Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31984R3440

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3440/84 tas-6 ta' Diċembru 1984 dwar it-twaħħil ta' mekkaniżmu ma' gangmi, xbieki Daniżi u xbieki simili

    ĠU L 318, 7.12.1984, p. 23–27 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 19/02/2007

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1984/3440/oj

    31984R3440



    Official Journal L 318 , 07/12/1984 P. 0023 - 0027
    Finnish special edition: Chapter 4 Volume 2 P. 0021
    Spanish special edition: Chapter 04 Volume 3 P. 0087
    Swedish special edition: Chapter 4 Volume 2 P. 0021
    Portuguese special edition Chapter 04 Volume 3 P. 0087


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3440/84

    tas-6 ta' Diċembru 1984

    dwar it-twaħħil ta' mekkaniżmu ma' gangmi, xbieki Daniżi u xbieki simili

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 171/83 tal-25 ta' Jannar 1983 li jipprovdi ċerti miżuri tekniċi għall-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2664/84 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

    Billi l-Artikolu 7 tar-Regolament (EEC) Nru 171/83 jipprojbixxi l-użu ta' kull mekkaniżmu li bih it-toqob ta' xi parti minn xibka tas-sajd jiġu mfixxkla jew b'xi mod ieħor effettivament imċekkna;

    Billi, wara li ġie kkunsidrat l-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 171/83, dawn id-dispożizzjonijiet japplikaw biss għall-gangmi, xbieki Daniżi u xbieki simili;

    Billi l-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 171/83 jippermetti li jkun awtorizzat it-twaħħil ta' mekkaniżmi ma' xbieki;

    Billi huwa xieraq li jiġu definiti ċerti partijiet tal-gangmu;

    Billi mhuwiex meħtieġ li jiġi projbit it-twaħħil ta' mekkaniżmi ma' gangmi waqt is-sajd ta' speċji li għalih id-daqs minimu tat-toqob mhux speċifikat fir-Regolament (KEE) Nru 171/83;

    Billi l-użu ta' ċerti mekkaniżmi li l-effett tagħhom huwa li jnaqqas ix-xedd u kedd tal-gangmi, xbieki Daniżi u xbieki simili, biex jissaħħu dawk ix-xbieki, biex jiġi limitat il-ħrib tal-qbid għall-parti ta' quddiem ta' dawk ix-xbieki, jew biex titejjeb l-effiċjenza u s-sigurtà ta' l-użu, jista' jiġi awtorizzat;

    Billi l-għan ta' bottom-side chafer huwa biex iħares il-parti ta' isfel tal-gangmu minn-tqagħbir ordinarju;

    Billi l-għan tat-top-sided chafer huwa li jħares il-quċċata jew il-pannelli tal-ġnub tal-linja tal-ġbid minn tqagħbir ordinarju jekk il-parti ta' wara tal-gangmu titgħawweġ matul l-assi tiegħu waqt l-operazzoni tas-sajd;

    Billi l-għan ta' borża li tissoda huwa li ssaħħaħ il-linja tal-ġbid u li jżommha milli tinfaqa meta timtela bil-ħut u meta l-gangmu jittella abbord;

    Billi l-għan tal-biċċa kontra t-tiżrid huwa li jipprevjeni li ċ-ċinga tar-rfieħ milli tqatta' x-xibka tal-linja tal-ġbid;

    Billi l-għan tal-linja tal-ġbid huwa li jagħlaq il-linja tal-ġbid;

    Billi tul limitat tal-parti ta' wara tal-linja tal-ġbid tista' tintlewa lura fil-fetħa tal-linja tal-ġbid innifisha biex tassigura egħluq aħjar tal-linja tal-ġbid;

    Billi l-għan taċ-ċinga tar-rfieħ hija li tagħmilha possibbli li tagħlaq is-sezzjoni ta' wara tal-linja tal-ġbid sabiex tħaffef il-proċess li titgħabba abbord;

    Billi l-għan taċ-ċinga t-tonda huwa li jillimita l-estensjoni tad-dijametru tal-linja tal-ġbid;

    Billi l-għan ta' flapper huwa li jippermetti l-qabdiet li jgħaddu minn quddiem għal wara tal-gangmu u biex jillimita l-possibiltà li jgħaddu lura;

    Billi l-għan ta' xibka passatur huwa li taqbad il-ħut, gambli u speċji selettivi;

    Billi l-għan tal-ħabel li jsaħħaħ huwa li jsaħħaħ il-gangmu, jew li jipprevjeni ġebel u skart milli jilħaq il-linja tal-ġbid;

