Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31981D0691

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l-4 ta’ Settembru 1981 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni għall-konservazzjoni tar-riżorsi marittimi ħajjin ta’ l-Antartika

    ĠU L 252, 5.9.1981, p. 26–26 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1981/691/oj

    Related international agreement

    31981D0691



    Official Journal L 252 , 05/09/1981 P. 0026 - 0035
    Finnish special edition: Chapter 11 Volume 10 P. 0027
    Spanish special edition: Chapter 04 Volume 1 P. 0175
    Swedish special edition: Chapter 11 Volume 10 P. 0027
    Portuguese special edition Chapter 04 Volume 1 P. 0175


    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

    ta’ l-4 ta’ Settembru 1981

    dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni għall-konservazzjoni tar-riżorsi marittimi ħajjin ta’ l-Antartika

    (91/691/KEE)

    KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 43 tiegħu,

    Wara li kunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

    Wara li kunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

    Billi il-bilanċ ekoloġiku fraġili ta’ l-Oċean Antartiku jeħtieġ regolazzjoni internazzjonali ta’ l-amministrazzjoni u l-konservazzjoni tar-riżorsi marittimi ħajjin tiegħu;

    Billi ir-riżorsi marittimi ħajjin Antartiċi, minn hawn ‘il quddiem referuti bħala "l-Konvenzjoni", kienet imħejjija fil-konferenza diplomatika miżmumha f’Canberra f’Mejju 1980 li fiha il-Komunità kienet ipparteċipat;

    Billi l-Konvenzjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-30 jum li jiġi wara d-data tad-depositu tat-tmien strument tar-ratifika; billi, wara d-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni, l-Komunità tista taċċedi magħha;

    Billi, sabiex tikkontribwixxi għall-konservazzjoni tar-riżorsi fiż-żona koperta bil-Konvenzjoni u li fiha s-sajjieda tal-Komunità jistgħu jwettqu l-attivitajiet tagħhom, huwa meħtieġ għall-Komunità li taċċedi mal-Konvenzjoni,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Konvenzjoni għall-konservazzjoni tar-riżorsi marittimi ħajjin ta’ l-Antartika hi hawnhekk approvata f’isem il-Komunità Ekonomika Ewropea.

    It-test tal-Konvenzjoni hu anness ma din id-Deċiżjoni..

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill għandu jiddeposita l-istrument ta’ l-approvazzjoni mal-Gvern Awstraljan b’konformità ma l-Artikolu XXVIII tal-Konvenzjoni [3].

    Artikolu 3

    Din id- Deċizjoni għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Magħmula fi Brussell, fl-4 ta’ Settembru 1981.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    P. Walker

    [1] ĠU Nru C 317, 4.12.1980, p. 4.

    [2] ĠU Nru C 101, 4.5.1981, p. 116.

    [3] Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni fir-rigward tal-Komunità għandha tkun ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

    --------------------------------------------------

    Konvenzjoni dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi marittimi ħajjin ta' l-antartika

    IL-PARTIJIET KONTRAENTI,

    LI JIRRIKONOXXU l-importanza tal-salvgward ta' l-ambjent u l-protezzjoni ta' l-integrità ta' l-ekosistema ta' l-ibħra li jiċċirkondaw l-Antartika;

    JINNOTAW il-konċentrazzjoni tar-riżorsi marittimi ħajjin li jiċċirkondaw l-ilmijiet Antartiċi u ż-żieda fl-interess fil-possibbiltajiet offruti mill-utilizzazzjoni ta' dawn ir-riżorsi bħala sorsi ta' proteini;

    KONXJI bl-urġenza li tkun assigurata l-konservazzjoni tar-riżorsi marittimi ħajjin ta' l-Antartika;

    JIKKONSIDRAW li huwa essenzali li jkun miżjud l-għerf dwar l-ekosistema marittima ta' l-Antartika u tal-komponenti tagħha sabiex ikunu jistgħu jibbażaw deċiżjonijiet rigward il-ħsad fuq informazzjoni xjentifika soda;

    JEMMNU li l-konservazzjoni tar-riżorsi marittimi ħajjin ta' l-Antartika titlob għal koperazzjoni internazzjonali f'dak li jirrigwardja d-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta' l-Antartika u bl-involviment attiv tal-Istati kollha nvoluti fir-riċerka jew fl-attivitajiet tal-ħsad fl-ilimijiet Antartċi;

