), jew li tkun ġiet prodotta direttament mit-taħlit tar-razez taż-żerriegħa bażika ċertifikata uffiċjalment fi Stat Membru maż-żerriegħa uffiċjalment iċertifikata f’dan il-pajjiż terz, u

- li tkun ġiet miġbura fi Stat Membru ieħor,

għandha, fuq talba u mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tad-Direttiva 70/457/KEE, tiġi ċertifikata uffiċjalment bħala żerriegħa ċertifikata f’kull Stat Membru jekk iż-żerriegħa tkun għaddiet minn spezzjoni fuq il-post li tissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti f’Anness I għall-kategorija rilevanti u jekk l-eżaminazzjoni uffiċjali tkun wriet li jkunu ġew sodisfatti l-kondizzjonijiet preskritti f’Anness II għall-istess kategorija.

Meta f’dawn il-każi ż-żerriegħa tkun ġiet prodotta direttament minn żerriegħa ċertifikata uffiċjalment ta’ ġenerazzjoni ta’ qabel iż-żerriegħa bażika, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw ukoll iċ-ċertifikazzjoni uffiċjali bħala żerriegħa bażika, jekk jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet preskritti għal din il-kategorija.

2. Iż-żerriegħa tal-pjanti tal-għalf li tkun ġiet miġbura fi Stat Membru ieħor u li tkun intiża għaċ-ċertifikazzjoni b’mod konformi mad-disposizzjonijiet preskritti fil-paragrafu 1, għandha

- tkun ippakkjata u tkun ittikkettjata b’tikketta uffiċjali li tissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti f’Anness V (A) u (B), b’mod konformi mad-disposizzjonijiet elenkati fArtikolu 9 (1), u

- tkun akkumpanjata b’dokument uffiċjali li jissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti f’Anness V (Ċ).

3. L-Istati Membri għandhom jipprovdu wkoll li ż-żerriegħa tal-pjanti tal-għalf

- li tkun ġiet prodotta direttament minn żerriegħa bażika jew minn żerriegħa ċertifikata, ċertifikarti uffiċjalament jew fi Stat Membru wieħed jew aktar jew f’pajjiż terz li jkun ġie konċess l-ekwivalenza skond Artikolu 16 (1) (b), jew li tkun ġiet prodotta direttament mit-taħlit tar-razza taż-żerriegħa bażika ċertifikata uffiċjalment fi Stat Membru ma’ żerriegħa bażika ċertifikata uffiċjalment f’dan il-pajjiż terz, u

- li tkun ġiet miġbura f’pajjiż terz,

għandha, fuq talba, tiġi ċertifikata uffiċjalment bħala żerriegħa ċertifikata f’kull wieħed minn dawn l-Istati Membri fejn iż-żerriegħa bażika jew iż-żerriegħa ċertifikata li hemm referenza dwarha hawn fuq kienu jew prodotti jew iċċertifikati uffiċjalment, jekk iż-żerriegħa tkun għaddiet minn spezzjoni fuq il-post li jissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti f’deċiżjoni dwar l-ekwivalenza magħmula skond Artikolu 16 (1) (a) għall-kategorija rilevanti, u jekk l-eżaminazzjoni uffiċjali tkun wriet li jkunu ġew sodisfatti l-kondizzjonijiet preskritti f’Anness II. L-Istati Membri oħra jistgħu jawtorizzaw ukoll iċ-ċertifikazzjoni uffiċjali ta’ din iż-żerriegħa."

11. f’Anness I (2), fl-ewwel kolonna tat-tabella, "Phacelia tanacetifolia" hija miżjuda kull darba wara "Brassica spp.";

12. fit-tieni sentenza tal-verzjoni Franċiża ta’ Anness I (3), "la variété" (il-varjetà) hija sostitwita bi "l’espèce" (l-ispeċje);

13. fl-intestatura tal-kolonna 4 tal-verżjoni Franċiża ta’Anness II (I) (2) (A), "animale" (l-annimal) hija sostitwita bi "minimale" (l-anqas);

14. f’Anness II (I) (2) (A) dawn li ġejjin huma miżjuda wara "Arrhenatherum elatius" u "Brassica oleracea convar. acephala", rispettivament:

1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 | 7 | 8 | 9 | 10 | 11 | 12 | 13 | 14 | 15 |

'Bromus catharticus | 75(a) | | 97 | 1,5 | 1,0 | 0,5 | 0,3 | | | | 0(g) | 0(j) (k)' | 10(n) | |

Bromus sitchensis | 75(a) | | 97 | 1,5 | 1,0 | 0,5 | 0,3 | | | | 0(g) | 0(j)(k),' | 10(n) | |

u |

'Phacelia tanacetifolia | 80(a) | | 96 | 1,0 | 0,5 | | | | | | 0 | 0(j) (k)' | | |

15. f’Anness II (II) (2) (A) dawn li ġejjin huma miżjuda wara "Arrhenatherum elatius" u "Brassica oleracea convar. acephala", rispettivament:

1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 | 7 | 8 |

'Bromus catharticus | 0,4 | 20 | 5 | 5 | 5 | | (j) |

Bromus sitchensis | 0,4 | 20 | 5 | 5 | 5 | | (j)' |

u |

'Phacelia tanacetifolia | 0,3 | 20' | | | | | |

16. f’Anness III dawn li ġejjin huma miżjuda wara "Arrhenatherum elatius" u "Brassica oleracea convar. acephala", rispettivament:

1 | 2 | 3 | 4 |

'Bromus catharticus | 10 | 200 | 200 |

Bromus sitchensis | 10 | 200 | 200' |

u |

'Phacelia tanacetifolia | 10 | 300 | 40' |

17. dan li ġej huma miżjud ma’ Anness IV (A) (I) (a) (4):

"indikata għall-anqas skond l-isem botaniku tagħha, li jista’ jingħata f’għamla mqassra u mingħajr l-ismijiet tal-awtoritajiet, b’karattri Rumani,";

18. is-sentanza li ġejja għandha tiżdied ma’ Anness IV (A) (I) (a):

"B’mod konformi mal-proċedura preskritta f’Artikolu 21, l-Istati Membri jistgħu jiġu meħlusa mill-ħtieġa li jindikaw l-isem botaniku rigward speċji individwali u, fejn xieraq, għal perjodi limitati taż-żmien, meta jkun ġie stabbiliti li l-iżvantaġġi tal-implimentazzjoni tagħha jegħilbu l-vantaġġi mistennija mill-kummerċ taż-żerriegħa.";

19. dan li ġej huma miżjud ma’ Anness IV (A) (I) (a) (5):

"indikata għall-anqas b’karattri Rumani,";

20. dan li ġej huwa miżjud ma’ Anness IV (A) (I) (b) (5):

"indikata għall-anqas skond l-isem botaniku tagħha, li jista’jingħataf’għamla mqassara u mingħajr l-ismijiet tal-awtoritajiet, b’karattri Rumani";

21. dan li ġej huwa miżjud ma’ Anness IV (A) (I) (b):

"B’mod konformi mal-proċedura preskritta f’Artikolu 21, l-Istati Membri meħlusa mill-ħtieġa li jindikaw l-isem botaniku rigward speċji individwali u, fejn xieraq, għal perjodi limitati taż-żmien meta jkun ġie stabbilit li l-iżvantaġġi tal-implimentazzjoni tagħha jegħilbu l-vantaġġi mistenniji mill-kummerċ taż-żerriegħa.;"

22. dan li ġej huwa miżjud ma’ Anness IV (A) (I) (ċ) (4) wara "mhuri skond l-ispeċje u, fejn xieraq, skond il-varjetà":

"it-tnejn indikati għall-anqas b" karattri Rumani;

23. fl-aħħar sentenza tal-verżjoni Taljana taAnness IV (A) (I) (ċ) (4), "al fornitore" (dak li jissupplixxi) tiġi sostitwita bi "all’acquirente" (dak li jakkwista);

24. dan li ġej huwa miżjud ma’ Anness IV (B) (a) (6):

"indikata għall-anqas b’kartattri Rumani,";

25. dan li ġej huwa miżjud ma’ Anness IV (B) (a) (7):

"indikata għall-anqas b’karattri Rumani,";

26. dan li ġej huwa miżjud ma’ Anness IV (B) (b) (6):

"indikata għall-anqas b’karattri Rumani,";

27. dan li ġej huwa miżjud ma’ Anness IV (B) (ċ) (11) wara

"muri skond l-ispeċje u, fejn xiereaq, skond il-varjetà"

:

"it-tnejn indikati għall-anqas b’karattri Rumani,";

28. Anness li ġej huwa miżjud:

"

ANNESS V

It-tikketta u d-dokument ipprovvduti fil-każ ta' żerriegħa mhux finament iċertifikata, miġbura fi Stat Membru ieħor

A. Il-għamla meħtieġa tat-tikketta

- l-awtorità responsabbli mill-ispezzjoni fuq il-post u l-Istat Membru jew l-inizjali tagħhom,

- l-ispeċje, indikata għall-anqas skond l-isem botaniku tagħha, li jista’ jiġi mogħti f'għamla mqassra u mingħajr l-ismijiet tal-awtoritajiet, b'karattri Rumani,

- il-varjetà, indikata għall-anqas b'karattri Rumani,

- il-kategorija,

- il-għalqa jew in-numru tar-riferenza tal-lott,

- il-piż nett jew gross iddikjarat,

- il-kliem "żerriegħa mhux finalment iċertifikata".

B'mod konformi mal-proċedura preskritta fArtikolu 21, l-Istati Membri jistgħu jiġu meħlusa mill-ħtieġa li jindikaw l-isem botaniku rigward speċji individwali u, fejn xieraq, għal perjodu limitat taż-żmien meta jkun ġie stabbilit li l-iżvantaġġi tal-implimentazzjoni tagħha jegħilbu l-vantaġġi mistenniji mill-kummerċ taż-żerriegħa.

B. Il-kulur tat-tikketta

Il-kulur tat-tikketta għandu jkun griż.

