Agħżel il-karatteristiċi sperimentali li tixtieq tipprova

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 31988D0382

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ġunju 1988 li tikkonċena suppliment, rigward il-merkurju li joriġina minn setturi differenti minn dawk il-chlor-alkali-li jiġu prodotti mill-industrija ta' l-elottrolisi, għall-Anness IV għall-Konvenzjoni għall-protettazzjoni tax-xmara Rhine mit-tinġis kimiku

ĠU L 183, 14.7.1988, p. 30–33 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)
Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 11 Volum 016 P. 197 - 200

Edizzjoni(jiet) speċjali oħra (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Status legali tad-dokument Fis-seħħ

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1988/382/oj

Ftehim internazzjonali relatat

31988D0382



Official Journal L 183 , 14/07/1988 P. 0030 - 0033
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 14 P. 0094
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 14 P. 0094


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

ta' l-24 ta' Ġunju 1988

li tikkonċena suppliment, rigward il-merkurju li joriġina minn setturi differenti minn dawk

il-chlor-alkali-li jiġu prodotti mill-industrija ta' l-elottrolisi, għall-Anness IV għall-Konvenzjoni għall-protettazzjoni tax-xmara Rhine mit-tinġis kimiku

(88/382/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunitaà Ekonomika Ewropea, u b' mod partikolari l-Artikolu 130 S tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Billi,bid- Deċiżjoni 77/586/KEE [3], il-Komunità kkonkludiet il-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tar-Rhine minn tinġis kimiku, hawnhekk iżjed "il quddiem msejħa" il-Konvenzjoni Kimika', u l-Ftehim addizzjonali għall-Ftehim iffirmat f'Berna, fid-29 ta' April 1963 rigward il-Kummissjoni Internazzjonali għall-protezzjoni tar-Rhine hawnhekk iżjed "il quddiem imsejħa" Il-Kummissjoni Internazzjonali';

Billi, taħt l-Artikolu 5 Il-Kummissjoni Internazzjonali tipproponi limiti għall-iskarikar ta' ċerti sostanzi fl-ilmijiet tal-wiċċ tal-baċin tar- Rhine permezz ta' emendi għall-Anness IV għall-Konvenzjoni Kimika; billi, taħt l-Artikolu 14 tal-Konvenzjoni Kimika, l-aċċettazzjoni unanima mill-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni hija meħtieġa biex dawk l-emendi jidħlu fis-seħħ;

Billi, fil-forma ta' proposta maħsuba biex tisupplimenta l-Anness IV għall-Konvenzjoni Kimika, il-Kummissjoni Internazzjonali stabbiliet limiti għall-iskarikar ta' merkurju mill-industriji l-oħra barra mill-industrija chlor-alkali elettrolisi;

Billi d-Direttiva 84/156/KEE [4] tistabbilixxi limiti għall-iskarikar ta' merkurj minn setturi oħra differenti mill-industrija chlor-alkali elettrolisi fl-ambjent akkwatiku tal- Komunità; billi dawn il-limiti huma identiċi għal dawkstabbiliti fil-proposta tal-Kummissjoni Internazzjonali:

Billi l-Artikolu 4 ta' dik id-Direttiva jobbliga l-Istati Membri biex jadattaw programmi speċifiċi għar-riduzzjoni ta' l-iskarikar tal-merkurju minn sorsi multipliċi li mhumiex impjanti industrijali; billi ma hemmx tali dispożizzjonijiet fil-proposta tal-Kummissjoni Internazzjonali:

billi hu desiderabbli illi l-Komunità, bħala Parti Kontraenti għall-Konvenzjoni, tadotta l-proposta hawn fuq imsemmija,

IDDEĊIDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-proposta mill-Kummissjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tar-Rhine mit-Tinġis, maħsuba biex tissupplimenta, rigward il-merkurju li joriġina minn setturi oħra għajr dawk li joriġinaw mill-industrija ta' l-elektrolisi chlor-alkali, l-Anness IV għall-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tar-Rhine mit-Tinġis Kimiku, hija hawnhekk adottata għan-nom tal-Komunità Ekonomika Ewropea.