    JIRRIKONOXXU r-responsabbiltajiet primarji tal-Partijiet Konsultattivi tat-Trattat ta' l-Antartika għall-protezzjoni u l-preservazzjoni ta' l-ambjent Antartika u, partikolarment, ir-responsabbiltajiet tagħhom permezz ta' l-Artikolu IX, il-paragrafu 1 (f) tat-Trattat ta' l-Antartika fir-rigward tal-preservezzjoni u l-konservazzjoni tar-riżorsi ħajjin fl-Antartika;

    JIFTAKRU fl-azzjoni diġa meħudha mill-Partijiet Konsultattivi tat-Trattat ta' l-Antartika, partikolarment il-miżuri mifthiema għall-konservazzjoni tal-fawna u l-flora Antartika, kif ukoll tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni għall-konservazzjoni tal-foki Antartiċi;

    IŻOMMU F'MOĦĦOM ir-relazzjoni rigward il-konservazzjoni tar-riżorsi marittimi ħajjin ta' l-Antartika kif espressi mill-partijiet konsultattivi fid-disa' laqgħa konsultattiva tat-Trattat ta' l-Antartika u l-importanza tad-dispożizzjonijiet tar-rakkomandazzjoni IX-2 li wasslet għall-istabbiliment tal-Konvenzjoni prezenti;

    JEMMNU li huwa fl-interess ta' l-umanità kollha li jkunu preservati l-ilmijiet li jiċċirkondaw il-kontinent Antartiku għal skopijiet biss paċifiċi u li ma jħallux li dawn isiru x-xena jew l-għan ta' inkwiet internazzjonali;

    JIRRIKONOXXU, fid-dawl ta' dak imsemmi qabel, li huwa mixtieq li jkun stabbilit makkinarju xieraq għar-rakkomandazzjoni, l-promozzjoni, u għal deċiżjonijiet rigward u l-kordinazzjoni tal-miżuri u l-istudji xjentifiċi meħtieġa sabiex jassiguraw il-konservazzjoni ta' l-organiżmi marittimi ħajjin ta' l-Antartika,

    FTIEHMU KIF ĠEJ:

    Artikolu I

    1. Din il-Konvenzjoni tapplika għar-riżorsi marittimi ħajjin ta' l-Antartika fin-nofs in-nhar ta' 60o tal-latitudini tan-Nofsinhar u għar-riżorsi marittimi ħajjin ta' l-Antartika taż-żona bejn dik il-latitudini u l-Konverġenza Antartika li tifforma parti mill-ekosistema marittima Antartika.

    2. Ir-riżorsi marittimi ħajjin ta' l-Antartika jfissru l-popolazzjonijiet tal-hut tal-pinna, molluskoli, krustaċi u speċje oħrajn ta' organiżmi ħajjin, inkluzi l-għasafar, li jinsabu fin-Nofsinhar ta' l-Antartika.

    3. L-ekosistema marittima ta' l-Antarika tfisser il-kumpless tar-relazzjonijiet tar-riżorsi marittimi ħajjin ta' l-Antartika li għandhom ma xulxin u ma l-ambjent fiżiku tagħhom.

    4. Il-Konverġenza ta' l-oċean Antarktiku għandha titqies bħala l-linja li tgħaqqad il-punti li ġejjin matul il-paralleli tal-latitudni u l-meridjani tal-lonġitudni:

    50oS,0o; 50oS,30oE; 45oS,30oE; 45oS,80oE; 55oS, 80oE; 55oS,150oE; 60oS,150oE; 60oS,50oW; 50oS, 50oW; 50oS,0o.

    Artikolu II

    1. L-għan ta' din il-Konvenzjoni huwa l-konservazzjoni tar-riżorsi marittimi ħajjin ta' l-Antartika.

    2. Għall-iskopijiet ta' din il-Konvenzjoni, t-terminu "konservazzjoni" jinkludi l-użu razzjonali.

    3. Xi hsad jew attivitajiet assoċjati fiż-żona li dwara din il-Konvenzjoni hija applikabbli għandhom jitwettqu b'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni u mal-prinċipji ta' konservazzjoni li ġejjin:

    (a) il-prevenzjoni tat-tnaqqis tad-daqs ta' xi popolazzjoni maħsuda lejn livelli aktar baxxi minn dawk li jassiguraw ir-reklutaġġ stabbli tagħha. Għal dan l-iskop id-daqs tagħha m'għandux jitħalla li jaqa' taħt livell qrib dak li jassigura l-akbar żieda netta annwali;

