This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31986L0594
Council Directive 86/594/EEC of 1 December 1986 on airborne noise emitted by household appliances
Id-Direttiva tal-Kunsill ta' l-1 ta' Diċembru 1986 dwar il-ħoss trasmess bl-arja emess minn apparat domestiku
Id-Direttiva tal-Kunsill ta' l-1 ta' Diċembru 1986 dwar il-ħoss trasmess bl-arja emess minn apparat domestiku
ĠU L 344, 6.12.1986, p. 24–27
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 10/08/2005; Imħassar b' 32005L0032
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modified by | 32003R0807 | Sostituzzjoni | artikolu 9.2 | 05/06/2003 | |
Repealed by | 32005L0032 |
Id-Direttiva tal-Kunsill ta' l-1 ta' Diċembru 1986 dwar il-ħoss trasmess bl-arja emess minn apparat domestiku
Official Journal L 344 , 06/12/1986 P. 0024 - 0027
Finnish special edition: Chapter 15 Volume 7 P. 0153
Swedish special edition: Chapter 15 Volume 7 P. 0153
CS.ES Chapter 13 Volume 008 P. 227 - 230
ET.ES Chapter 13 Volume 008 P. 227 - 230
HU.ES Chapter 13 Volume 008 P. 227 - 230
LT.ES Chapter 13 Volume 008 P. 227 - 230
LV.ES Chapter 13 Volume 008 P. 227 - 230
MT.ES Chapter 13 Volume 008 P. 227 - 230
PL.ES Chapter 13 Volume 008 P. 227 - 230
SK.ES Chapter 13 Volume 008 P. 227 - 230
SL.ES Chapter 13 Volume 008 P. 227 - 230
Id-Direttiva tal-Kunsill ta' l-1 ta' Diċembru 1986 dwar il-ħoss trasmess bl-arja emess minn apparat domestiku (86/594/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 100 tiegħu, Wara li kkunsidra il-proposta tal-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali [3], Billi l-programmi ta' l-azzjoni dwar l-ambjent ta' l-1973 [4] u l-1977 [5] tal-Komunitajiet Ewropej jaċċentwaw l-importanza tal-problema tat-tniġġis mill-ħoss u, b'mod partikulari, il-ħtieġa li tittieħed azzjoni fir-rigward tas-sors tal-ħoss; Billi l-pubbliku għandu jkun mgħarraf, b'mod kemm jista' jkun possibbli li jinftiehem malajr u uniformi, bil-livell tal-ħoss li joħroġ minn apparat domestiku; billi informazzjoni preċiża, pertinenti u li tista' tkun imqabbla tista' sservi biex tiggwida lill-pubbliku biex jagħżel apparat domestiku inqas storbjuż; billi fabbrikanti jkunu imbagħad imġiegħla, b'riżultat, li jieħdu miżuri li jnaqqsu l-emissjonijiet tal-ħoss ta' l-apparat domestiku li jiffabbrikaw; Billi, għal raġunijiet prattiċi u biex tkun evitata li jkun hemm ħafna tikketti fuq apparat domestiku, l-informazzjoni dwar il-livell tal-ħoss għandha tkun inkluża fuq it-tikketta li hemm provvediment għaliha fid-Direttivi ta' l-implimentazzjoni adottati taħt id-Direttiva tal-Kunsill 79/530/KEE ta' l-14 ta' Mejju 1979 dwar l-indikazzjoni permezz ta' tikkettjar tal-konsum ta' l-enerġija ta' l-apparat domestiku [6] fejn l-istess familja ta' l-apparat domestiku hija kkonċernata; Billi, f'dan il-każ, l-armonizzazzjoni leġislattiva għandha tkun limitata għal dawk ir-rekwiżiti meħtieġa biex jitkejjel il-ħoss trasmess bl-arja emess minn apparat domestiku u biex isiru kontrolli fuq il-livell ddikjarat; billi dawn ir-rekwiżiti meħtieġa għandhom jieħdu post id-dispożizzjonijiet nazzjonali f'dan il-qasam; Billi din id-Direttiva tiddefinixxi biss ir-rekwiżiti strettament meħtieġa; billi se jkun preżunt li dawn ir-rekwiżiti jkunu mħarsa sakemm l-istandards armonizzati huma applikati; billi huwa għalhekk indispensabbli li jkunu disponibbli dawn l-istandards dwar il-kejl u l-kontroll tal-livell iddikjarat tal-ħoss trasmess bl-arja emess minn apparat domestiku waqt li jkun jitħaddem; Billi l-Comité européen de normalisation (CEN) (Kumitat Ewropew ta' l-Istandardizzazzjoni) u l-Comité européen de normalisation électrotechnique (CENELEC) (Kumitat Ewropew ta' l-Istandardizzazzjoni Elettroteknika) huma rikonoxxuti bħala l-korpi kompetenti li jistabbilixxu u jadottaw l-istandards armonizzati (standards jew dokumenti ta' armonizzazzjoni Ewropej), wara struzzjoni mill-Kummissjoni, skond id-Direttiva tal-Kunsill 83/189/KEE tat-28 ta' Marzu 