Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31986L0424

    L-ewwel Direttiva tal-Kummissjoni tal-15 ta' Lulju 1986 li tistabbilixxi metodi għat-teħid ta' kampjuni għall-analiżi kimika ta' kaseini u kaseinati li jittieklu.

    ĠU L 243, 28.8.1986, p. 29–33 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1986/424/oj

    31986L0424

    L-ewwel Direttiva tal-Kummissjoni tal-15 ta' Lulju 1986 li tistabbilixxi metodi għat-teħid ta' kampjuni għall-analiżi kimika ta' kaseini u kaseinati li jittieklu.

    Official Journal L 243 , 28/08/1986 P. 0029 - 0033
    Finnish special edition: Chapter 13 Volume 15 P. 0256
    Swedish special edition: Chapter 13 Volume 15 P. 0256
    CS.ES Chapter 13 Volume 008 P. 215 - 219
    ET.ES Chapter 13 Volume 008 P. 215 - 219
    HU.ES Chapter 13 Volume 008 P. 215 - 219
    LT.ES Chapter 13 Volume 008 P. 215 - 219
    LV.ES Chapter 13 Volume 008 P. 215 - 219
    MT.ES Chapter 13 Volume 008 P. 215 - 219
    PL.ES Chapter 13 Volume 008 P. 215 - 219
    SK.ES Chapter 13 Volume 008 P. 215 - 219
    SL.ES Chapter 13 Volume 008 P. 215 - 219


    L-ewwel Direttiva tal-Kummissjoni

    tal-15 ta' Lulju 1986

    li tistabbilixxi metodi għat-teħid ta' kampjuni għall-analiżi kimika ta' kaseini u kaseinati li jittieklu.

    (86/424/KEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 83/417/KEE tal-25 ta' Lulju 1983 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar xi laktoproteini (kaseini u kaseinati) inklużi għall-konsum mill-bniedem [1] u partikolarment l-Artikolu 9 tagħha,

    Billi skond l-Artikolu 9 tad-Direttiva 83/417/KEE, huwa meħtieġ li jittieħdu kampjuni tal-kaseini u l-kaseinati skond il-proċeduri tal-Komunità;

    Billi huwa mixtieq li jkunu adottati serje inizjali ta' metodi ta' teħid ta' kampjuni għall-analiżi kimika li dwarhom ikunu tlestew studji;

    Billi l-miżuri provduti f'din id-Direttiva huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti ta' l-Oġġetti ta' l-Ikel,

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    L-Artikolu 1

    Il-ħtiġiet tat-teħid ta' kampjuni msemmija fl-Artikolu 9, paragrafu (b) tad-Direttiva 83/417/KEE għandhom ikunu dawk deskritti fl-Anness tad-Direttiva preżenti.

    L-Artikolu 2

    L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex jikkonformaw mad-Direttiva mhux aktar tard mill-15 ta' Jannar 1988 [2]. Għandhom javżaw minnufih lil Kummisjoni b'dan.

    L-Artikolu 3

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula f'Brussel, fil-15 ta' Lulju 1985.

    Għall-Kummissjoni

    Cockfield

    Viċi-President

    [1] ĠU L 237, tas-26.8.1983, p. 25.

    [2] Data li tikkorrespondi ma' 18-il xahar wara l-adozzjoni tad-Direttiva preżenti.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    METODI TA' TEĦID TA' KAMPJUNI RELATATI MAL-KONTROLL TA' ANALIŻI KIMIKA TA' XI KASEINI U KASEINATI LI JITTIEKLU MAĦSUBA GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM

    I. DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

    1. Istruzzjonijiet amministrativi

    1.1. Persunal

    It-teħid ta' kampjuni għandu jitwettaq minn persuna kkwalifikata awtorizzata kif speċifikat fir-regolamenti ta' l-Istati Membri.

    1.2. Siġillar u tikkettjar tal-kampjuni

    Kull kampjun meħud għall-użu uffiċjali għandu jiġi siġillat fil-post tat-teħid tal-kampjun u identifikat skond ir-regolamenti ta' l-Istati Membri.

    1.3. Kampjuni replikati

    Għall-inqas żewġt kampjuni rappreżentattivi ekwivalenti għandhom jiġu ppreparati fl-istess ħin għall-analiżi. Taħt riserva ta' liġijiet tal-Komunità li għandhom jiġu definiti, il-proċedura u n-numru ta' kampjuni għandhom jittieħdu skond il-liġi xierqa nazzjonali għal kull Stati Membru.

    Il-kampjuni għandhom jintbagħtu l-laboratorju mill-aktar fis possibbli wara li jittieħdu.

    1.4. Rapport

    Il-kampjuni għandhom ikunu akkumpanjati minn rapport li jiġi stabbilit skond il-leġislazzjoni ta' l-Istati Membri.