    Billi l-għan tat-torquette huwa li jagħlaq il-linja tal-ġbid mill-linja tal-ġbid;

    Billi l-għan ta' trouser codend huwa li jnaqqas ir-riskju tat-telf totali tal-qabdiet waqt sajd fuq art raffa;

    Billi għal dak il-għan ċerti regoli dettaljati li jikkonċernaw dawk il-mekkaniżmi, u b'mod partikolari deskrizzjonijiet tekniċi tagħhom, għandhom jitħejjew u l-kondizzjonijiet li fihom ikunu jistgħu jintużaw għandhom jiġu definiti;

    Billi derogi għal dan ir-Regoalment li jkunu jkopru każi speċifiċi jistgħu jkunu addottati fejn meħtieġ;

    Billi l-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regoalment huma skond l-opinjoni tal-Kumitat li jimmaniġġa r-Riżorsi tas-Sajd,

    ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    L-Artikolu 1

    Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament il-kelma "gangmu" għandħa tkun tikkorrispondi mat-termini "gangmu, xibka Daniża, jew xbieka simili".

    L-Artikolu 2

    Termini tekniċi li huma wżati f'dan ir-Regolament jew li jiddeskrivu wħud mill-mekkaniżmi jew kostruzzjonijet li normalment jagħmlu parti minn, jew jistgħu jiġu wżati ma', gangmu huma mfissra fl-Anness.

    L-Artikolu 3

    L-Artikoli 4 sa 15 fihom id-definizzjonijiet ta' ċerti mekkaniżmi li jistgħu jitwaħħlu ma' gangmi u li jistgħu jfixklu t-toqob f'xi parti tal-gangmu jew li jnaqqsu d-daqs tat-toqob, u l-kondizzjonijiet li taħthom jistgħu jintużaw.

    L-Artikolu 4

    Bukagħwar tan-naħa ta' isfel

    1. Bukagħwar tan-naħa ta' isfel tista' tkun magħmula minn xi biċċa luna, xibka jew kull materjal ieħor.

    2. Jista' jiġi wżat aktar minn bukagħwar tan-naħa ta' isfel wieħed fl-istess ħin u jistgħu jirkbu fuq xulxin.

    3. Bukagħwar tan-naħa ta' isfel jistgħu jitwaħħlu biss man-naħa ta' barra tal-gangmu u man-naħa ta' isfel biss ta' kull parti tal-gangmu. Jistgħu jiġu maqfula biss mill-faċċata u l-ġnub tagħhom.

    4. Jekk jiġi wżati xkejjer li jissodaw jew bċejjeċ ta' chafing, bukagħwar tan-naħa ta' isfel jista' jitwaħħal biss man-naħa ta' barra ta' l-ixkejjer li jissodaw jew bċejjeċ taċ-chafing u bil-mod speċifikat fil-paragrafu 3.

    L-Artikolu 5

    Bukagħwar tan-naħa ta' fuq

    1. L-użu ta' kull wieħed miż-żewġ tipi ta' bukagħwar tan-naħa ta' fuq msemmi tip A u tip B, huwa permess.

    2. Bukagħwar tan-naħa ta' fuq tat-tip A jista' jiġi ffurmat minn xi biċċa xibka triangolari li jkollha d-daqs tat-toqob li jkun għall-anqas daqs dawk tal-linja tal-ġbid. Il-wisa' tiegħu għandu jkun ta' l-anqas darba u nofs ta' dik tal-linja tal-ġbid li huwa mgħotti, dawk il-wisgħat ikunu mkejjla perpendikolarment ma' l-assi t-twal tal-linja tal-ġbid. Jista' jitwaħħal mill-faċċata u mit-truf laterali tiegħu man-nofs ta' fuq biss tan-naħa ta' barra tal-linja tal-ġbid. Jekk ċinga tar-rfieħ tkun imwaħħla mal-linja tal-ġbid, bukagħwar tan-naħa ta' fuq għandu jkun imwaħħal b'dak il-mod li ma jkunx jestendi aktar minn erba' toqob l-quddiem miċ-ċinga ta' rfieħ ta' wara. Jekk ma jkunx fih ċinga tar-rfieħ il-bukagħwar tan-naħa ta' fuq għandu jkun imwaħħal b'dak il-mod li ma jkunx jgħatti aktar minn terz ta' l-aħħar parti ta' wara tal-linja tal-ġbid. Fiż-żewġ każi l-bukagħwar tan-naħa ta' fuq għandu jintemm mhux anqas minn erba' toqob quddiem il-linja tal-ġbid.