Ċ. It-tagħrif meħtieġ għad-dokument

- l-awtorità li toħroġ id-dokument,

- l-ispeċje, indikata għall-anqas skond l-isem botaniku tagħha, li jista’ jingħata f'għamla mqassra u mingħajr l-ismijiet tal-awtoritajiet, b'karattri Rumani,

- il-varjetà, indikata għall-anqas b'karattri Rumani,

- il-kategorija,

- in-numru tar-riferenza taż-żerriegħa wżata għaż-żrigħ fil-għalqa u l-isem tal-pajjiża jew tal-pajjiżi li jkunu ċċertifikaw din iż-żerriegħa,

- il-għalqa jew in-numru tar-riferenza tal-lott,

- il-medda tal-art ikkultivata għall-produzzjoni tal-lott kopert bid-dokument,

- il-kwantità taż-żerriegħa miġbura u n-numru ta' pakketti,

- in-numru ta' ġenerazzjonijiet ta' wara ż-żerriegħa bażika, fil-każ taż-żerriegħa ċertifikata,

- ċertifikat li jkunu ġew imwettqa l-kondizzjonijiet li jridu jiġu sodisfatti mill-wiċċ tar-raba’ minn fejn tiġi ż-żerriegħa,

- fejn xieraq, ir-riżultati ta' analiżi preliminarji taż-żerriegħa.

"

Artikolu 3

Id-Direttiva 66/402/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej:

1. f’Artikolu 2 (1) (A),

"X Triticosecale Wittm. | Triticale" |

huma mdaħħla wara

"Sorghum sudanense (Piper) Stapf | ħaxix tas-Sudan;" |

2. f’Artikolu 2 (1) (A) tal-verżjoni Ġermaniża, fil-vers "Phalaris canariensis L", "Kanariensaat" hija sostitwitabi "Kanariengras":

3. f’Artikolu 2 (1) (Ċ) il-kliem tad-dħul jiġi sostitwit bi:

"Ċ. Żerriegħa bażika (ħafur, xgħir, ross, skalora, segala triticale, qamħ, qamħ duru u qamħ tat-tqiq Ġermaniż (spelt), għajr l-ibridi tagħhom f’kull każ): żerriegħa";

4. dan li ġej huwa miżjud f’Artikolu 2 (1):

"Ċ a. Żerriegħa bażika (ibridi tal-ħafur, tax-xgħir, tar-ross, tal-qamħ, tal-qamh duru u tal-qamħ tat-tqiq Ġermaniż (spelt):

(a) li hija ntiża għall-produzzjoni tal-ibridi;

(b) li, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ Artikolu 4, tissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti f’Annessi I u II għaż-żerriegħa bażika; u

(ċ) li tkun ġiet misjuba b’eżaminazzjoni uffiċjali li tissodisfa l-kondizzjonijiet imsemmija hawn fuq.";

5. f’Artikolu 2 (1) (E) l-kliem tad-dħul huwa sostitwit b’dan li ġej:

"E. Żerriegħa ċertifikata (l-iskalora u is-segala, għajr l-ibridi f’kull każ, is-sorgu, il-ħaxix tas-Sudan, il-qamħ-ir-rum u ibridi tal-ħafur, tax-xgħir, tar-ross, tal-qamħ, tal-qamħ duru u l-qamħ tat-tqiq Ġermaniż (spelt): żerriegħa;"

6. f’Artikolu 2 (1) (F), il-kliem tad-dħul huwa sostitwit b’dan li ġej:

"F. Iż-żerriegħa ċertifikata tal-ewwel ġenerazzjoni (ħafur, xgħir, ross, triticale, qamħ, qamħ duru u qamħ tat-tqiq Ġermaniż (spelt), għajr l-ibridi f’kull każ): żerriegħa";

7. f’Artikolu 2 (1) (Ġ), il-kliem tad-dħul huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Ġ. Iż-żerriegħa ċertifikata tat-tieni ġenerazzjoni (ħafur, xgħir, ross, triticale, qamħ, qamħ duru u qamħ tat-tqiq Ġermaniż (spelt), għajr l-ibridi f’kull każ): żerriegħa";

8. f’Artikolu 2 (1a) tal-verżjoni Ingliża, il-kelma "descriptions" tiġi sostitwita bil-kelma "name";

9. dak li qabel kien Artikolu 2 (1b) u (1c) isiru Artikolu 2 (1d) u (1e) rispettivament;

10. il-paragrafi li ġejjin jiżdiedu f’Artikolu 2:

"1b. L-emendi li jridu jsiru għall-paragrafu 1 (Ċ) (Ċa), (E), (F) u (Ġ) bil-għan li jinkludu l-ibridi tal-iskalora, is-segala u t-triticale fl-iskop ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati b’mod konformi mal-proċedura preskritta f’Artikolu 21.

1ċ. It-tipi differenti tal-varjetajiet, inklużi l-komponenti, eliġibbli għaċ-ċertifikazzjoni skond id-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, jistgħu jiġu speċifikati u definiti b’mod konformi mal-proċedura preskritta f’Artikolu 21. B’mod konformi ma’ l-istess proċedura, id-definizzjonijiet fil-paragradi I (B) għandhom jiġu adattati kif xierqa.";

11. f’Artikolu 2 (1) (ċ), id-data "30 ta’ Ġunju 1982" hija sostitwita bid-data "30 ta’ Ġunju 1987" u t-tieni inċiż huwa mħassar;

12. f’Artikolu 2 (2) (d), id-data "31 ta’ Diċembru 1982" hija sostitwita bid-data "30 ta’ Ġunju 1989";

13. il-paragrafu li ġej huwa miżjud ma’ Artikolu 4:

"3. Fil-każ taż-żerriegħa tat-triticale, intiża għall-kummerċ fit-territorju tagħhom stess, l-Istati Membri jistgħu jnaqqsu għal 80 % il-ġerminazzjoni minima meħtieġa skond Anness II. Jekk, f’dawn il-każi, iż-żerriegħa tat-triticale, ma tissodifax il-kondizjonijiet preskritti f’Anness II rigward il-ġerminzzjoni, dan il-fatt, u l-fatt li ż-żerriegħa tkun għall-bejgħ biss fis-suq fit-territorju tal-Istat Membru interessat, għandhom jiġu dikjarati fuq it-tikketta.";

14. dak li qabel kien Artikolu 11 isir Artikolu 11 (1);

15. il-paragrafu li ġej huwa miżjud ma’ Artikolu 11:

"2. It-tikketta li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 1 għandha titfassal f’maniera hekk li ma tkunx tista’ titħawwad mat-tikketta uffiċjali li hemm referenza dwarha f’Artikolu 10 (1).";

16. Artikolu 13a li ġej huwa miżjud:

"Artikolu 13a

Għall-iskopijiet li jitfittxu alternattivi mtejba dwar ċerti elementi tas-sistema taċ-ċertifkazzjoni adottata skond din id-Direttiva, jista’ jiġi deċiż li jiġu organizzati esperimenti temporanji permezz tal-kondizzjonijiet speċifiċi fil-livell Komunitarju b’mod konformi mal-proċedura preskritta f’Artikolu 21.

Fil-qafas ta’ dawn l-esperimenti, l-Istati Membri jistgħu jiġu meħlusa minn ċerti obbligazzjonijiet preskritti f’din id-Direttiva. Il-firxa ta’ dan ir-rilaxx għandha tiġi definita b’riferenza għad-disposizzjonijiet li għaliha tapplika.. It-tul taż-żmien tal-esperiment ma għandux jeċċedi s-seba’ snin.";

17. f’Artikolu 14 (2) (a), il-fraż,i "triticale" hija miżjuda wara l-kelma "ross";

18. il-ħames u s-sitt inċiżi ta’ Artikolu 14 (3) (ċ) huma sostitwita b’dan li ġej:

"— l-ispeċje, indikata għall-anqas skond l-isem botaniku tagħha, li jista’ jiġi mogħti fil-għamla mnaqqsa u mingħajr l-ismijiet tal-awtoritajiet, b’karattri Rumani,

— il-varjetà, indikata għall-anqas b’karattri Rumani,";

19. dan li ġej huwa miżjud ma’ Artikolu 14 (3):

"B’mod konformi mal-proċedura preskritta f’Artikolu 21, l-Istati Membri jistgħu jiġu meħlusa mill-ħtieġa li jiġi indikat l-isem botaniku rigwardspeċje individwali u, fejn xieraq, għal perjodi limitati taż-żmien meta jiġi stabbilit li l-iżvantaġġi tal-implimentazzjoni tagħha jegħilbu l-vantaġġi mistennija mill-kummerċ taż-żerriegħa.";

20. Artikolu 15 huwa sostitwitb’dan li ġej:

"Artikolu 15

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li ż-żerriegħa taċ-ċereali

- li tkun ġiet prodotta direttament minn żerriegħa bażika jew minn żerriegħa ċertifikata tal-ewwel ġenerazzjoni ċertifikata uffiċjalment jew fi Stat Membru wieħed jew aktar jew f’pajjiż terz li jkun ġie mogħtija l-ekwivalenza skond Artikolu 16 (1) (b), jew li jkun ġiet prodotta direttament mit-taħlit tar-razez taż-żerriegħa bażika ċċertfikata uffiċjalment f’dan il-pajjiż terz, u

- li tkun ġiet miġbura fi Stat Membru ieħor,

għandha, fuq talba u mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tad-Direttiva 70/457/KEE, tiġi ċertifikata uffiċjalment bħala żerriegħa ċertifikata f’kull Stat Membru jekk din iż-żerriegħa tkun għaddiet minn spezzjoni fuq il-post li tissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti f’Anness I għall-kategorija rilevanti u jekk l-eżaminazzjoni uffiċjali tkun uriet li jkunu ġew sodisfatti l-kondizzjonijiet preskritti f’Anness II għall-istess kategorija.

Meta, f’dawn il-każi ż-żerriegħa tkun ġiet prodotta direttament minn żerriegħa ċertifikata uffiċjalment minn ġenerazzjoniet ta’ qabel iż-żerriegħa bażika, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw ukoll iċ-ċertifikazzjoni uffiċjali bħala żerriegħa bażika, jekk jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet preskritti għal din il-kategorija.