    2. Tagħmir għat-teħid tal-kampjuni

    2.1. Speċifikazzjonijiet

    It-tagħmir kollu għat-teħid tal-kampjuni għandu jkun magħmul minn materjal adatt ta' saħħa xierqa, li ma jikkawżax tibdil fil-kampjun li jista' jaffettwa xi riżultat ta' eżami sussegwenti u li m'għandux jikkawża bidla fil-kampjuni waqt li jsir it-teħid tal-kampjuni. Huwa rakkomandat l-użu ta' l-istainless steel.

    L-uċuħ kollha għandhom ikunu lixxi u ħielsa minn xquq u l-kantunieri kollha għandhom ikunu ttundjati. Tagħmir għat-teħid tal-kampjuni għandu jħares ir-rekwiżiti stabbiliti għal kull prodott li jittieħed il-kampjun tiegħu.

    3. Kontenuturi għat-teħid tal-kampjuni

    3.1. Speċifikazzjonijiet

    Il-kontenituri u l-egħluq tal-kampjuni għandhom ikunu ta' materjali u kostruzzjoni li jipproteġu l-kampjun b'mod xieraq u li ma jġibux tibdil fil-kampjun li jista' jaffettwa xi riżultat f'analiżi jew eżami sussegwenti. Il-materjali approprjati jinkludu l-ħġieġ, xi metalli u xi tipi ta' plastik. Preferibbilment il-kontenituri għandhom ikunu opaki. Jekk il-kontenituri huma trasparenti jew transluċenti għandhom jinħażnu f'post mudlam bil-kontenut tagħom.

    Il-kontenituri u t-tappijiet għandhom ikunu nodfa u nexfin. Il-forma u l-kapaċità tal-kontenitur għandhom jkunu approprjati għall-ħtiġiet stabbiliti għall-prodott li tiegħu ikun ser jittieħed kampjun.

    Jistgħu jintużaw kontenituri tal-plastik ta' użu wieħed, kontenituri tal-plastik, laminati inklużi foil ta' l-aluminju jew boroż tal-plastik adatti, b'metodi ta' għeluq xierqa..

    Kontenituri minbarra l-boroż tal-plastik għandhom jingħalqu sew permezz ta' tapp xieraq jew tapp bil-kamin tal-metall jew tal-plastik li għandu, jekk hemm bżonn, inforra tal-plastik li ma tgħaddix arja minnha. Kull vit jew inforra użati għandhom ikunu insolubbli, mhux assorbenti u jifilħu għall-grease u li ma jinfluwenzax ir-riħa, it-togħma, il-karatteristiċi jew il-kompożizzjoni tal-kampjun.

    It-tappijiet għandhom ikunu ta' materjali li ma jassorbux u mingħajr riħa, jew miksijin bihom.

    4. Teknika tat-teħid tal-kampjuni

    Il-kontenitur tat-teħid tal-kampjuni għandu jingħalaq immedjatament wara t-teħid tal-kampjun.

    5. Ħażna tal-kampjun

    It-temperaturi rakkomandati biex jinħażnu il-kampjuni tal-kaseini u l-kaseinati varji m'għandhomx jeċċedu l-25 °C.

    6. Trasport tal-kampjuni

    Il-kampjuni għandhom jaslu fil-laboratorju responsabbli għat-testijiet mill-aktar fis possibbli (preferibbilment fi żmien 24 siegħa mit-teħid tal-kampjun).

    Waqt il-vjaġġ, għandhom jittieħdu prekawzjonijiet biex tkun evitata l-esposizzjoni għall-irwejjaħ kontaminanti, xemx diretta u temperaturi ogħla minn 25 °C.

    II. METODU –TEĦID TA' KAMPJUNI TAL-KASEINI U L-KASEINATI LI JITTIEKLU

    1. Skop u kamp ta' applikazzjoni

    Dan il-metodu jiddeskrivi t-teħid tal-kampjuni għall-analiżi kimika ta':

    - kaseini aċidi li jittieklu;

    - kaseini rennet li jittieklu,

    - kaseinati li jittieklu.

    2. Tagħmir

    Ara it-Taqsima 2 tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali

    2.1. Borers

    Ta' tul suffiċjenti li jilħqu l-qiegħ tal-kontenitur tal-prodott. Borers li jikkonformaw mad-deskrizzjoni fil-Parti III ta' din id-Direttiva huma xierqa.

    2.2. Mgħarfa, spatula jew scoop

    Broad-loaded.