1983 li tistabbilixxi proċedura għall-forniment ta' informazzjoni fil-qasam ta' standards tekniċi u regolamenti [7] u skond il-linji-gwida ġenerali għal kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u dawn iż-żewġ organi, iffirmati fit-13 ta' Novembru 1984; Billi, sakemm ikunu adottati standards armonizzati, għandha tkun żgurata ċirkulazzjoni libera ta' merkanzija bl-aċċettazzjoni ta' prodotti li jikkonformaw ma' standards nazzjonali u regolamenti tekniċi li huma rikonoxxuti, permezz ta' proċedura ta' sorveljanza, bħala li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' din id-Direttiva; Billi l-Kumitat Permanenti stabbilit mill-Artikolu 5 tad-Direttiva 83/189/KEE għandu jkun idealment innominat biex jiżgura l-kontroll tal-konformità ta' standards armonizzati u ta' standards u regolamenti tekniċi nazzjonali, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: L-Artikolu 1 1. Din id-Direttiva għandha tkopri d-dispożizzjonijiet relatati ma': - l-prinċipji ġenerali dwar il-pubblikazzjoni ta' informazzjoni fuq il-ħoss trasmess bl-arja emess minn apparat domestiku, - l-metodi ta' kejl biex ikun iddeterminat il-ħoss trasmess bl-arja emess minn apparat domestiku, - l-arranġamenti għall-issorveljar tal-livelli tal-ħoss trasmess bl-arja emess minn apparat domestiku. 2. Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal: - apparat, attrezzatura jew magni ddisinjati esklużivament għal għanijiet industrijali jew professjonali, - apparat li jagħmel parti integrali ta' bini jew stallazzjonijiet tiegħu bħalma huma atrezzaturi għal arja kondizzjonata, sħana u ventilazzjoni (minbarra fannijiet domestiċi, cooker hoods u apparat għas-sħana free-standing), burners taż-żejt għas-sħana ċentralizzata u pompi għal sistemi ta' forniment ta' ilma u ta' dranaġġ, - komponenti ta' tagħmir bħalma huma l-muturi, - apparat elettroakustiku. L-Artikolu 2 Għall-finijiet ta' din id-Direttiva: (a) “apparat domestiku” tfisser kull magna, biċċa minn magna jew istallazzjoni manifatturata prinċipalment għal użu fi djar, inklużi kantini, garaxxijiet u bini ieħor fuq barra, b'mod partikulari apparat domestiku għal manteniment, għal għanijiet ta' tindif, preparazzjoni u ħażna ta' oġġetti ta' l-ikel, produzzjoni u distribuzzjoni ta' sħana u kesħa, arja kondizzjonata u apparat ieħor użat għal għanijiet mhux professjonali; (b) “familja” ta' apparat domestiku tfisser kull mudell (jew tipi) ta' apparat domestiku varji ddisinjati għall-istess għan u mħaddma mill-istess sors prinċipali ta' enerġija. Ġeneralment, familja tinkludi diversi mudelli (jew tipi); (c) “serje” ta' apparat domestiku tfisser l-apparat kollu domestiku li jappartieni lill-istess mudell (jew tip), li għandhom karatteristiċi definiti u huma prodotti mill-istess fabbrikant; (d) “grupp” ta' apparat domestiku tfisser kwantità speċifika ta' serje ddeterminata ffabbrikata jew prodotta taħt kondizzjonijiet uniformi; (e) “ħoss trasmess bl-arja emess” tfisser il-livell tal-qawwa tal-ħoss A-weighted, LWA, ta' l-apparat domestiku, espressa f'decibels (dB) b'referenza għal qawwa tal-ħoss ta' picowatt (1 pW) wieħed, trasmessa bl-arja. L-Artikolu 3 1. L-Istati Membri jistgħu jirrekjedu l-pubblikazzjoni, għal ċerti familji ta' apparat, ta' informazzjoni dwar il-ħoss trasmess bl-arja emess minn dan l-apparat. Din l-informazzjoni għandha tkun fornuta mill-fabbrikant jew, fejn il-fabbrikant huwa stabbilit barra l-Komunità, mill-importatur stabbilit fil-Komunità. Meta dan ikun hekk: (a) il-livell tal-ħoss suġġett għall-proċedura ta' informazzjoni għandu jkun iddeterminat skond il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 6(1); (b) l-informazzjoni tista' tkun suġġetta għal kontrolli fuq il-post fuq il-bażi tal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 6(2). L-Istati Membri kkonċernati jistgħu jieħdu kull pass xieraq biex jiżguraw li l-informazzjoni mogħtija tikkonforma mal-kondizzjonijiet meħtieġa ta' din id-Direttiva; (c) il-fabbrikant jew l-importatur għandu jkun responsabbli għall-akkuratezza ta' l-informazzjoni mogħtija. 