EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31982D0269

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ April ta’ l-1982 dwar l-approvazzjoni tal-konklużjoni mill-Kummissjoni ta’ Protokolli fir-Renju ta’ l-Isvezja u l-Konfederazzjoni Svizzera li temenda l-Ftehim ta’ koperazzjoni fil-qasam tal-fużjoni termonukleari kontrollat u l-fiżika tal-plażma

ĠU L 116, 30.4.1982, p. 18–18 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1982/269/oj

Related international agreement
Related international agreement

31982D0269



Official Journal L 116 , 30/04/1982 P. 0018 - 0018
Spanish special edition: Chapter 12 Volume 4 P. 0059
Portuguese special edition Chapter 12 Volume 4 P. 0059


Deċiżjoni tal-kunsill

tas-26 ta’ April ta’ l-1982

dwar l-approvazzjoni tal-konklużjoni mill-Kummissjoni ta’ Protokolli fir-Renju ta’ l-Isvezja u l-Konfederazzjoni Svizzera li temenda l-Ftehim ta’ koperazzjoni fil-qasam tal-fużjoni termonukleari kontrollat u l-fiżika tal-plażma

(82/269/Euratom)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari t-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 101 tiegħu,

Wara li kunsidra l-abbozz mogħti mill-Kummissjoni,

Billi l-Kummissjoni, in-konformità mad-direttivi mill-Kunsill, innegozjat il-Protokolli li jemendaw il-Ftehim ta’ Koperazzjoni bejn l-Isvezja u l-Isvizzera fl-oqsma ta’ fużjoni termonukleari kontrollata u fiżika tal-plażma;

Billi b’konsegwenza huwa xieraq li tkun approvata l-konklużjoni mill-Kummissjoni ta’ dawn il-Protokolli,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu Uniku

Il-konklużjoni mill-Kummissjoni tal-Protokolli mar-Renju ta’ l-Isvezja u l-Konfederazzjoni Svizzera li temenda l-Ftehim ta’ Koperazzjoni fl-oqsma ta’ fużjoni ta’ termonukleari kontrollata u fiżika tal-plażma hija hawnhekk approvata.

It-test ta’ dawn il-Protokolli huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-26 ta’ April ta’ l-1982.

Għall-Kunsill

Il-President

L. Tindemans

--------------------------------------------------

Top