2. Iż-żerriegħa taċ-ċereali li tkun ġiet migbura fi Stat Membru ieħor, u li tkun intiża għaċ-ċertifikazzjoni b’mod konformi mad-disposizzjonijiet preskritti fil-paragrafu 1, għandha

- tiġi ppakkjata u tikkettjata b’tikketta uffiċjali li tissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti f’Anness V (A) u (B), b’mod konformi mad-disposizzjonijiet preskritti f’Artikolu 9 (1), u

- tiġi akkumpanjata b’dokument uffiċjali li jissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti f’Anness V (Ċ).

3. L-Istati Membri għandhom jipprovdu wkoll li ż-żerriegħa taċ-ċereali

- li tkun ġiet prodotta direttament minn żerriegħa bażika jew minn żerriegħa ċertifikata tal-ewwel ġenerazzjoni, ċertifikata uffiċjalment fi Stat Membru wieħed jew aktar jew f’pajjiż terz li jkun ġie mogħti l-ekwivalenza skond Artikolu 16 (1) (b), jew li tkun ġiet prodotta direttament mit-taħlit tar-razez taż-żerriegħa bażika ċertifikata uffiċjalment fi Stat Membru maż-żerriegħa bażika ċertifikata uffiċjalment f’dan il-pajjiż terz, u

- li tkun ġiet miġbura f’pajjiż terz,

għandha, fuq talba, tiġi ċertifikata uffiċjalmenrt bħala żerriegħa ċertifikata f’kull Stat Membru minn dawn meta ż-żerriegħa bażikatkun ġiet jew prodotta jew uffiċjalment ċertifikata, jekk iż-żerriegħa tkun għaddiet minn spezzjonii fuq il-post li tissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti f’deċiżjoni ta’ ekwivaenza magħmula skond Artikolu 16 (1) (a) għall-kategorija rilevanti, u jekk l-eżaminazzjoni uffiċjali tkun uriet li jkunu ġew sodisfatti l-kondizzjonijiet preskritti f’Anness II għall-istess kategorija. L-Istati Membri l-oħrajn jistgħu wkoll jawtorizzaw iċ-ċertifikazzjoni uffiċjali ta’ din iż-żerriegħa.";

21. Artikolu 21b li ġej huwa miżjud:

"Artikolu 21b

L-emendi li jridu jsiru għall-kontenut taAnnessi sabiex jiġu stabbiliti l-kondizjonijiet li jridu jiġu sodisfatti mill-wiċċ tar-raba’ u miż-żerriegħa tal-ibridi tal-ħafur, tax-xgħir, tar-ross, tal-qamħ, tal-qamħ duru, tal-qamħ tat-tqiq Ġermaniż (spelt) u tal-ispeċji oħra li l-ibridi tagħhom huma inklużi fl-iskop ta’ din id-Direttiva skond Artikolu 2 (1b) u l-kondizzjonjiet li jridu jiġu sodisfatti mill-wiċċ tar-raba’ u miż-żerriegħa tal-varjetajiet ta’ triticale mnissla b’dakkir minn taħlit tar-razez għandhom jiġu adottati skond il-proċedura preskritta f’Artikolu 21.";

22. f’Artikolu 22, il-frażi "Anness II (2)" hija sostitwitabil-frażi "Anness II (3)";

23. Artikolu 23a huwa sostitwitbArtikolu li ġej:

"Artikolu 23a

Ma’ l-Applikazzjoni minn Stat Membru, li trid tiġi trattata kif hemm ipprovvdut fArtikolu 21, dan l-Istat jista’ jiġi meħlus totalment jew parzjalment mill-obbligu li japplika d-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, għajr Artikolu 14 (1):

(a) rigward l-ispeċji li ġejjin:

- l-iskalora,

- is-sorgu,

- il-ħaxix tas-Sudan;

(b) rigward l-ispeċji l-oħra li ma jkunux normalment riprodotti jew mibjugħa fis-suq fit-territorju tiegħu.";

24. fit-tabella f’Anness I (2) dan li ġej għandu jiddaħħal qabel

"Zea mays"

:

"Triticosecale, varjetajiet li jdakkru lilhom infushom | |

—għall-produzzjoni taż-żerriegħa bażika | 50 m |

—għall-produzzjon taż-żerriegħa ċertifikata | 20 m"; |

25. f’Anness I (5) (B) (a), "Triticosecale" għandha tiddaħħal wara "Phalaris canariensis";

26. fil-verżjoni Franċiża ta’ Anness I (5) (B) (b), in-numru "3" huwa sostitwitbin-numru "1" u n-numru "1" bin-numru "3";

27. f’Anness II (1) (A) "apparti minn ibridi f’kull każ" hija miżjuda wara "Triticum spelta,";

28. dan li ġej jiddaħħal wara Anness II (1) (A):

"Aa Varjetajiet li jdakkru lilhom infushom ta’ Triticosecale

Kategorija | Purità minima ta’ varjetà magħmula minn razza waħda (%) |

— Żerriegħa bażika | 99,7 |

Żerriegħa ċertifikata, tal-ewwel ġenerazzjoni | 99,0 |

Żerriegħa ċertifikata, tat-tieni ġenerazzjoni | 98,0 |

Il-purità minima ta’ varjetà magħmula minn razza waħda għandha tiġi eżaminata prinċipalment bi spezzjoni fuq il-post imwettaqa b’mod konfrmi mal-kondizzjonijiet preskritti f’Anness I.";

29. f’Anness II (2) (A), dan li ġej għandu jiddaħħal wara

"Sorghum spp."

:

"1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 | 7 | 8 | 9 | 10 |

Triticosecale | | | | | | | | | |

—żerriegħa bażika | 85 | 98 | 4 | | 1(b) | 3 | 0(ċ) | 1 | |

—żerriegħa ċertifikata tal-ewwel u t-tieni ġenerazzjoni | 85 | 98 | 10 | | 7 | 7 | 0(ċ) | 3" | |

30. F’Anness III, "Triticosecale" hija miżjudha wara "Secale cereale",

31. dan li ġej huwa miżjud ma’ Anness IV (A) (a) (4):

"indikat għall-anqas bl-isem botaniku tiegħu, li jista’ jingħata f’għamla mqassra u mingħajr l-ismijiet tal-awtoritajiet, b’karattri Rumani";

32. is-sentenza li ġejja hija miżjuda ma’ Anness IV (A) (a):

"B’mod konformi mal-proċedura preskritta f’Artikolu 21, l-Istati Membri jistgħu jiġu meħlusa mill-ħtieġa li jindikaw l-isem botaniku rigward l-ispeċji individwali u, fejn xieraq, għal perjodi limitati taż-żmien meta jkun ġie stabbilit li l-iżvantaġġi tal-implimentazzjoni tagħha jegħilbu l-vantaġġi mistennija mill-kummerċ taż-żerriegħa.";

33. Anness IV (A) (a) (5) huwa sostitwitb’dan li ġej:

"Il-varjetà, indikata għall-anqas b’karattri Rumani";

34. Anness IV (A) (a) (9) huwa sostitwitb’dan li ġej:

"9. Fil-każ ta’ varjetajiet li huma ibridi jew linji konġeniti:

- għaż-żerriegħa bażika meta l-ibridu jew il-linja konġenita li għalihom tappartjieni ż-żerriegħa jkunu ġew aċċettati uffiċjalment skond id-Direttiva 70/457/KEE:

l-isem ta’ dan il-komponent, li taħtu tkun ġiet uffiċjalment aċċettata, b’riferenza għall-varjetà aħħarija jew mingħajrha, akkumpanjata, fil-każ tal-ibridi jew tal-linji konġeniti li huma intiżi biss bħala komponenti għall-varjietajiet aħħarija, bil-kelma "komponent";,

- għaż-żerriega bażika fil-każi l-oħrajn:

l-isem tal-komponent li għalih tappartjieni ż-żerriegħa bażika, li jista’ jingħata fil-għamla ta’ kodiċi, akkumpanjat b’riferenza għall-varjetà aħħarija, briferenza għall-funzjoni tiegħu (maskil jew femminil) jew mingħajrha, u akkumpanjat bil-kelma "komponent";,

- għaż-żerriegħa ċertifikata:

l-isem tal-varjetà li għaliha tappartjieni ż-żerriegħa, akkumpanjat bil-kelma "ibrida";.";

35. f’Anness IV (A) (b) (1), i "jew varjetajiet" hija miżjudha wara l-kelma "speċje";

36. dan li ġej huwa miżjud ma’ Anness IV (A) (b) (4):"l-ismijiet tal-ipeċji u tal-varjetajiet għandhom jiġu għall-anqas indikati b’karattri Rumani.";

37. Anness li ġej huwa miżjud:

"

ANNESS V

It-tikketta u d-dokument ipprovvduti fil-każ ta’ żerriegħa mhix finalment iċertifikata, miġbura fi Stat Membru ieħor

A. It-tagħrif meħtieġ għat-tikketta

- l-awtorità responsabbli mill-ispezzjoni fuq il-post u l-Istat Membru jew l-inizjali tagħhom,

- l-ispeċje, indikata għall-anqas skond l-isem botaniku tagħha, li jista’ jingħata f’għamla mqassra u mingħajr l-ismijiet tal-awtoritajiet, b’karattri Rumani,

- il-varjetà, indikata għall-anqas b’karattri Rumani; fil-każ tal-varjetajiet (linji konġeniti, ibridi), li huma intiżi biss bħala komponenti għall-varjetajiet ibridi, għandha tiżdied il-kelma "komponent",

- il-kategorija,

- fil-każ ta’ varjetajiet ibridi l-kelma "ibrida":

- il-piż nett jew gross iddikjarat,

- il-kelmiet "żerriegħa mhux finalment iċċertfikata".

B’mod konformi mal-proċedura preskritta f’Artikolu 21, l-Istati Membri jistgħu jiġu meħlusa mill-ħtieġa li jindikaw l-isem botaniku rigward l-ispeċji individwali u, fejn xieraq, għal perjodi limitati taż-żmien meta jkun ġie stabbilit li l-iżvantaġġi ta’ din l-implimentazzjoni jegħilbu l-vantaġġi mistennija mill-kummerċ taż-żerriegħa.

B. Il-kulur tat-tikketta

It-tikketta għandha tkun griża.