2. Meta Stat Membru ma jirrekjedix li l-informazzjoni fuq il-ħoss trasmess bl-arja emess tkun ippubblikata, il-fabbrikant jew l-importatur jista' b'danakollu jippubblika dik l-informazzjoni imma (a), (b) u (ċ) tat-tielet sottoparagrafu tal-paragrafu 1 għandhom jibqgħu japplikaw. L-Artikolu 4 Fejn għall-istess familja ta' apparat domestiku hemm provvediment għal tikketta li tagħti tipi varji ta' informazzjoni, bħal dawk li hemm provvediment għalihom skond Direttiva separata adottata taħt id-Direttiva 79/530/KEE, l-informazzjoni dwar il-ħoss trasmess bl-arja emess għandha tingħata fuq dik it-tikketta. L-Artikolu 5 1. L-Istati Membri ma jistgħux jirrifjutaw, jipprojbixxu jew jirrestrinġu t-tqegħid fis-suq ta' apparat domestiku għal raġunijiet relatati ma' informazzjoni dwar il-ħoss trasmess bl-arja emess minn dan l-apparat fejn l-informazzjoni fir-rigward ta' dan l-apparat tingħata skond ir-rekwiżiti ta' din id-Direttiva. 2. Mingħajr preġudizzju għar-riżultat ta' kull kontroll fuq il-post li jista' jsir wara li l-apparat domestiku jkunu ġie offrut għal bejgħ, Stati Membri għandhom iqisu il-pubblikazzjoni ta' informazzjoni dwar il-ħoss trasmess bl-arja emess bħala konformi ma' din id-Direttiva. L-Artikolu 6 1. (a) Il-metodu ġenerali ta' ttestjar użat biex ikun iddeterminat il-ħoss trasmess bl-arja emess minn apparat domestiku għandu jkun preċiż biżżejjed biex l-inċertezzi tal-kejl jipproduċu devjazzjonijiet standard li ma jaqbżux 2 dB fil-każ ta' livelli ta' qawwa ta' ħoss A-weighted. Id-devjazzjonijiet standard li jirreferi għalihom l-ewwel subparagrafu għandhom jirrappreżentaw l-effett kumulattiv tal-kawżi kollha ta' inċertezza fil-kejl, minbarra għal varjazzjonijiet fil-livell tal-ħoss ta' l-apparat minn test għal ieħor. (b) Il-metodu tat-test ġenerali li jirreferi għalih (a) għandu jkun supplimentat, għal kull familja ta' apparat, b'deskrizzjoni tal-post, immuntar, tagħbija u operat ta' l-apparat taħt kondizzjonijiet ta' test li jistimulaw l-użu normali u li jiżguraw ripetizzjoni adegwata u riproduċibilità. Id-devjazzjoni standard tar-riproduċibilità għandha tkun speċifikata għal kull familja ta' apparat. 2. Il-metodu ta' statistika wżat għall-verifikazzjoni tal-livell iddikjarat tal-ħoss ta' l-apparat fi grupp għandu jkun billi jittieħed kejl kampjun fuq gruppi iżolati ta' apparat bl-użu ta' testijiet unilaterali. Il-parametri statistiċi fundamentali tal-metodu ta' statistika li jirreferi għalih l-ewwel subparagrafu għandu jkun hekk illi l-probabbilità ta' aċċettazzjoni hi ta' 95 % jekk 6,5 % tal-livelli ta' l-emissjoni tal-ħoss ta' xi grupp huma ogħla mil-livell iddikjarat. Il-qies ta' kampjun sempliċi jew ekwivalenti għandu jkun ta' 3. Il-metodu ta' statistika magħżul jirrikjedi l-użu ta' devjazzoni standard totali ta' referenza ta' 3,5 dB. Sa l-1 ta' Jannar 1991 il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni, għandu jistabbilixxi qisien ġodda ta' kampjuni u devjazzjonijiet standard ta' referenza għal kull familja ta' apparat domestiku. L-Artikolu 7 L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa kollha biex jiżguraw li l-fabbrikant jew l-importatur, jekk ma jagħżilx li jirtira l-grupp difettuż mis-suq, jikkoreġi l-informazzjoni bla telf ta' żmien jekk jidher mill-issorveljar skond l-Artikolu 6(2) illi l-livell tal-ħoss trasmess bl-arja emess minn grupp ta' apparat jeċċedi l-livell iddikjarat. L-Artikolu 8 1. L-Stati Membri għandhom jippresumu li l-indikazzjoni ta' ħoss trasmess bl-arja emess minn apparat domestiku hija skond ir-rekwiżiti ta' din id-Direttiva u li l-kontrolli saru b'mod adegwat mill-Istati Membri jekk il-kejl biex ikun iddeterminat il-livell ta' ħoss trasmess bl-arja u l-kontrolli relevanti jkunu saru skond: (a) standards nazzjonali li jinkorporaw standards armonizzati li r-referenzi tagħhom kienu pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw ir-referenzi għal dawn l-istandards nazzjonali; jew (b) l-istandards nazzjonali u r-regolamenti tekniċi li jirreferi għalihom il-paragrafu 2 safejn ma jeżistux standards armonizzati fl-oqsma koperti minn dawn l-istandards u regolamenti nazzjonali. 