    3. Bukagħwar tan-naħa ta' fuq tat-tip B jista' jiġi ffurmat minn xi biċċa xibka trijangolari li għandha tkun magħmula minn lenza li jkollha l-istess dijametru bħal dik li minnha tkun magħmulha il-linja tal-ġbid u jkollha d-daqs tat-toqob indaqs tad-doppju ta' dawk tal-linja tal-ġbid. Jista' jkun jgħatti n-nofs ta' fuq tal-linja tal-ġbid sensu stricto kollu kemm hu; għandu jkun imwaħħal biss mill-erba' trufijiet tiegħu b'dak il-mod illi, fil-postijiet fejn ikun imwaħħal, il-ġenb ta' kull toqba jkun jaqbel maż-żewġ naħat tat-toqob tal-linja tal-ġbid.

    4. Huwa projbit li jintuża aktar minn bukagħwar tan-naħa ta' fuq wieħed f'kull ħin.

    5. Huwa pprojbit li jintuża bukagħwar tan-naħa ta' fuq flimkien ma' xkejjer li jsaħħu ħlief għall-gangmi b'toqob żgħar li jkunu jkkonformaw ma' l-Artikolu 3 u l-Anness II li jinsab mar-Regolament (KEE) Nru 171/83.

    L-Artikolu 6

    Xkora li tissoda

    1. Xkora li tissoda hija biċċa xibka b'forma ta' ċilindru li ddawwar għal kollox il-linja tal-ġbid tal-gangmu u li tista' titwaħħal mal-linja tal-ġbid f'intervalli. Għandu jkollha ta' l-anqas l-istess qisien (tul u wisa') bħal dawk tal-parti tal-linja tal-ġbid li tkun imqabbda magħha.

    2. Huwa projbit li tintuża aktar minn xkora li tissoda waħda ħlief għal xbieki li jkunu konformi ma' l-Artikolu 3 l-Anness II tar-Regolament (KEE) Nru 171/83 li għalihom jistgħu jintużaw żewġ xkejjer li jissodaw.

    3. Id-daqs tat-toqob għandu jkun daqs ta' l-anqas id-doppju ta' dawk tal-linja tal-ġbid u fl-ebda każ ma' jista' jkun anqas minn 80 millimetru. Jekk it-tieni xkora li tissoda tintuża, id-daqs minimu tat-toqob għandu jkun ta' 120 millimetru.

    4. Huwa projbit l-użu ta' xkejjer li jissodaw li jkunu jestendu aktar il-quddiem mill-linja tal-ġbid.

    5. Jekk l-ixkora li tissoda tkun magħmula minn sezzjonijiet ta' xbieki fil-forma ta' ċilindru, is-sezzjonijiet ma jistgħux jirkbu fuq xulxin b'aktar minn erba' toqob fil-post fejn jeħlu.

    6. Xkejjer li jissodaw li jitwaħħlu ma' gangmi ta' xbieki b'toqob kbar li għalihom jirreferi l-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 171/83 m'għandhomx jestendu aktar minn żewġ metri 'l quddiem miċ-ċinga ta' rfieħ ta' wara.

    7. B'deroga mill-paragrafu 1, xkejjer li jissodaw li jkunu iżgħar mid-daqs tal-linja tal-ġbid jistgħu jiġu mwaħħla ma' xbieki b'toqob żgħar li jkun jikkonformaw ma' l-Artikolu 3 u l-Anness II li jinsab mar-Regolament (KEE) Nru 171/83.

    L-Artikolu 7

    Chafing jew biċċa tal-protezzjoni

    1. Chafing jew biċċa tal-protezzjoni hija biċċa qasira ta' xibka f'forma ta' ċilindru bl-istess ċirkonferenza bħal dik tal-linja tal-ġbid jew xkejjer li jissodaw, jekk ikun hemm, u li jdawru l-linja tal-ġbid jew l-ixkejjer li jissodaw fil-postijiet fejn jitwaħħlu maċ-ċinga tar-rfieħ.

    2. Huwa pprojbit li tintuża chafing piece jekk iċ-ċinga ta' rfieħ tkun imqabbda mal-linja tal-ġbid.

    3. Huwa pprojbit li tintuża chafing piece li tkun itwal minn metru.

    4. Iċ-chafing piece tista' tkun imqabbda biss quddiem u wara kull ċinga ta' rfieħ.

    5. Id-daqs tat-toqob taċ-chafing piece għandu jkun ta' l-anqas daqs dak tal-linja tal-ġbid.

    6. Iċ-ċirkonferenza taċ-chafing piece għandu jkun imqabbel ma' dak tal-linja tal-ġbid jew ta' l-ixkejjer li jissodaw, jekk ikun hemm, billi jiġu stirati bl-istess saħħa.