Ċ. It-tagħrif meħtieġ għad-dokument

- l-awtorità li toħroġ id-dokument,

- l-ispeċje, indikata għall-anqas skond l-isem botaniku tagħha, li jista’ jingħata f’għamla mqassra u mingħajr l-ismijiet tal-awtoritajiet, b’karattri Rumani,

- il-kategorija,

- in-numru ta’ riferenza taż-żerriegħa wżata għaż-żrigħ tal-għalqa u l-isem tal-pajjiż jew tal-pajjiżi li jkunu ċċertifikaw din iż-żerriegħa,

- il-għalqa jew in-numru ta’ riferenza tal-lott,

- il-medda tal-art kultivata għall-produzzjoni tal-lott kopert bid-dokument,

- il-kwantità taż-żerriegħa miġbura u n-numri tal-pakketti,

- in-numru ta’ ġenerazzjonijiet ta’ wara ż-żerriegħa bażika, fil-każ taż-żerriegħa ċertifikata,

- ċertifikat li jkunu ġew imwettqa l-kondizzjonijiet li jridu jiġu sodisfatti mill-wiċċ tar-raba’ li minnu tiġi ż-żerriegħa,

- fejn xieraq, ir-riżultat tal-analiżi preliminarja taż-żerriegħa.

"

Artikolu 4

Id-Direttiva 66/403/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej:

1. dak li qabel kien Artikolu 11 isir Artikolu 11 (1);

2. jiżdied il-paragrafu li ġej ma’ Artikolu 11:

"2. It-tikketta li hemm riferenza dwarha fil-paragrafu 1 għandha titfassal f’manjiera hekk li ma tistax titħawwad mat-tabella uffiċjali riferita f’Artikolu 10 (1).";

3. ir-raba’ u l-ħames inċiżi ta’ Artikolu 13 (4) (ċ) huma sostitwita b’dan li ġej:

"— l-ispeċje, indikata għall-anqas b’karattri Rumani, skond l-isem botaniku tagħha, li jista’ jingħata f’għamla mqassra u mingħajr l-ismijiet tal-awtoritajiet, jew bl-isem komuni tagħha jew bit-tnejn,

— il-varjetà, indikata għall-anqas b’karattri Rumani.";

4. dan li ġej huwa miżjud ma’ Anness III (A) (4):

"indikata għall-anqas b’karattri Rumani".

Artikolu 5

Id-Direttiva 69/208/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej:

1. f’Artikolu 2 (1) (B), "(varjetajiet oħra għajr ibridi tal-ġirasol)" hija miżjudha wara "Żerriegħa bażika";

2. dan li ġej huwa miżjud wara Artikolu 2 (1) (B):

"Ba. Iż-żerriegħa bażika (ibridi tal-ġirasol)

1. Iż-żerriegħa bażika tal-linji konġeniti: żerriegħa

(a) li, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ Artikolu 4, tissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti f’Annessi I u II għaż-żerriegħa bażika; u

(b) li tkun instabet b’eżaminazzjoni uffiċjali li tissodisfa l-kondizzjonijiet imsemmija hawn fuq.

2. Iż-żerriegħa bażika tal-ibridi sempliċi żerriegħa

(a) li hija ntiża għall-produzzjoni tal-ibridi mħallta fir-razza għal tliet darbiet ("three-way-cross hybrids";) jew ibridi mħallta fir-razza għal darbtejn ("double cross — hybrids";);;

(b) li, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ Artikolu 4, tissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti f’Annessi I u II għaż-żerriegħa bażika; u

(ċ) li tkun instabet b’eżaminazzjoni uffiċjali li tissodisfa l-kondizzjonijiet imsemmija hawn fuq.";

3. f’Artikolu 2 (1a) tal-verżjoni Ingliża, il-kelma "descriptions" trid tiġi sostitwita bil-kelma "names";

4. dak li qabel kien Artikolu 2 (1b) isir 2 (1ċ);

5. il-paragrafu li ġej huwa miżjud f’Artikolu 2:

"1b. It-tipi differenti tal-varjetajiet, inklużi l-komponenti, eliġibbli għaċ-ċertifikazzjoni skond id-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jistgħu jiġu speċifikati u definiti b’mod konformi mal-proċedura preskritta f’Artikolu 20.";

6. f’Artikolu 2 (2) (b) fil-verżjoni Ingliża, il-frażi "or linseed" tiddaħħal wara l-kelma "flax";

7. dak li qabel kien Artikolu 11 isir Artikolu 11 (1);

8. il-paragrafu li ġej huwa miżjud ma’ Artikolu 11:

"2. It-tikketta li hemm riferenza dwarha fil-paragrafu 1 għandha titfassal f’manjiera hekk li ma tistax titħawwad mat-tikketta uffiċjali riferita f’Artikolu 10 (1).";

9. is-segwenti Artikolu 12a huwa miżjud:

"Artikolu 12a

Bil-għan li jitfittxu alternattivi mtejba għal ċerti elementi tal-iskema taċ-ċertifikazzjoni adottata skond din id-Direttiva, jista’ jiġi deċiż li jiġu organizzati esperimenti temporanzji skond il-kondizzjonijiet speċifikati fil-livell Komunitarju b’mod konformi mal-proċedura preskritta f’Artikolu 21.

Fil-qafas ta’ dawn l-esperimenti, l-Istati Membri jistgħu jiġu eżentati minn ċerti obbligazzjonijiet preskritti f’din id-Direttiva. Il-firxa ta’ dan ir-rilaxx għandha tiġi definita b’riferenza għad-disposizzjonijiet li tapplika għaliha. It-tul taż-żmien tal-esperiment ma għandux jeċċedi s-seba’ snin’.";

10. il-ħames u s-sitt inċiżi ta’ Artikolu 13 (3) (ċ) huma sostitwita b’dan li ġej:

"— l-ispeċje, indikata għall-anqas bl-isem botaniku tagħha, li jista’ jingħata f’għamla mqassra u mingħajr l-ismijiet tal-awtoritajiet, b’karattri Rumani,

— il-varjetà, indikata għall-anqas b’karattri Rumani,";

11. is-sentenza li ġejja hija miżjuda ma’ Artikolu 13 (3):

"B’mod konformi mal-proċedura preskritta f’Artikolu 20, l-Istati Membri jistgħu jiġu meħlusa mill-ħtieġa li jindikaw l-isem botaniku rigward speċji individwali u, fejn xieraq, għal perjodi limitati taż-żmien, meta jkun ġie stabbilit li l-iżvantaġġi tal-implimentazzjoni jegħilbu l-vantaġġi mistennija mill-kummerċ taż-żerriegħa.";

12. Artikolu 14 huwa sostitwitb’dan li ġej:

"Artikolu 14

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li ż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u l-fibra

- li tkun ġiet prodotta direttament minn żerriegħa bażika jew minn żerriegħa ċertifikata tal-ewwel ġenerazzjoni, ċertifikata uffiċjalment jew fi Stat Membru wieħed jew aktar jew f’pajjiż terz li jkun ġie konċess l-ekwivalenza skond Artikolu 15 (1) (b), jew li tkun ġiet prodotta direttament mit-taħlit tar-razez taż-żerriegħa bażika ċertifikata uffiċjalment fi Stat Membru maż-żerriegħa bażika ta’ dan il-pajjiż terz, u

- li tkun ġiet miġbura fi Stat Membru ieħor,

għandha, fuq talba u mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tad-Direttiva 70/457/KEE, tiġi uffiċjalment iċertifikata bħala żerriegħa ċertifikata f’kull Stat Membru jekk din iż-żerriegħa tkun għaddiet minn spezzjoni fuq il-post li tissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti f’Anness I għall-kategorija rilevanti u jekk l-eżaminazzjoni uffiċjali tkun uriet li jkunu ġew sodisfatti l-kondizzjonijiet preskritti f’Anness II għall-istess kategorija.

Meta f’dawn il-każi ż-żerriegħa tkun ġiet prodotta direttament minn żerriegħa ċertifikata uffiċjalment ta’ ġenerazzjonijiet ta’ qabel iż-żerriegħa bażika, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw ukoll iċ-ċertifikazzjoni uffiċjali bħala żerriegħa bażika, jekk jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet preskritti għal din il-kategorija.

2. Iż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u l-fibri li tkun ġiet miġbura fi Stat Membru ieħor, u li tkun intiża għaċ-ċertifikazzjoni b’mod konformi mad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1, għandha

- tkun ippakkjata u ttikettajata b’tikketta uffiċjali li tissodisfa l-kondizzjonijiet preksritti f’Anness V (A) u (B), b’mod konformi mad-disposizzjonijiet preskritti f’Artikolu 9 (1), u

- tkun akkumpanjata b’dokument uffiċjali li jissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti f’Anness V (ċ).

3. L-Istati Membri għandhom jipprovdu wkoll li ż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u l-fibra

- li tkun ġiet prodotta direttament minn żerriegħa bażika jew minn żerriegħa ċertifikata tal-ewwel enerazzjoni, ċertifikata uffiċjalment fi Stat Membru wieħed jew aktar jew f’pajjiż terz li jkun ġie konċess l-ekwivalenza skond Artikolu 15 (1) (b), jew li tkun ġiet prodotta direttament mit-taħlit tar-razez taż-żerriegħa bażika, ċertifikata uffiċjalment fi Stat Membru ma’ żerriegħa bażika, ċertifikata uffiċjalment minn dan il-pajjiż terz, u

- li tkun ġiet miġbura f’pajjiż terz,

għandha, fuq talba, tiġi uffiċjalment iċertifikata bħala żerriegħa ċertifikata f’kull wieħed minn dawn l-Istati Membri fejn iż-żerriegħa bażika kienet jew prodotta jew iċertifikata uffiċjalment, jekk iż-żerriegħa tkun għaddiet minn spezzjoni fuq il-post li tissodisfa l-kondizjonijiet preskritti f’deċiżjoni dwar l-ekwivalenza magħmula skond Artikolu 15 (1) (a) għall-kategorija rilevanti u jekk l-eżaminazzjoni uffiċjali tkun uriet li jkunu ġew sodisfatti l-kondizzjonijiet preskritti f’Anness II għall-istess kategorija. L-Istati Membri l-oħra jistgħu jawtorizzaw ukoll iċ-ċertifikazzjoni uffiċjali għal din iż-żerriegħa.";

13. Artikolu 22 huwa sostitwitb’dan li ġej:

"Artikolu 22

Fuq l-applikazzjoni minn Stat Membru, li tiġi trattata skond kif hemm ipprovvdut fArtikolu 20, dan l-Istat jista’ jiġi rilaxxat totalment jew parzjalment mill-obbligi li japplika d-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, għajr Artikolu 13 (1):

(a) fir-rigward tal-ispeċji li ġejjin:

- il-Għosfor;

(b) fir-rigward tal-ispeċji l-oħrajn li ma jiġux normalment riprodotti jew mibjugħa fis-suq fit-territorju tiegħu.";

14. fl-ewwel paragrafu tat-tabella f’Anness 1 (2), "Helianthus annuus" hija mħassra;

15. fit-tabella f’Anness I (2) dan li ġej huwa miżjud:

"1 | 2 |

Helianthus annuus

—għall-produzzjoni taż-żerriegħa bażika tal-ibridi | 1500 m |

—għall-produzzjoni taż-żerriegħa bażika ta’ varjetajiet l-oħrajn għajr l-ibridi | 750 m |

—għall-produzzjoni taż-żerriegħa ċertifikata | 500 m" |

16. Anness I (3) huwa sostitwitb’dan li ġej:

"3. Il-wiċċ (tar-raba’) għandu jkollu identità tal-varjetà u l-purità tal-varjetà jew, fil-każ ta’ wiċċ (tar-raba’) ta’ linja konġenita tal-Helianthus annuus, identità u purità biżżejjed rigward il-karatteristiċi tagħha.