    (b) iż-żamma tar-relazzjonijiet ekoloġiċi bejn il-popolazzjonijiet maħsuda, dipendenti u relatati tar-riżorsi marittimi ħajjin ta' l-Antartika u tar-restawr tal-popolazzjonijiet imnaqqsa lejn il-livelli definiti fis-subparagrafu (a) ta' hawn fuq; u

    (ċ) il-prevenzjoni ta' tibdil jew minimizzazzjoni tar-riskju ta' tibdil fl-ekosistema marittima li ma humiex potenzalment riversibbli matul tnejn jew tlett dekadi, billi jitqies l-istat ta' l-għerf disponibli għall-impatt dirett jew indirett tal-ħsad, l-effett ta' l-introduzzjoni ta' speċje aljeni, l-effetti ta' l-attivitajiet assoċjati ma l-ekosistema marittima u l-effetti tat-tibdil ambjentali, bil-għan li ssir possibbli l-konservazzjoni sostnuta tar-riżorsi marittimi ħajjin ta' l-Antartika.

    Artikolu III

    Il-Partijiet Kontraenti, kemm jekk jew le humiex Partijiet mat-Trattat ta' l-Antartika, jaqblu li huma m'għandhomx ikunu nvoluti f'xi attivitajiet fiż-żona tat-Trattat ta' l-Antartika li huma kuntrarji tal-prinċipji u l-iskopijiet ta' dak it-Trattat u li, fir-relazzjoni tagħhom ma xulxin, huma marbuta bl-obbligazzjonijiet li jinsabu fl-Artikoli I u V tat-Trattat ta' l-Antartika.

    Artikolu IV

    1. Fir-rigward taż-żona tat-Trattat ta' l-Antartika, l-Partijiet Kontraenti kollha, sew jekk huma, u anki jekk le, Partijiet tat-Trattat ta' l-Antarika, huma marbuta bl-Artikoli IV u VI tat-Trattat ta' l-Antartika fir-relazzjonijiet ta' bejniethom.

    2. Xejn f'din il-Konvenzjoni u l-atti u l-attivitajiet li jseħħu waqt li din il-Konvenzjoni tkun fis-seħħ ma għandhom:

    (a) jikkostitwixxu bażi għat-tħaqqiq, għas-sostenn jew għaċ-ċaħda ta' talba ta' sovranità territorjali fit-Trattat ta' l-Antartika jew li joħolqu xi drittijiet ta' sovranità fuq iż-żona tat-Trattat ta' l-Antartika;

    (b) ikunu nterpretati bħala rinunzja jew tnaqqis minn xi Parti Kontraenti ta', jew li jippreġudikaw, kwalunkwe dritt jew talba jew bażi ta' talba li jeżerċitaw il-ġurisdizzjoni ta' Stat Kostali permezz tal-liġi internazzjonali fi ħdan iż-żona li dwarha din il-Konvenzjoni hija applikabbli;

    (ċ) ikunu nterpretati bħala li jippreġudikaw il-pożizjoni ta' xi Parti Kontreaenti f'dak li jirrigwardja r-rikonoxximent tagħha, jew tan-nuqqas ta' rikonoxximent ta' tali dritt, talba jew bażi ta' talba;

    (d) li jaffettwaw id-dispożizzjoni ta' l-Artikolu IV, il-paragrafu 2, tat-Trattat ta' l-Antartika li l-ebda talba ġdida, jew tkabbir ta' talba eżistenti, għas-sovranità territorjali fl-Antartika ma tista tkun mistqarra waqt li t-Trattat ta' l-Antartika jkun fis-seħħ.

    Artikolu V

    1. Il-Partijiet Kontraenti li ma humiex Partijiet tat-Trattat ta' l-Antartika jirrikonoxxu l-obbligi u r-reponsabbiltajiet speċjali tal-Partijiet Konsultattivi tat-Trattat ta' l-Antartika għall-protezzjoni u l-preservazzjoni ta' l-ambjent taż-żona tat-Trattat ta' l-Antartika.