2. Stati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-testi ta' l-istandards u r-regolamenti tekniċi nazzjonali tagħhom kif imsemmi fil-paragrafu 1(b) li jqisu li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' l-Artikolu 6. Il-Kummissjoni għandha tibgħat minnufih dawn it-testi lill-Istati Membri l-oħra. Skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 9(2), hija għandha tinnotifika lill-Istati Membri b'dawk l-istandards u regolamenti tekniċi nazzjonali li huma preżunti li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' l-Artikolu 6. L-Stati Membri għandhom jagħmlu arranġamenti biex ir-referenzi ta' dawn l-istandards u regolamenti tekniċi nazzjonali jkunu ppubblikati. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li jkunu ppubblikati wkoll fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. L-Artikolu 9 1. Meta Stat Membru jew il-Kummissjoni tqis li l-istandards armonizzati li jirreferi għalihom l-Artikolu 8(1)(a) ma jissodisfawx għal kollox ir-rekwiżiti ta' l-Artikolu 6, dak l-Istat Membru jew il-Kummissjoni għandhom iqajmu l-kwistjoni fil-Kumitat Permanenti stabbilit mid-Direttiva 83/189/KEE, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ bħala l-“Kumitat”, waqt li jesprimu r-raġunijiet għaliex għamlu hekk. Il-Kumitat għandu jagħti opinjoni b'urġenza. Fid-dawl ta' l-opinjoni tal-Kumitat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istati Membri jekk l-istandards ikkonċernati għandhomx ikunu rtirati jew le mill-pubblikazzjonijiet li jirreferi għalihom l-Artikolu 8(1)(a). 2. Rigward l-istandards u r-regolamenti tekniċi nazzjonali li jirreferi għalihom l-Artikolu 8(2), il-Kumitat għandu jaġixxi skond il-proċedura li ġejja: (a) Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lill-Kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom ikunu adottati. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu fuq l-abbozz fiż-żmien li l-president jista' jiddetermina fuq il-bażi ta' l-urġenza tal-kwistjoni. Huwa għandu jieħu deċiżjoni b'maġġoranza ta' 54 vot, bil-voti ta' l-Istati Membri jkunu peżati kif jipprovdi l-Artikolu 148(2) tat-Trattat. Il-president m'għandux jivvota. (b) Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri intenzjonati fejn huma skond l-opinjoni tal-Kumitat. (c) Fejn il-miżuri intenzjonati mhumiex skond l-opinjoni tal-Kumitat, jew fejn m'hemmx din l-opinjoni, il-Kummissjoni għandha minnufih tissottometti lill-Kunsill proposta dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kunsill għandu jieħu deċiżjoni b'maġġoranza kkwalifikata. (d) Jekk, wara li jgħaddi l-perjodu ta' tliet xhur mid-data li fiha l-kwistjoni tkun inġiebet quddiemu, il-Kunsill ma jkunx wasal għal deċiżjoni, il-miżuri proposti għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni. L-Artikolu 10 1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva fi żmien 36 xahar min-notifikazzjoni tagħha [8]. Huma għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar dan. 2. L-Istati Membri għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam regolat minn din id-Direttiva. L-Artikolu 11 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fl-1 ta' Diċembru 1986. Għall-Kunsill Il-President A. Clark [1] ĠU C 181, tad-19.7.1982, p. 1 u ĠU C 334, ta' l-10.12.1983, p. 15. [2] ĠU C 277, tas-17.10.1983, p. 166. [3] ĠU C 205, tad-9.8.1982, p. 13. [4] ĠU C 112, ta' l-20.12.1973, p. 3. [5] ĠU C 139, tat-13.6.1977, p. 3. [6] ĠU L 145, tat-13.6.1979, p. 1. [7] ĠU L 109, tas-26.4.1983, p. 8. [8] Din id-Direttiva ġiet innotifikata lill-Istati Membri fl-4 ta' Diċembru 1986. --------------------------------------------------