It-test ta' din il-proposta hu anness ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi ta' regolamenti oħra Komunitarji, b' mod partikolari l-Artikolu 4 tad-Direttiva 84/156/KEE.

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill għandu jinnotifika lill-Gvern tal-Konfederazzjoni Svizzera, skond il-proċeduri stabbiliti mill-Konvenzjoni Kimika, dwar l-adozzjoni tal-proposta msemmija fl-Artikolu 1.

Magħmula fil-Lussemburgu, fl-24 ta' Ġunju 1988.

F'isem il-Kunsill

Il-President

M. Bangemann

[1] Opinjoni mogħtija fil-15 ta' Ġunju 1988 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[2] ĠU C 105, tal-21.4.1987, p. 17.

[3] ĠU L 240, tad-19.9.1977, p. 19.

[4] ĠU L 74, tas-17.3.1984, p. 49.

--------------------------------------------------

(Proposta mill-Kummissjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tar-Rhine mit Tinġis maħsuba biex tissupplimenta l-Anness IV għall-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tar-Rhine minn Tinġis Kimiku, iffirmata f'Bonn fit-3 ta' Diċembru 1976

IL-KUMMISSJONI INTERNAZZJONALI GĦALL-PROTEZZJONI TAR-RHINE MIT-TINĠIS,

Wara li kkunsidra l-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tar-Rhine mit-Tinġis Kimiku, iffirmata f'Bonn fit-3 ta' Diċembru 1976,

Wara li kkunsidra b' mod partikolari l-Artikoli 3, 4, 5 u 14 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tat-28 ta' Ġunju 1979 mqiegħda fuq il-mejda f'Baden fl-Isvizzera u intiża biex iżżid ma' l-Anness IV tal-Konvenzjoni fuq imsemmija limiti għall-iskarikar ta' merkurju minn stabbilimenti ta' elettrolisi chlor-alkali,

PROPOSTI LILL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦALL-KONVENZJONI

illi l-Anness IV għall-Konvenzjoni tat-3 ta' Diċembru 1976 jiġi ssupplimentat kif ġej in rigward tal-merkurju:

Sostanza jew grupp ta' Sustanzi | Origini | Limitu f'termini tal-konċentrzzjoni massima ta' sostanza | Limitu f'termini tal-kawntità massima ta' sostanza | Terminu għal skarikar li jkun ħiereġ | Rimarki |

1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 |

merkurju | 1.Industriji kimiċi li jużaw katalisti ta' merkurju | | | | |

1.1għall-produzzjoni ta' vinyl chloride | 0,05 milligrammi ta' merkurju kull litru ta' skarikar | 0,1 grammi ta' merkurju kull tunnellata ta' kappaċità ta' produzzjoni ta' vinyl chloride | fl-1 ta' Lulju 1989. | |

Għal skarikar li jkun ħiereġ għandu japplika l-limitu provviżjonali ta' 0,1 milligrammi ta' merkurju lull litru ta' skarikar | Għal skarikar ħiereġ għandu japplika l-limitu provviżjonali ta' 0,2 grammi ta' merkutju kull tunnellata ta' kappaċità ta' produzzjoni ta' vinyl chloride | L-1 ta' Lulju 1986 | |

1.2għall-manifattura ta' prodotti oħra | 0,05 milligrammita' merkurju kull litru ta' skarikar | 5 grammi ya' merkurju kull kilgramm ta' merkurju ttrattat | L-1 ta' Lulju 1989 | |

Għal skarikar li jkun ħiereġ għandu japplika l-limitu provvizjonali ta' 0,1 milligrammi ta' merkurju kull litru ta' skarikar. | Għal skarikar ħiereġ għandu japplika l-limitu provvizjonali ta' 10 grammi ta' merkurju kull kilogramm ittrattat | L-1 ta' Lulju 1986 | |

2.Il-manifattura ta' katalisti ta' merkurju użati fil-produzzjoni ta' vinyl chloride | 0,05 milligrammi ta' merkurju kull litru ta' skarikar | 0,7 grammi ta' merkurju kull kilogramm ittrattat | L-1 ta' Lulju 1989 | |

