This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31987L0143
Commission Directive 87/143/EEC of 10 February 1987 amending the first Directive 80/1335/EEC on the approximation of the laws of the Member States relating to methods of analysis necessary for checking the composition of cosmetic products
Id-Direttiva tal-Kummissjoni ta' l-10 ta' Frar 1987 li temenda d-Direttiva 80/1335/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-metodi ta' analiżi neċessarji għall-iċċekkjar tal-komposizzjoni ta' prodotti kosmetiċi
Id-Direttiva tal-Kummissjoni ta' l-10 ta' Frar 1987 li temenda d-Direttiva 80/1335/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-metodi ta' analiżi neċessarji għall-iċċekkjar tal-komposizzjoni ta' prodotti kosmetiċi
ĠU L 57, 27.2.1987, p. 56–56
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Modifies | 31980L1335 | Tlestija | anness 6 | 13/02/1987 |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni ta' l-10 ta' Frar 1987 li temenda d-Direttiva 80/1335/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-metodi ta' analiżi neċessarji għall-iċċekkjar tal-komposizzjoni ta' prodotti kosmetiċi
Official Journal L 057 , 27/02/1987 P. 0056 - 0056
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 16 P. 0137
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 16 P. 0137
CS.ES Chapter 13 Volume 008 P. 268 - 268
ET.ES Chapter 13 Volume 008 P. 268 - 268
HU.ES Chapter 13 Volume 008 P. 268 - 268
LT.ES Chapter 13 Volume 008 P. 268 - 268
LV.ES Chapter 13 Volume 008 P. 268 - 268
MT.ES Chapter 13 Volume 008 P. 268 - 268
PL.ES Chapter 13 Volume 008 P. 268 - 268
SK.ES Chapter 13 Volume 008 P. 268 - 268
SL.ES Chapter 13 Volume 008 P. 268 - 268
Id-Direttiva tal-Kummissjoni ta' l-10 ta' Frar 1987 li temenda d-Direttiva 80/1335/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-metodi ta' analiżi neċessarji għall-iċċekkjar tal-komposizzjoni ta' prodotti kosmetiċi (87/143/KEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill Nru 76/768/KEE tas-27 ta' Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kunsill Nru 87/137/KEE [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 8(1) tagħha, Billi fid-dawl ta' data xjentifika u teknika nstab li hu neċessarju li jkun adattat il-metodu ta' l-analiżi għad-determinazzjoni ta' żingu; billi d-Direttiva tal-Kumissjoni 80/1335/KEE [3] għandha għalhekk tkun emendata; Billi l-miżuri stabbiliti f'din id-Direttiva jikkonformaw ma' l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Adattament għal Progress Tekniku ma' l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Adattament għal Progress Tekniku ta' Direttivi għat-Tneħħija ta' Ostakoli Tekniċi għal Kummerċ fil-Kosmetiċi, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: L-Artikolu 1 Kapitolu VI fl-Anness tad-Direttiva 80/1335/KEE hu hawnhekk emendat kif ġej: 1. Li ġej jiżdied mal-punt 5: "5.13. Karta filtru, Whatman Nru 4 jew ekwivalenti". 2. Li ġej jiżdied mal-punt 6.1: "6.1.1. Iffiltra, bl-għajnuna ta' pompa tal-vakum jekk meħtieġ, u żomm l-iffiltrat. 6.1.2. Irrepeti l-pass ta' l-estrazzjoni b'50ml oħra ta' ilma distillat. Iffiltra u għaqqad l-iffiltrati." 3. Fil-punt 6.2, ir-referenza għas-soluzzjoni għandha tinqara 6.1.2 minflok 6.1. L-Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux iktar tard mill-1 ta' Lulju 1988. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan minnufih. Artikolu 3 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fl-10 ta' Frar 1987. Għall-Kummissjoni Grigoris varfis Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 169. [2] ĠU L 56, tas-26.2.1987, p. 20. [3] ĠU L 383, tal-31.12.1980, p. 27. --------------------------------------------------