    L-Artikolu 8

    Ħabel tal-ġbid

    1. Il-ħabel tal-ġbid hija ħabel li jagħmilha possibbli li tingħalaq il-parti ta' wara tal-linja tal-ġbid u/jew l-ixkejjer li jissodaw permezz jew ta' għoqda li tkun tista' tinħall faċilment jew mekkaniżmu mekkaniku.

    2. Il-ħabel tal-ġbid għandu jkun imqabbad f'distanza ta' mhux aktar minn metru mit-toqob ta' wara tal-linja tal-ġbid, li tkun tista' tiltewa lura fil-linja tal-ġbid. B'dana kollu, jekk "torquette" li tkun konformi ma' l-Artikolu 14 tkun imqabbda, il-linja tal-ġbid għandha tkun tgħaddi mit-toqob ta' wara nett tal-linja tal-ġbid.

    3. Tista' tintuża aktar minn linja ta' ġbid waħda għal kull gangmu. Linja tal-ġbid ma tistgħax ikollha fiha bukagħwar tan-naħa ta' isfel jew ta' fuq.

    L-Artikolu 9

    Ċineg tar-rfieħ

    1. Ċinga tar-rfieħ hija biċċa ħabel jew fil li ddur b'mod laxk maċ-ċirkonferenza tal-linja tal-ġbid jew ta' l-ixkora li tissoda, jekk ikun hemm, u mqabbda miegħu permezz ta' ħoloq jew ċrieki. Aktar minn ċinga ta' rfieħ waħda tista' tintuża fl-istess ħin.

    2. It-tul minimu tagħhom għandu jkun konformi ma' l-istess regoli bħal dawk li jirregolaw iċ-ċineg it-tondi, kif imfissra fl-Artikolu 10, ħlief li ċ-ċinga ta' rfieħ li tkun l-aktar viċin tal-linja tal-ġbid tista' tkun iqsar.

    L-Artikolu 10

    Ċineg tondi

    1. Ċineg tondi huma ħbula forma ta' ċirku li jdawwru l-linja tal-ġbid jew l-ixkora li tissoda f'intervalli regolari u li jkun mwaħħlin magħha.

    2. It-tul ta' ċinga tonda m'għandux ikun anqas minn 40 % taċ-ċirkonferenza tal-linja tal-ġbid, biċ-ċirkonferenza tkun imkejjla bħala l-prodott tan-numru ta' toqob fi ċirkonferenza tal-linja tal-ġbid multiplikat bid-daqs attwali tat-toqob, ħlief għall-parti l-aktar lura taċ-ċinga t-tonda msejjħa "iċ-ċinga ta' wara" jekk tkun imwaħħla mhux aktar minn żewġ metri mit-toqob tal-linja tal-ġbid, imkejjla meta t-toqob ikunu stirati fit-tul.

    3. Id-distanza li tissepara żewġ ċineg tondi konsekuttivi m'għandhix tkun anqas minn metru.

    4. Ċinga tonda tista' ddawwar l-ixkejjer li jissodaw iżda ma tistax iddawwar il-bukagħwar tan-naħa ta' fuq jew tan-naħa ta' isfel.

    L-Artikolu 11

    Flapper

    1. Flapper hija biċċa xibka b'daqs ta' toqob għall-anqas indqas dawk tal-linja tal-ġbid, maqfula ġewwa gangmu, b'dak il-mod li tkun tippermetti l-qabdiet li jgħaddu minn quddiem għal wara tal-gangmu iżda li tillimita l-possibilta li jgħaddu lura.

    2. Il-flapper għandha tkun imwaħħla minn quddiem tagħha u tista' tkun imqabbda mit-truf tal-ġnub tagħha ġewwa l-linja tal-ġbid jew quddiem il-linja tal-ġbid.

    3. Id-distanza bejn il-post ta' quddiem fejn tkun imwaħħla l-flapper sal-parti ta' wara tal-linja tal-ġbid għandu jkun ta' l-anqas tliet darbiet it-tul tal-flapper.

    L-Artikolu 12

    Xibka tal-passatur

    1. Xibka tal-passatur hija biċċa xibka b'daqs ta' toqob li għandu jkun ta' l-anqas id-doppju ta' dawk tal-linja tal-ġbid.