Għal skarikar li jkun ħiereġ għandu japplika l-limitu provviżjonali ta' 0,1 milligrammi ta' merkurju lull litru ta' skarikar | Għal skarikar li jkun ħiereġ għandu japplika l-limitu provviżjonali ta' 1,4 milligrammi ta' merkurju kull kilgramm ta' merkurju ttrattat | L-1 ta' Lulju 1986 | |

3.Il-manfattura ta' kompsiti ta' merkurju organiċi u non organiċi (bl-eċċezzjoni tal-prodotti koperti minn punt 2) | 0,05 milligrammi ta' merkurju kull litru ta' skarikar | 0,05 milligrammi ta' merkurju kull kilgramm ta' merkurju ttrattat | L-1 ta' Lulju 1989 | |

Għal skarikar li jkun ħiereġ għandu japplika l-limitu provviżjonali ta' 0,1 milligrammi ta' merkurju lull litru ta' skarikar | Għal skarikar li jkun ħiereġ għandu japplika l-limitu provviżjonali ta' 0,1 grammi ta' merkurju lull kilgramm ta' merkurju ttrattat | L-1 ta' Lulju 1986 | |

4.Il-manifattura ta' batteriji primarji li jkollhom il-merkurju | 0,05 milligrammi ta' merkurju kull litru ta' skarikar | 0,03 grammi ta' merkurju kull kilgramm ta' merkurju ttrattat | L-1 ta' Lulju 1989 | |

Għal skarikar li jkun ħiereġ għandu japplika l-limitu provviżjonali ta' 0,1 milligrammi ta' merkurju lull litru ta' skarikar | Għal skarikar li jkun ħiereġ għandu japplika l-limitu provviżjonali ta' 0,05 grammi ta' merkurju kull kilgramm ta' merkurju ttrattat | L-1 ta' Lulju 1986 | |

5.Indusriji tal-metall mhux ħadid | | | | |

5.1Stabbilimenti għall-irkuprar tal-merkurju | 0,05 milligrammi ta' merkurju kull litru ta' skarikar | | L-1 ta' Lulju 1989 | |

Għal skarikar li jkun ħiereġ għandu japplika l-limitu provviżjonali ta' 0,1 milligrammi lull litru ta' skarikar | | L-1 ta' Lulju 1986 | |

5.2Estrattazzjoni u raffinar ta' metallic li mhumiex ħadid | 0,05 milligrammi ta' merkurju kull litru ta' skarikar | | L-1 ta' Lulju 1989 | |

Għal skarikar li jkun ħiereġ għandu japplika l-limitu provviżjonali ta' 0,1 milligrammi ta' merkurju lull litru ta' skarikar | | L-1 ta' Lulju 1986 | |

6.Stabbilimenti għat-trattament ta' skart tossiku li jkollu l-merkurju | 0,05 milligrammi ta' merkurju kull litru ta' skarikar | | L-1 ta' Lulju 1989 | |

Għal skarikar li jkun ħiereġ għandu japplika l-limitu provviżjonali ta' 0,1 milligrammi ta' merkurju lull litru ta' skarikar | | L-1 ta' Lulju 1986 | |

Jekk meħtieġ, limiti għal industriji oħra, bħalma huma tal-karta, ta' l-azzar u ċentrali ta' enerġija li jaħdmu bil-faħam, jiġu pproposti mill-Kummissjoni Internazzjonali fi stadju aktar tard. Fil-frattemp, il-gvernijiet għandhom jiffissaw standards ta' emissjonigħall-merkurju b' mod awtonomu skond l-Artikoli 3 u 4 tal-Konvenzjoni. Dawn l-istandards għandhom jieħdu in konsiderazzjoni l-aħjar mezzi tekniċi disponibbli u m' għandhomx ikunu anqas stretti mill-eqreb limitu komparabbli fl-Anness IV.

Skond l-Artikoli 14 u 19 tal- Konvenzjoni, dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jidħlu fis-seħħ wara l-aċċettazzjoni unamima mill-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni.

Il-Partijiet Kontraenti għandhom jinnotifikaw l-adozzjoni tagħhom lill-Gvern tal-Konfederazzjoni Svizzera li għandu jirrikonoxxi l-irċevuta tan-notifika.

--------------------------------------------------

Fuq