Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31985R3519

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, EURATOM) Nru 3519/85 tat-12 ta' Diċembru 1985 li jemenda Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68, li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet u l-proċedura għall-applikazzjoni tat-taxxa għall-benefiċċju tal-Komunitajiet Ewropej

ĠU L 335, 13.12.1985, p. 59–59 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1985/3519/oj

31985R3519



Official Journal L 335 , 13/12/1985 P. 0059 - 0059
Finnish special edition: Chapter 1 Volume 2 P. 0055
Spanish special edition: Chapter 01 Volume 5 P. 0032
Swedish special edition: Chapter 1 Volume 2 P. 0055
Portuguese special edition Chapter 01 Volume 5 P. 0032


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, EURATOM) Nru 3519/85

tat-12 ta' Diċembru 1985

li jemenda Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68, li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet u l-proċedura għall-applikazzjoni tat-taxxa għall-benefiċċju tal-Komunitajiet Ewropej

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi Kunsill Wieħed u Kummissjoni Waħda tal-Komunitajiet Ewropej;

Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, u partikolarment l-Artikolu 13 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Billi Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68 [2], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEFA, KEE, Euratom) Nru 2151/82 [3], għandu jkun emendat sabiex jittieħed kont ta' dawn ir-Regolamenti li ġejjin:

- Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, Euratom) Nru 1679/85 tad-19 ta' Ġunju 1985 li jintroduċi miżuri speċjali u temporanji biex ikun itterminat is-servizz ta' ċerti uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej fis-servizzi xjentifiċi u tekniċi [4],

- Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, Euratom) Nru 2799/85 tas-27 ta' Settembru 1985 li jemenda r-Regolament tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra [5],

- Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, Euratom) Nru 3518/85 tat-12 ta' Diċembru 1985 li jintroduċi miżuri speċjali biex ikun itterminat is-servizz ta' uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej bħala riżultat ta' l-adeżjoni ta' Spanja u l-Portugall [6].

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

- "dawk intitolati għall-allowance tat-terminazzjoni tas-servizz taħt l- l-Artikolu 3 ta' Regolament (KEFA, KEE, Euratom) Nru 1679/85,

- dawk intitolati għal benefiċċju tal-qagħad taħt l-Artikolu 28a tal-kondizzjonijiet ta' mpjieg ta' aġenti oħra, kif jirriżulta minn l-Artikolu 33 ta' Regolament (KEFA, KEE, Euratom) Nru 2799/85,

- dawk intitolati għall-allowance tat-terminazzjoni tas-servizz taħt l-Artikolu 4 ta' Regolament (KEFA, KEE, Euratom) Nru 351885."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jkun japplika mid-data li fiha r-Regolamenti rispettivi msemmija fl-Artikolu 1 jidħlu f'effett.

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-12 ta' Diċembru 1985.

Għall-Kunsill

Il-President

R. Goebbels

[1] ĠU C 229, tad-9.9.1985, pġ. 97.

[2] ĠU L 56, ta' l-4.3.1968, pġ. 8.

[3] ĠU L 228, ta' l-4.8.1982, pġ. 4.

[4] ĠU L 162, tal-21.6.1985, pġ. 1.

[5] ĠU L 265, tat-8.10.1985, pġ. 1.

[6] Ara paġna 56 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

--------------------------------------------------

Top