Għall-produzzjoni taż-żerriegħa ta’ varjietajiet ibridi tal-Helianthus annuus, id-disposizzjonijiet imsemmija hawn fuq għandhom japplikaw ukoll għall-karatteristiċi tal-komponenti, inkluż il-għoti lura tal-isterilità jew il-fertilità maskili.

B’mod partikolari, l-uċuh (tar-raba’) tal-Brassica juncea, Brassica nigra, Cannabis sativa, Carthamus tinctorius, Carum carvi, Gossypium spp. u l-ibridi tal-Helianthus annuus għandhom ikunu konformi mal-livelli stabbiliti jew mal- kondizzjonijiet l-oħrajn li ġejjin:

A. Il-Brassica juncea, il-Brassica nigra, il-Cannabis sativa, il-Carthamus tinctorius, il-Carum carvi u l-Gossypium spp.:

In-numru ta’ pjanti tal-ispeċje tal-wiċċ (tar-raba’) li jingħarfu bħala li ovvjament ma jkunux tal-varjetà vera ma għandhomx jeċċedu:

- il-waħda kull 30 m2 għall-prodotti taż-żerriegħa bażika,

- il-waħda għal kull 10 m2 għall-produzzjoni taż-żerriegħa ċertifikata.

B. L-ibridi tal-Helianthus annuus:

(a) il-persentaġġ skond in-numru ta’ pjanti li jiġu magħrufa bħala ovvjament tal-linja vera ta’ konġeniti jew tal-komponent veru ma għandux jeċċedu:

(aa) għall-produzzjoni taż-żerriegħa bażika:

"(i)il-linji konġeniti | 0,2" |

"(ii)l-ibridi sempliċi" |

"—il-ġenitur maskili, pjanti li jkunu farfru t-trab dakkari mal-waqt li 2 % jew aktar mill-pjanti femminili jkollhom fjuri lesti għall-ilqugħ | 0,2" |

"—il-ġenitur femminili | 0,5" |

(bb) għall-produzzjoni taż-żerriegħa ċertifikata:

"—il-komponent maskili, pjanti li jkunu farfru t-trab dakkari mal-waqt li 5 % jew aktar mill-pjanti femminili jkollhom fjuri lesti għal-ilqugħ | 0,5" |

"—il-komponent femminili | 1,0" |

(b) il-livelli stabbiliti jew il-kondizzjonijiet l-oħrajn li ġejjin għandhom jiġu sodisfatti għall-produzzjoni taż-żerriegħa tal-varjetajiet ibridi:

(aa) għandu jitfarfar biżżejjed trab dakkari mill-pjanti tal-komponent maskili mal-waqt li l-pjanti tal-komponent femminili jkunu jwarrdu;

(bb) meta l-pjanti tal-komponent femminili jkollhom stigmati riċevituri, il-persentaġġ skond in-numru tal-pjanti tal-komponent femminili li jkunu farfu t-trab dakkari jew li qegħdin ifarfruh ma għandux jeċċedi il-0,5:

(ċċ) għall-produzzjoni taż-żerriegħa bażika, il-persentaġġ tan-numru ta’ pjanti tal-komponent femminili li jiġu magħrufa bħala ovvjament ma’ jkunux tal-komponent veru u li jkunu farfru t-trab dakkari jew li qiegħdin ifarfruh ma għandux jeċċedi il-0,5;

(dd) meta l-kondizzjoni preskritta f’Anness II (I) (1a) ma tistax tkun sodisfatta, għandha tiġi sodisfatta l-kondizzjoni li ġejja: għandu jiġi wżat komponent maskili sterili sabiex jipproduċi żerriegħa ċertifikata bl-użu ta’ komponent maskili li jkun fih linja jew linji speċifiċi ta’ treġġigħ lura (restorazzjoni) sabiex terz mill-pjanti mill-ibridu li jirriżultaw jrid jipproduċi trab dakkari li f’kull rispett jidher normali."

17. Anness I (5) (B) huwa sostitwitb’dan li ġej:

"B. Fil-każi l-oħrajn għajr l-uċuh (tar-raba’) tal-ibridi tal-ġirasol għandu jkun hemm mill-anqas spezzjoni waħda fuq il-post. Fil-każital-ibridi tal-ġirasol għandu jkun hemm mill-anqas żewġ spezzjoniijiet fuq il-post.;"

18. dan li ġej huwa miżjud wara Anness II (1):

"1a. Meta l-kondizzjoni preskritta f’Anness I (3) (B) (b) (dd) ma tistax tkun sodisfatta, għandhom jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:meta għall-produzzjoni taż-żerriegħa ċertifikata tal-ibridi tal-ġirasol ikun ġie wżat komponent femminili maskilment-sterili u, l-komponent maskili li ma jreġġax lura l-fertilità maskili, iż-żerriegħa prodotta mill-ġenitur maskilment-sterili għandha tiġi mgħaqqda f’taħlita ma’ żerriegħa prodotta mill-ġenitur taż-żerriegħa kompletament fertili. Il-proprozjon tal-ġenitur maskilment-sterili mal-ġenitur maskilment-fertili ma għandux jeċċedi t-tnejn għal kull wieħed.";

19. dan li ġej huwa miżjud ma’ Anness IV (A) (a) (5):

"indikata għall-anqas skond l-isem botaniku tagħha, li jista jingħata f’għamla mqassra u mingħajr l-ismijiet tal-awtoritajiet b’karattri Rumani."

20. dan li ġej huwa miżjud ma’ Anness IV (A) (a):

"B’mod konformi mal-proċedura preskritta f’Artikolu 20, l-Istati Membri jistgħu jiġu meħlusa mill-ħtieġa li jindikaw l-ismijiet botaniċi rigward speċji individwali u, fejn xieraq, għal perjodi limitati taż-żmien meta jkun ġie stabbilit li l-iżvantaġġi tal-implimentazzjoni tagħha jegħilbu l-vantaġġi mstennija mill-kummerċ.";

21. dan li ġej huwa miżjud ma’ Anness IV (A) (a) (6):

"indikata għall-anqas b’karattri Rumani";

22. dan li ġej huwa miżjud wara Anness IV (A) (a) (10):

"10a. Fil-każ tal-varjetajiet li huma ibridi jew linji konġeniti:

- għaż-żerriegħa bażika meta l-ibridu jew il-linja konġenita li għalihom tappartjieni ż-żerriegħa kienu aċċettati uffiċjalment skond id-Direttiva tal-Kunsill 70/457/KEE:

l-isem ta’ dan il-komponent, li permezz tiegħu (ż-żerriegħa) tkun ġiet aċċettata, b’riferenza jew mingħajrha għall-varjetà aħħarija, akkumpanjata, fil-każ tal-ibridi jew tal-linji konġeniti li jkunu ntiżi biss bħala komponenti tal-varjetajiet aħħarija, bil-kelma "komponent";,

- għaż-żerriegħa bażika fil-każi l-oħra:

l-isem tal-komponent li għalih tappartjieni ż-żerriegħa bażika, li jista’ jingħata fil-għamla ta’ kodiċi, akkumpanjat b’riferenza għall-varjetà aħħarija, bir-riferenza jew mingħajrha għall-funzjoni tagħha (maskili jew femminili), u akkompanjat bil-kelma "komponent";,

- għaż-żerriegħa ċertifikata:

l-isem tal-varjetà li għaliha tappartjieni ż-żerriegħa, akkumpanjat bil-kelma "ibrida";.";

23. dan li ġej huwa miżjud ma’ Anness IV (A) (b) (6):

"indikata għall-anqas skond l-isem botaniku tagħha, li jista jingħata f’għamla mqassra u mingħajr l-ismijiet tal-awtoritajiet, b’karattri Rumani.";

24. is-sentenza li ġejja hija miżjuda ma’ Anness IV (A) (b):

"B’mod konformi mal-proċedura preskritta f’Artikolu 20, l-Istati Membri jistgħu jiġu meħlusa mill-ħtieġa li jindikaw l-isem botaniku rigward l-ispeċji individwali u, fejn xieraq, għal perjodi llimitati taż-żmien meta jkun ġie stabbilit li l-iżvantaġġi tal-implimentazzjoni tagħha jegħilbu l-vantaġġi mistennija mill-kummerċ taż-żerriegħa.";

25. Anness li ġej huwa miżjud:

"

ANNESS V

It-tikketta u d-dokument ipprovvduti fil-każ taż-żerriegħa li ma tkunx finalment ċċerifikata, miġbura fi Stat Membru ieħor

A. It-tagħrif meħtieġ għat-tikketta

- l-awtorità responsabbli mill-ispezzjoni fuq il-post u l-Istat Membru jew l-inizjali tagħhom,

- l-ispeċje, indikata għall-anqas skond l-isem botaniku tagħha, li jista’ jingħata f’għamla mqassra u mingħajr l-ismijiet tal-awtoritajiet, b’karattri Rumani,

- il-varjetà, indikata għall-anqas b’karattri Rumani; fil-każ ta’ varjetajiet (linji konġeniti, ibridi), li jkunu intiżi biss bħala komponenti għall-varjetajiet ibridi, għandha tiżdied il-kelma "komponent",

- il-kategorija,

- fil-każ tal-varjetajiet ibridi, il-kema "ibrida",

- il-għalqa jew in-numru tar-riferenza tal-lott,

- il-piż nett jew gross iddikjarat,

- il-frażi "żerriegħa mhix finalment iċertifikata".