    2.3. Kontenuturi tat-teħid tal-kampjuni

    Ara it-Taqsima 3 tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali

    3. Proċedura

    3.1. Ġenerali

    Għandha tingħata attenzjoni biex jiġi minimizzat l-assorbiment ta' umdità atmosferika mill-kontenut tal-kontenitur tal-prodott waqt jew fil-ħin qabel ma jittieħed il-kampjun għall-analiżi. Il-kontenitur tal-prodott għandu jerġa jingħalaq tajjeb wara t-teħid tal-kampjun.

    3.2. Proċedura

    3.2.1. Teħid tal-kampjuni

    Għandu jittieħed kampjun ta' mhux inqas minn 200 gramma. Il-borer nadif u niexef għandu jingħadda mill-prodott, jekk meħtieġ bil-kontenitur immejjel jew imqiegħed fuq il-ġenb tiegħu. Ix-xaqq għandu jkun orjentat ‘l isfel u tkun użata rata ta' penetrazzjoni ugwali. Meta l-borer jilħaq il-qiegħ tal-kontenitur, għandu jiddawwar 180°, irtirat u l-kontenut rilaxxjat fil-kontenitur tal-kampjun. Għandhom jittieħdu toqba waħda jew aktar biex isir kampjun ta' mhux inqas minn 200 gramma. Il-kontenitur tal-kampjuni għandu jingħalaq immedjatament wara li t-teħid tal-kampjun jintemm. Dan it-teħid tal-kampjuni għandu jitwettaq fuq l-istess batch.

    3.2.2. Teħid tal-kampjuni ta' prodotti pakkeġġjati f'pakketti żgħar għall-imnut.

    Il-pakkett sħiħ u mhux miftuħ jista' jikkostitwixxi l-kampjun. Sa fejn possibbli, pakkett wieħed jew aktar ta' l-istess batch għandu jittieħed biex jiġi ffurmat kampjun ta' mhux inqas minn 200 gramma.

    Jekk dan mhux possibbli, uża mezz ieħor biex jiġi kostitwit kampjun rappreżentativ.

    3.2.3. Preservazzjoni, ħażna u trasport ta' kampjun

    Taqsimiet 5 u 6 tad-dispożizzjonijiet ġenerali.

    III. BORERS GĦAT-TEĦID TA' KAMPJUNI BIL-KWANTITA' TA' KASEINI U KASEINATI LI JITTIEKLU

    1. Tipi ta' borers

    Tip A : Twil (ara fig. 1);

    Tip B : Qasir (ara fig. 1).

    2. Materjali

    Ix-xafra u z-zokk għandhom ikunu ta' metall lustrat, preferibbilment stainless steel. Il-manku tat-tip twil għandu preferibblment ikun ta' stainless steel. Il-borer tat-tip qasir għandu jkollu manku li jinqala' ta' l-injam jew plastik, attrezzat b'ċappetta tal-bajunetta fix-xafra.

    3. Kostruzzjoni

    3.1. Forma, materjal u finitura għandhom ikunu tali li jippermettu li l-borer jitnaddaf faċilment.

    3.2. It-tarf li joħroġ ‘il barra tax-xafra tat-tip A għandu jkun jaqta' biżżejjed li jservi bħala barraxa.

    3.3. Il-ponta tax-xafra għandat tkun taqta' biżżejjed li tiffaċilita t-teħid tal-kampjuni.

    4. Dimensjonijiet prinċipali

    Il-borers għandhom jikkonformaw mad-dimensjonijiet (bla ħsara għal tolleranza ta' 10 %) mogħtija fit-tabella hawn taħt:

    in mm |

    | Tip A Twil | Tip B Qasir |

    Tul tax-xafra | 800 | 400 |

    Ħxuna tal-metall tax-xafra | 1 sa 2 | 1 sa 2 |

    Dijametru intern tax-xafra fil-ponta | 18 | 32 |

    Dijametru intern tax-xafra fil-manku jew zokk | 22 | 28 |

    Wesa' tax-xaqq fil-ponta | 4 | 20 |

    Wesa' tax-xaqq fil-manku jew zokk | 14 | 14 |

    5. Nota dwar l-użu tal-borer

    5.1. Għal trab anqas ġieri, il-borers jistgħu jiddaħħlu vertikalment. Borers tat-Tip A jimtlew kollha bit-tidwir u jistgħu imbagħad jiġu rtirati vertikalment.

    Borers tat-tip B huma diġa mimlija kollha waqt l-inseriment imma għandhom jiġu rtirati f'pożizzjoni oblikwa biex ma jkunx hemm telf min-naħa t'isfel.

    5.2. F'każ ta' trab ġieri, il-kontenituri għandhom jitmejlu, il-borers inseriti kważi orizzontalment bix-xaqq ‘l isfel u rtirati bix-xaqq ‘il fuq.

    +++++ TIFF +++++

    BORERS XIERQA GĦAT-TEĦID TA' KAMPJUNI TA' KASEINI U KASEINATI

    --------------------------------------------------

    Top