    2. Ix-xibka tal-passatur għandha tkun imwaħħla ġewwa l-gangmu quddiem il-linja tal-ġbid u m'għandux jestendi fil-linja tal-ġbid aktar minn terz tat-tul tal-linja tal-ġbid.

    Tista' titwaħħal mal-gangmu mit-truf kollha.

    3. Jistgħu jintużaw fl-istess ħin sa żewġ bċejjeċ ta' xibka tal-passatur, basta li dawn ikunu mwaħħla man-nofs ta' fuq u man-nofs ta' isfel tal-gangmu rispettivament u ma jkunux jirkbu l-xulxin f'xi kwalunkwe post.

    L-Artikolu 13

    Ħbula li jissodaw

    1. Ħabel li jissoda huwa kull ħabel, ħlief ħabel tal-lazz, imqabbad ma' xi parti tal-gangmu.

    2. Huwa pprojbit li jitwaħħlu ħbula li jissodaw il-ġewwa mill-linja tal-ġbid.

    L-Artikolu 14

    "Torquette"

    1. "Torquette" hija biċċa xibka mwaħħla l-ġewwa mill-linja tal-ġbid fit-tarf ta' wara. It-"torquette" tista' tkun milwija lura fil-linja tal-ġbid.

    2. Id-daqs tax-xibka ma jistax tkun inqas mix-xibka tal-linja tal-ġbid.

    3. It-"torquette" għandu jkun imwaħħal fuq il-parti ta' quddiem biss u ma jistax ikun aktar 'il quddiem mill-aħħar ħames toqob tal-linja tal-ġbid u ma jistax jestendi lura aktar minn metru mill-parti ta' wara ta' l-aħħar toqob tal-linja tal-ġbid.

    L-Artikolu 15

    Interzar medjan ta' linja ta' ġbid f'għamla ta' qalziet

    Toqob jistgħu ikunu mdaħħla f'xulxin sabiex jiffurmaw linja ta' ġbid f'għamla ta' qalziet, billi jwaħħlu mit-tul il-parti ta' fuq u ta' isfel tan-nofsijiet tal-linja tal-ġbid.

    L-Artikolu 16

    Dan ir-Regolament ser jidħol fis-seħħ fit-30 ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fis-6 Diċembru 1984.

    Għall-Kummissjoni

    Giorgios Contogeorgis

    Membru tal-Kumissjoni

    [1] ĠU L 24, tas-27.1.1983, p. 14.

    [2] ĠU L 253, tal-21.9.1984, p. 1.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    Definizzjonijiet ta' ċerta terminologija ta' teknika, apparat jew kostruzzjonijiet li normalment jiffurmaw parti integrali jew jistgħu jintużaw ma', gangmu

    Linja tal-ġbid:

    Il-linja tal-ġbid hija l-parti ta' wara nett tal-gangmu, li jkollha forma cilindrika, jiġifieri bl-istess ċirkonferenza kullimkien jew b'forma tawallija.

    Il-linja tal-ġbid tinkludi l-linja tal-ġbid sensu stricto u l-parti tawallija.

    Linja tal-ġbid sensu stricto:

    Il-linja tal-ġbid sensu stricto hija magħmula minn panell wieħed jew aktar (biċċiet ta' xbieki) ta' l-istess daqs imwaħħlin flimkien mil-ġenb fil-fus tal-gangmu fejn ħabel jista' wkoll jkun imwaħħal.

    Interzar tat-tul:

    L-interzar tat-tul hija magħmula minn panell jew aktar panelli lokaliżżati quddiem il-linja tal-ġbid sensu stricto.

    Interzar tas-saħħa:

    Interzar tas-saħħa huwa magħmul minn fillieri ta' toqob li jkunu mwaħħlin flimkien biex jinfurzaw ix-xibka.

    Ħabel ta' l-interzar:

    Ħabel ta' l-interzar huwa definit bħala ħabel illi jagħddi mit-tul bejn iż-żewġ partijiet tax-xibka fid-direzzjoni ta' l-assi tal-gangmu.

    Żubrun:

    Żunbrun huwa apparat ħafif użat sabiex jgħolli jew jimmarka l-pożizzjoni tal-bangmu, jew tat-tnejn.

    Tajra:

    Tajra hija parti illi tgħolli l-gangmu.

    Apparat elettro mekkaniku:

    Apparat bħal transducers li huma wżati sabiex jipprovdu informazzjoni fuq il-pożizzjoni tax-xibka fl-ilma u l-safejn tista' tasal meta mimlija bil-ħut.

    --------------------------------------------------

    Top