B’mod konformi mal-proċedura preskritta f’Artikolu 20, l-Istati Membri jistgħu jiġu meħlusamill-ħtieġa li jindikaw l-isem botaniku rigward l-ispeċji individwali u, fejn xieraq, għal perjodi llimitati taż-żmien metajkun ġie stabbilit li l-iżvantaġġi tal-implimentazzjoni tagħha jegħilbu l-vantaġġi mill-kummerċ taż-żerriegħa.

B. Il-kulur tat-tikketta

It-tikketta għandha tkun griża.

Ċ. It-tagħrif meħtieġ għad-dokument

- l-awtorità li toħroġ id-dokument

- l-ispeċji, indikata għall-anqas skond l-isem botaniku tagħha, li jista’ jingħata f’għamla mqassra u mingħajr l-ismijiet tal-aworitajiet, b’karattri Rumani,

- il-varjetà, indikata għall-anqas b’karattri Rumani,

- il-kategorija,

- in-numru tar-riferenza taż-żerriegħa wżata għaż-żrigħ tal-għalqa u l-isem tal-pajjiż li jkun iċċertifika din iż-żerriegħa,

- il-għalqa jew in-numru tar-riferenza tal-lott,

- il-medda tal-art ikkultivata għall-produzzjoni tal-lott kopert bid-dokument,

- il-kwantità taż-żerriegħa miġbura u n-numru tal-pakketti,

- in-numru tal-ġenerazzjonijiet ta’ wara ż-żerriegħa bażika, fil-każ taż-żerriegħa ċertifikata,

- ċertifikat li jkunu twettqu l-kondizzjonijiet li għandhom ikunu u sodisfatti mill-wiċċ (tar-raba’) li minnu tiġi ż-żerriegħa,

- fejn xieraq, ir-riżultati tal-analiżi preliminari taż-żerriegħa.

"

Artikolu 6

Id-Direttiva 70/457/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej:

1. il-paragrafu li ġej huwa miżjud fArtikolu 3:

"1. Fil-każ tal-varjetajiet (linji konġeniti, ibridi) li jkunu intiżi biss għall-komponenti tal-varjetajiet aħħarija, id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 japplikaw biss għall-firxa li ż-żerriegħa li tappartjieni għalihom għandha tkun mibjugħa fis-suq skond ismijiethom..

Wara l-1 ta’ Lulju 1992, jistgħu jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet li permezz tagħhom għandhom japplikaw ukoll għal varjetajiet l-oħrajn tal-komponenti b’mod konformi mal-proċedura preskritta fArtikolu 23. Sadattant, fil-każ taċ-ċerali, għajr il-qamħ-ir-rum, l-Istati Membri jistgħu japplikaw dawn id-disposizzjonijiet huma nfushom għal varjetajiet l-oħrajn ta’ komponenti rigward iż-żerriegħa ntiża għaċ-ċertifikazzjoni fit-territorji tagħhom.

Il-varjetajiet tal-komponenti għandhom jiġu indikati bħala tali.";

2. dan li ġej huwa miżjud ma’ Artikolu 4 (2):

"(ċ) għall-aċċettazzjoni tal-varjetajiet (linji konġeniti, ibridi) li jkunu ntiżi biss bħala komponenti għall-varjetajiet ibridi li jissodisfaw il-ħtiġiet tal-paragrafu 1."

3. il-paragrafu li ġej huwa miżjud ma’ Artikolu 4:

"3. Fil-każ tal-varjetajiet li għalihom japplika l-paragrafu 2 (a), jista’ jiġi deċiż, b’mod konformi mal-proċedura preskritta fArtikolu 23, u safejn u sakemm dan ikun iġġustifikat fl-interess taċ-ċirkolazzjoni ħielsa taż-żerriegħa ġewwa l-Komunità, li l-varjietajiet ikollhom jiġu mhurija permezz tal-eżaminazzjoni xierqa li (l-varjetajiet) huma xierqa għall-iskop li għalih jiġu dikjarati li huma ntiżi. F’dawn il-każi, għandhom jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet għall-eżaminazzjoni.";

4. is-sentenza li ġejja hija miżjuda wara l-ewwel sentenza ta’ Artikolu 10 (2):"Din id-disposizzjoni ma għandhiex tapplika fil-każ tal-varjetajiet (linji konġeniti, ibridi) li jkunu intiżi biss bħala komponenti tal-varjetajiet aħħarija.";

5. dan li ġej huwa miżjud ma’ Artikolu 15 (2):

"Fir-rigward tal-Greċja u fir-rigward tal-varjetajiet li ġew aċċettati qabel l-1 ta’ Jannar 1986 fi Stat Membru wieħed jew aktar u li qatt ma ġew imħollija li jkunu mibjugħa fis-suq fil-Greċja qabel din id-data, għandhom jitqiesu l-applikazzjonijiet ippreżentati minn dan l-Istat Membru mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1986, mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet preskritti fil-paragrafu 1, basta iżda li l-applikazzjonijiet isiru għar-raġunijiet preskriti fl-ewwel alternattiva tal-paragrafu 3 (ċ).";

6. dan li ġej huwa miżjud ma’ Artikolu 15 (7):

"Fir-rigward tal-Greċja u fir-rigward tal-applikazzjonijiet ippreżentati minn dan l-Istat Membru mhux aktar tard mill-31 Diċembru 1985 u magħmula għar- raġunijiet li hemm referenza dwarhom fit-tieni alternattiva tal-paragrafu 3 (ċ), il-perjodu ta’ żmien provdut fil-paragrafu 1 jista’ jiġi mtawwal sat-30 ta’ Ġunju 1989."

Artikolu 7

Id-Direttiva 70/458/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej:

1. F’Artikolu 2 (1) (A),

"Brassica pekinensi | |

(Lour.) Rupr. | Kaboċċa Ċiniża |

hija mdaħħla wara | |

Brassica oleracea L. | Kolorabi (ġidra) |

convar. acephala (DC) |

Alef var. gongylodes |

"iċ-ċikwejra" tiġi sostitwita bi "Iċ-Ċikwejra Witloof, iċ-ċikwejra tal-werqa wiesgħa (iċ-ċikwejra Taljana)", | |

u | |

Cichorium intybus L. | |

(partim) | Ċikwejra industrijali |

hija mdaħħla wara |

Cichorium intybus L. | Iċ-Ċikwejra Witloof, ċikwejra |

(partim) | tal-werqa wiesgħa |

| (iċ-ċikwejra Taljana)" |

2. f’Artikolu 2 (1a) tal-verżjoni Ingliża, il-kelma "descriptions" tiġi sostitwita bil-kelma "names";

3. dak li qabel kien Artikolu 2 (1b) isir Artikolu 2 (1ċ);

4. il-paragrafu li ġej huwa miżjud f’Artikolu 2:

"1b. It-tipi differenti tal-varjetajiet, inklużi l-komponenti, jistgħu jiġu speċifikati u definiti b’mod konformi mal-proċedura preskritta f’Artikolu 40.";

5. il-paragrafu li ġej huwa miżjud ma’ Artikolu 4:

"Fil-każ taċ-ċikwejra industrijali, il-varjetà trid tkun ta’ valur sodisfaċenti għall-kultivazzjoni u l-użu.";

6. is-sentenza li ġejja hija miżjuda wara l-ewwel sentenza ta’ Artikolu 9 (3):"Fir-rigward tal-Greċja, id-dati tat-30 ta’ Ġunju 1975 u l-1 ta’ Lulju 1972 li hemm riferenza dwarhom hawn fuq għandhom jiġu sostitwita bid-dati il-31 ta’ Diċembru 1988 u l-1 ta’ Jannar 1986 rispettivament.";

7. dan li ġej huwa miżjud ma’ Artikolu 10 (2):

"Fil-każ tal-varjetajiet li jkunu mnissla minn varjetajiet li l-aċċettazzjoni uffiċjali tagħhom ġiet stabbilita skond it-tieni u r-raba’ sentenza ta’ Artikolu 13 (3), u li kienu ġew aċċettati fi Stat Membru wieħed jew aktar bħala riżultat tal-miżuri uffiċjali li hemm riferenza dwarhom f’din id-disposizzjoni, jista’ jiġi deċiż b’mod konformi mal-proċedura preskritta f’Artikolu 40, li l-Istati Membri kollha tal-aċċettazzjoni għandhom jassiguraw li l-varjetajiet iġorru l-ismijiet stabbiliti skond l-istess proċedura u li jkunu konformi mal-prinċipji ta’ hawn fuq.";

8. dan li ġej huwa miżjud ma’ Artikolu 13 (2):

"Fil-każ tal-varjetajiet imsemmija fit-tieni sentenza ta’ Artikolu 12 (1) l-aċċettazzjoni tista’ tiġi mġedda meta, mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta’ Artikolu 37, l-isem tal-persuna jew tal-persuni responsabbli miż-żamma jkunu ġew irreġistrati uffiċjalment u ppubblikati b’mod konformi mad-disposizzjonijiet ta’ Artikolu 10 (1).";

9. dan li ġej huwa miżjud ma’ Artikolu 13 (3):

"Fil-każ tal-varjetajiet li l-aċċettazzjoni tagħhom tkun ġiet konċessa qabel l-1 ta’ Lulju 1972, il-perjodu taż-żmien imsemmi fit-tieni sentenza tal-paragrafu 1 jista’ jiġi mtawwal, b’mod konformi mal-proċedura preskritta f’Artikolu 40, l-aktar tard sat-30 Ġunju 1990 għall-varjetajiet individwali, meta jkunu ttieħdu miżuri uffiċjali organizzati fuq il-bażi Komunitarju qabel l-1 ta’ Lulju 1982 sabiex ikun assigurat li jintlaħqu l-kondizzjonijiet għat-tiġdid tal-aċċettazzjoni tagħhom jew għall-aċċettazzjoni tal-varjetajiet imnissla minnhom.

Fir-rigward tad-Danimarka, tal-Irlanda u tr-Renju Unit, id-data tal-1 ta’ Lulju 1972 li hemm riferenza dwarha hawn fuq għandha tiġi sostitwita bid-data tal-1 ta’ Jannar 1973.

Fir-rigward tal-Greċja, ta’ Spanja u tal-Portugall, it-tmiem tal-perjodu taż-żmien tal-aċċettazzjoni għal ċerti varjetajiet li għalihom kienet ġiet konċessa l-aċċettazzjoni f’dawn l-Istati Membri qabel l-1 ta’ Jannar 1986 jista’ wkoll jiġi fissat fuq it-talba ta’ dawn l-Istati Membri, għat-30 ta’ Ġunju 1990, b’mod konformi mal-proċedura preskritta f’Artikolu 40, u jistgħu jiġu inklużi l-varjetajiet interessati fil-miżuri uffiċjali msemmija hawn fuq organizzati fuq il-bażi Komunitarju.;"

10. dan li ġej huwa miżjud ma’ Artikolu 16:

"5. Fir-rigward tal-Greċja u fir-rigward tal-varjetajiet li ġew aċċettati qabel l-1 ta’ Jannar 1986 f’wieħed jew aktar mill-Istati Membri l-oħrjna u li qatt ma kienu tħallew li jkun mibjugħa fis-suq fil-Greċja qabel din id-data, il-perjodu taż-żmien provvdut fil-paragrafu 2 għandu jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 1988.";

11. Artikolu 20 (1) huwa sostitwitb’dan li ġej:

"1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li ż-żerriegħa taċ-ċikwejra industrijali tista’ ma’ tinħariġx fis-suq għajr jekk tkun ġiet iċertifikata uffiċjalment bħala "żerriegħa bażika"; jew "żerriegħa ċertifikata"; u għajr jekk tissodisfa l-kondizjonijiet preskritti f’Annes II.

1a. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li ż-żerriegħa tal-ispeċji tal-ħxejjex jistgħu ma jinħarġux fis-suq għajr jekk ikunu ċċertifikati uffiċjalment bħala "żerriegħa bażika"; jew "żerriegħa ċertifikata";, jew li jkun żerriegħa tal-livell stabbilit, u għajr jekk jissodisfaw il-kondizzjonijiet preskritti f’Anness II.";

12. Artikolu 26 (2) huwa sostitwitb’dan li ġej:

"2. Fil-każ tal-varjetajiet li jkunu magħrufa sewwa fl-1 ta’ 1970, tista tintgħamel riferenza fuq it-tikketta dwar kull żamma tal-varjetà li tkun ġiet iddikjarata jew li għad trid tiġi dikjarata b’mod konformi mad-disposizzjonijiet ta’ Artikolu 37 (2). Għandu jkun projbit li tirreferi għal xi proprjetà speċjali li tista’ tkun konnessa ma’ din iż-żamma. Fir-rigward tad-Danimarka, tal-Irlanda u tar-Renju Unit, id-data tal-1 ta’ Lulju 1970 li hemm riferenza dwarha hawn fuq għandha tiġi sostitwita bid-data tal-1 ta’ Jannar 1973.

Fir-rigward ta’ Spanja, għandha tiġi sostitwita bl-1 ta’ Marzu 1986.

Din ir-riferenza għandha tiġi wara l-isem tal-varjetà magħmula minn razza waħda, li minnha għandha tkun mifruda biċ-ċar, preferibbilment permezz ta’ sing (-). Ma għandhiex tingħata aktar prominenza mill-isem tal-varjetà magħmula minn razza waħda.

Wara data li trid tkun iddeterminata qabel l-1 ta’ Lulju 1992 b’mod konformi mal-proċedura preskritta f’Artikolu 40, iż-żamma tista tkun iddikjarata biss fuq it-tikketta qabel id-data hekk stabbilita.";

13. f’Artikolu 26, il-paragrafu 3 jsir il-Paragrafu 1b u dan li ġej huwa miżjud:

"Għajr fil-każ ta’ pakketti żgħar taż-żerriegħa tal-livell stabbilit sa piż massimu ta’ 100 gramma netta, it-tagħrif preskritt jew awtorizzat skond din id-disposizzjoni għandu jinżamm mifrud biċ-ċar minn kull tagħrif ieħor mogħti fuq it-tikketta jew il-pakkett, inkluż dak li hemm provvediment dwaru f’Artikolu 28.

Wara t-30 ta’ Ġunju 1992 jista’ jiġi deċiż, b’mod konformi mal-proċedura preskritta fArtikolu 40, li pakketti żgħar taż-żerriegħa tal-livell stabbilit sa piż massimu ta’ 100 gramma netta għandhom ikunu suġġetti għall din il-ħtieġa jew li t-tagħrif preskritt jew awtorizzat ikun distint b’xi mod ieħor minn kull tagħrif ieħor jekk il-karatteristika distintiva tiġi dikjarata espressament bħala tali fuq it-tikketta jew fuq il-pakkett.";

14. dak li qabel kien Artikolu 28 isir Artikolu 28 (1);

15. il-paragrafu li ġej huwa miżjud ma’ Artikolu 28:

"2. Fil-każ taż-żerriegħa bażika u dik iċertifikata, it-tikketta jew il-kitba stampata li hmm referenza dwarha fil-paragrafu 1 għandhom jitfasslu f’manjiera hekk li ma jistgħux jitħawdu mat-tikketta uffiċjali li hemm referenza dwarha f’Artikolu 26 (1).";

16. Artikolu 29a li ġej huwa miżjud:

"Artikolu 29a

Għall-iskop li jitfittxu alternattivi mtejba għal ċerti elementi tal-iskema taċ-ċertifikazzjoni adottata skond din id-Direttiva, jista’ jiġi deċiż li jiġu organizzati esperimenti temporanji skond il-kondizzjonjiet speċifikati fil-livell tal-Komunità b’mod konformi mal-proċeduri preskritti f’Artikolu 40.

Fil-qafas ta’ dawn l-esperimenti, l-Istati Membri jistgħu jiġu meħlusa minn ċerti obbligazzjonijiet preskritti f’din id-Direttiva. Il-firxa ta’ dan ir-rilaxx għandu jiġi definit b’riferenza għad-disposizzjonjiet li għalihom japplika. It-tul taż-żmien tal-esperiment ma għandux jeċċedi s-seba’ snin’.";

17. il-ħames u s-sitt inċiżi ta’ Artikolu 30 (3) (ċ) huma sostitwita b’dan li ġej:

"— l-ispeċje, indikata għall-anqas b’karattri Rumani, skond l-isem botaniku tagħha, li jista’ jingħataf’għamla mqassra u mingħajr l-ismijiet tal-awtoritajiet, jew skond l-isem komuni tagħha, jew it-tnejn,

— il-varjetà, indikata għall-anqas b’karattri Rumani,";

18. Artikolu 31 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 31

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li ż-żerriegħa tal-ħxejjex:

- li tkun ġiet prodotta direttament minn żerriegħa bażika jew minn żerriegħa ċertifikata uffiċjalment jew fi Stat Membru wieħed jew aktar jew f’pajjiż terz li jkun ġie konċess l-ekwivalenza skond Artikolu 32 (1) (d), jew li tkun ġiet prodotta direttament mit-taħlit tar-razez taż-żerriegħa bażika ċertifikata uffiċjalment fi Stat Membru ma’ żerriegħa bażika ċertifikata uffiċjalment f’dan il-pajjiż terz,

- li tkun ġiet miġbura fi Stat Membru ieħor,

għandha, fuq talba u mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ din id-Direttiva, tkun żerriegħa ċertifikata uffiċjalment jekk din iż-żerriegħa tkun għaddiet minn spezzjoni fuq il-post li jissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti f’Anness I għall-kategorija rilevanti u jekk l-eżaminazzjoni uffiċjali tkun uriet li jkunu ġew sodisfatti l-kondizzjnijiet preskritti f’Anness II għall-istess kategorija.

Meta f’dawn il-każi ż-żerriegħa tkun ġiet prodotta direttament minn żerriegħa ċertifikata uffiċjalment ta’ ġenerazzjonijiet ta’ qabel iż-żerriegħa bażika, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw ukoll iċ-ċertifikazzjoni uffiċjali bħala żerriegħa bażika, jekk jiġu sodisfatti l-kondizzjonjiet preskritti għal din il-kategorija.

2. Iż-żerriegħa tal-ħxejjex li tkun ġiet miġbura fi Stat Membru ieħor, u li tkun intiża għaċ-ċertifikazzjoni b’mod konformi mad-disposizzjonijiet preskritti fil-paragrafu 1, għandha:

- tkun ippakkjata u ttikkettajata b’tikketta uffiċjali li tissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti f’Anness V (A) u (B), b’mod konformi mad-disposizzjonijiet preskritti f’Artikolu 25 (1), u

- tkun akkumpnjata b’dokument uffiċjali li jissodisfa l-kondizzjonjiet preskritti f’Anness V (Ċ).

3. L-Istati Membri għandhom jipprovdu wkoll li ż-żerriegħa tal-ħxejjex:

- li tkun ġiet prodotta direttament minn żerriegħa bażika jew minn żerriegħa ċertifikata uffiċjalment jew fi Stat Membru wieħed jew aktar jew f’pajjiż terz li jkun ġie konċessa l-ekwivalenza skond Artikolu 32 (1) (d) jew li tkun ġiet prodotta direttament bit-taħlit tar-razez taż-żerriegħa bażika ċertifikata uffiċjalment fi Stat Membru ma’ żerriegħa bażika ċertifikata uffiċjalment f’dan il-pajjiż terz, u

- li tkun ġiet miġbura f’pajjiż terz,

għandha, fuq talba, tiġi ċertifikata uffiċjalment bħala żerriegħa ċertifikata f’kull wieħed minn dawk l-Istati Membri fejn iż-żerriegħa bażika:

jew kienet prodotta jew iċertifikata uffiċjalment, jekk iż-żerriegħa tkun għaddiet minn spezzjoni fuq il-post li jissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti f’deċiżjoni dwar l-ekwivalenza magħmula skond Artikolu 32 (1) (a) għall-kategorija rilevanti, u jekk l-eżaminazzjoni uffiċjali tkun uriet li jkunu ġew sodisfatti l-kondizzjonijiet preskritti f’Anness II. L-Istati Membri l-oħra jistgħu jawtorizzaw ukoll iċ-ċertifikazzjoni uffiċjali ta’ din iż-żerriegħa.";

19. f’Artikolu 37 (2) tal-verżjoni Ingliża, il-frażi "to methods for the maintenance" tiġi sostitwita bil-frażi "to a given maintenance";

20. f’Artikolu 42 (a), jiddaħħlu l-kelmiet

"kaboċċa Ċiniża"

wara l-kelma

"Pastarda"

u l-kelma

"Ċikwejra"

tiġi sostitwita bil-kliem:

"Ċikwejra Witloof, ċikwejra tal-weraq wiesgħa (ċikwejra Taljana), ċikwejra industrijali";

21. dan li ġej huwa miżjud wara Anness I (4) (A):

"Aa Ċikwejra industrijali

"1.Minn speċji oħra tal-istess ġenera jew subspeċji | 1000 m |

2.Minn varjetà oħra ta’ ċikwejra industrijali:—għaż-żerriegħa bażika | 600 m |

—għaż-żerriegħa ċertifikata | 300m"" |

22. f’Anness II (3) (a), "Beta vulgaris (varjetà ta’ pitravi ta’ Cheltenham)" tiġi sostitwita bi "Beta vulgaris (pitravi ta’ Cheltenham) u""Beta vulgaris (l-ispeċji kollha)" tiġi sostitwita bi "Beta vulgaris (għajr il-pitravi ta’ Cheltenham)" rispettivament;

23. f’Anness II (3) (a), jiżdied il-kliem

"(partim) (ċikwejra Witloof, ċikwejra tal-weraq wiesgħa (ċikwejra Taljana))"

wara

"Cichorium intybus"

u jiddaħħal dan li ġej wara

"Brassica oleracea (l-speċji l-oħrajn)"

u

"Cichorium intybus (partim) (ċikwejra Witloof, ċikwejra tal-weraq wiesgħa (ċikwejra Taljana))"

rispettivament:

"Brassica pekinensis | 97 | 1 | 75" |

u

"Cichorium intybus (partim) (ċikwejra industrijali) | 97 | 1 | 80" |

24. f’Anness III (2), jiddaħħal il-kliem

"(partim) (ċikwejra Witloof, ċikwejra tal-weraq wiesgħa (ċikwejra Taljana))"

wara

"Cichorium intybus"

u jiddaħħal dan li ġej wara

"Brassica oleracea"

u

"Cichorium intybus"

"(partim) (ċikwejra Witloof, ċikwejra tal-weraq wiesgħa (ċikwejra Taljana))"

’rispettivament:

"Brassica pekinensis | 20" |

U

"Cichorium intybus (partim) (ċikwejra industrijali) | 50"; |

25. dan li ġej huwa miżjud ma’ Anness IV (A) (a) (5):

"indikata għall-anqas b’karattri Rumani, skond l-isem botaniku tagħha, li jista’ jingħata f’għamla mqassra u mingħajr l-ismijiet tal-awtoritajiet, jew l-isem komuni tagħha, jew it-tnejn.";

26. dan li ġej huwa miżjud ma’ Anness IV (A) (a) (6):

"indikata għall-anqas b’karattri Rumani.";

27. dan li ġej huwa miżjud wara Anness IV (A) (a) (10):

"10a. Fil-każ ta’ varjetajiet li huma ibridi jew linji konġeniti:

- għaż-żerriegħa bażika meta l-ibridu jew il-linja konġenita li għaliha tappartjieni ż-żerriegħa jkunu ġew aċċettati uffiċjalment skond din id-Direttiva:

l-isem ta’ dan il-komponent, li fuqu tkun ġiet aċċettata uffiċjalment, b’riferenza għall-varjetà aħħarija jew mingħajrha, akkumpanjat, fil-każ tal-ibridi jew tal-linji konġeniti, li jkunu maħsuba biss bħala komponenti għall-varjetajiet aħħarija, bil-kelma "komponent";,

- għaż-żerriegħa bażika fil-każi l-oħrajn:

l-isem tal-komponent li għalih tappartjieni ż-żerriegħa bażika, li jista’ jingħata fil-għamla ta’ kodiċi, akkumpanjat b’riferenza għall-varjetà aħħarija, b’riferenza jew mingħajra għall-funzjoni tiegħu (maskili jew femminili), u akkumpanjat bil-kelma "komponent";,

- għaż-żerriegħa ċertifikata:

l-isem tal-varjetà li għaliha tapparjieni ż-żerriegħa, akkumpajat bil-kelma "ibridu";.";

28. dan li ġej huwa miżjud ma’ Anness IV (B) (a) (4):

"indikata għall-anqas b’karattri Rumani.";

29. dan li ġej huwa miżjud ma’ Anness IV (B) (a) (5):

"indikata għall-anqas b’karattri Rumani.";

30. Anness li ġej huwa miżjud:

"

ANNESS V

It-tikketta u d-dokument ipprovvduti fil-każ ta' żerriegħa mhux finalment iċertifikata, miġbura fi Stat Membru ieħor

A. It-tagħrif meħtieġ għat-tikketta

- l-awtorità responsabbli mill-ispezzjoni fuq il-post u l-Istat Membru jew l-inizjali tagħhom,

- l-ispeċje, indikata għall-anqas b'karattri Rumani, skond l-isem botaniku tagħha, li jista’ jingħata f'għamla mqassra u mingħajr l-ismijiet tal-awtoritajiet, b’karattri Rumani,

- il-varjetà, indikata għall-anqas b'karattri Rumani,

- il-kategorija

- il-għalqa jew in-numru tar-riferenza tal-lott,

- il-piż nett jew gross iddikjarat,

- il-kliem "żerriegħa mhix finalment iċertifikata".

B. il-kulur tat-tikketta

It-tikketta għandha tkun griża.

Ċ. It-tagħrif meħtieġ għad-dokument

- l-awtorità li toħroġ id-dokument,

- l-ispeċje, indikata għall-anqas b’karattri Rumani, skond l-isem botaniku tagħha, li jista’ jingħata f’għamla mqassra u mingħajr l-ismijiet tal-awtoritajiet, jew skond l-isem komuni tagħha, jew it-tnejn

- il-varjetà, indikata għall-anqas b'karattri Rumani,

- il-kategorija,

- in-numru tar-riferenza taż-żerriegħa wżata fiż-żrigħ tal-għalqa u l-isem tal-pajjiż jew tal-pajjiżi li jkunu ċċertifikaw din iż-żerriegħa,

- il-għalqa jew in-numru tar-riferenza tal-lott,

- il-medda tal-art ikkultivata għall-produzzjoni tal-lott kopert bid-dokument,

- il-kwantità taż-żerriegħa miġbura u n-numru tal-pakketti,

- ċertifikat li kienu ġew imwettqa l-kondizzjnjiet li jridu jiġu sodisfatti mill-wiċċ tar-raba’ li minnu tkun ġiet iż-żerriegħa,

- fejn xieraq, ir-riżultati tal-analiżi preliminari taż-żerriegħa.

"

Artikolu 8

Id-Direttiva 86/155/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej:

fit-tieni inċiż ta’ Artikolu 7, id-data l- "1 ta’ Lulju 1987" tiġi sostitwita bid-data tal- "31 ta’ Diċembru 1988".

Artikolu 9

Id-Direttiva 86/320/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej:

F’Artikolu 2, id-data l- "1 ta’ Lulju 1987" tiġi sostitwita bid-data tal- "31 ta’ Diċembru 1988".

Artikolu 10

L-Istati Membri għandhom jadottaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi:

- ma’ Artikolu 3 (11) u Artikolu 7 (9), b’effett mill-1 ta’ Lulju 1982,

- ma’ Artikolu 3 (12), b’effett mill-1 ta’ Jannar 1983,

- ma’ Artikolu 6 (5) u (6) u ma Artikolu 7 (6) u (10), b’effett mill-1 ta’ Jannar 1986,

- ma’ Artikolu 2 (8), (17), (20) u (28), ma’ Artikolu 3 (18), (31) u (37) u ma’ Artikolu 5 (10), (19), (23) u (25) safejn u sakemm dawn id-disposizzjoniet jeħtieġu l-isem botaniku tal-ispeċje li għandu jkun indikat fuq it-tikketta taż-żerriegħa, u wkoll ma’ l-Artikoli 1 (8), 2 (10), 3 (20), 5 (12) u 7 (18), mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 1992,

- mad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ din id-Direttiva, mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 1990.

L-Istati Membri għandhom jgħarrfu fil-pront lill-Kummissjoni b’dan.

Artikolu 11

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fil-Lussemburgu, 13 ta’ Ġunju 1988.

Għall-Kunsill

Il-President

I. Kiechle

[1] ĠU Nru Ċ 356, 31. 12. 1985, p. 37.

[2] ĠU Nru Ċ 68, 24. 3. 1986, p. 155.

[3] ĠU Nru 125, 11. 7. 1966, p. 2290/66.

[4] ĠU Nru L 56, 2. 3. 1988, p. 42.

[5] ĠU Nru 125, 11. 7. 1966, p. 2298/66.

[6] ĠU Nru L 273, 26. 9. 1987, p. 43.

[7] ĠU Nru 125, 11. 7. 1966, p. 2309/66.

[8] ĠU Nru L 49, 18. 2. 1987, p. 39.

[9] ĠU Nru 125, 11. 7. 1966, p. 2320/66.

[10] ĠU Nru L 197, 18. 7. 1987, p. 36.

[11] ĠU Nru L 169, 10. 7. 1969, p. 3.

[12] ĠU Nru L 225, 12. 10. 1970, p. 1.

[13] ĠU Nru L 118, 7. 5. 1986, p. 23.

[14] ĠU Nru L 225, 12. 10. 1970, p. 7.

[15] ĠU Nru L 273, 26. 9. 1987, p. 45.

--------------------------------------------------

Top