    2. Il-Partijiet Kontraenti li ma humiex Partijiet tat-Trattat ta' l-Antartika jaqblu li, fl-attivitaiet tagħhom fiż-żona tat-Trattat ta' l-Antartika, huma għandhom josservaw, kif u meta xieraq, il-miżuri mifthiema għall-konservazzjoni tal-flora u l-fawna ta' l-Antartika u dawk il-miżuri l-oħrajn hekk kif ikunu irrakkomandati mill-Partijiet Konsultattivi tat-Trattat ta' l-Antartika fit-twettieq tar-responsabiltajiet tagħhom għall-protezzjoni ta' l-ambjent ta' l-Antartika mill-għamliet kollha ta' interferenza li huma ta' ħsara.

    3. Għall-iskopijiet ta' din il-Konvenzjoni, "l-Partijiet Konsultattivi tat-Trattat ta' l-Antartika" tfisser il-Partijiet Kontraenti tat-Trattat ta' l-Antartika li r-rappreżentanti tagħhom jipparteċipaw fil-laqgħat permezz ta' l-Artikolu IX tat-Trattat ta' l-Antartika.

    Artikolu VI

    Xejn f'din il-Konvenzjoni m'għandu jnaqqas mid-drittijiet jew mill-obbligi tal-Partijiet Kontraenti permezz tal-Konvenzjoni Internazzjonali għar-regolazzjoni tal-qbid tal-balieni u tal-Konvenzjoni għall-konservazzjoni tal-foki Antartiċi.

    Artikolu VII

    1. Il-Partijiet Kontraenti b'dan jistabbilixxu u jaqblu li jsostnu l-Kummisjoni għall-konservazzjoni tar-riżorsi marittimi ħajjin ta' l-Antartika (minn hawn ‘il quddiem referuta bħala "l-Kummissjoni").

    2. Is-sħubija fil-Kummissjoni għandha tkun kif ġej:

    (a) kull Parti Kontraenti li kienet ipparteċipat fil-laqgħat li fiha din il-Konvenzjoni kienet adotta għandha tkun membru tal-Kummissjoni;

    (b) kull Stat Parti li jkun aċċeda għal din il-Konvenzjoni permezz ta' l-Artikolu XXIX għandu jkun intitolat li jkun membru tal-Kummissjoni matul dak iż-żmien li l-Parti li taċċedi tkun involuta fl-attivitajiet tar-riċerka jew tal-ħsad b'relazzjoni mar-riżorsi marittimi ħajjin li dwar din il-Konvenzjoni hija applikabbli;

    (ċ) kull organizzazzjoni reġjonali ta' integrazzjoni ekonomika li taċċedi għal din il-Konvenzjoni bis-saħħa ta' l-Artikolu XXIX għandha tkun intitolata li tkun membru tal-Kummissjoni matul dak iż-żmien bħal l-Istati Membri tagħha li huma hekk intitolati;

    (d) Parti Kontraenti li tfittex li tissieħeb fix-xogħol tal-Kummissjoni bis-saħħa tas-subparagrafi (b) u (c) ta' hawn fuq għandha tinnotifika lid-Depożitarju bil-bażi li fuqha hija tkun tfittex li ssir membru tal-Kummissjoni jew tal-prontezza tagħha li taċċetta l-miżuri tal-konservazzjoni li jkunu fis-seħħ. Id-Depożitarju għandu jikkomunika lejn kull membru tal-Kummissjoni tali notifika u l-informazzjoni li jkun hemm magħha. Fi żmien xahrejn mill-wasla ta' komunikazzjoni tali minn għand id-Depożitarju, kwalunkwe membru tal-Kummissjoni jista jitlob li laqgħa speċjali tal-Kummissjoni tkun miżmuma sabiex tikkonsidra dik il-materja. Mal-wasla ta' talba bħal dik, id-Depożitarju għandu jsejjaħ tali laqgħa. Jekk ma jkun hemm l-ebda talba għal laqgħa, l-Parti Kontraenti li tippreżenta n-notifika għandha tkun meqjusa li tkun issodisfat il-ħtiġiet tas-sħubija fil-Kummissjoni.

    3. Kull membru tal-Kummissjoni għandu jkun rappreżentat minn rappreżentant wieħed biss li jista jkun akkompanjat b'rappreżentattivi u konsulenti alternattivi.

    Artikolu VIII

    Il-Kummissjoni għandha jkollha personalità legali u għandha tgawdi fit-territorju ta' kull wieħed mill-Istati Partijiet dik il-kapaċità legali skond ma jista jkun meħtieġ sabiex twettaq il-funzjonijiet tagħha u tilħaq l-iskopijiet ta' din il-Konvenzjoni. Il-privileġġi u l-immunitajiet li għandhom ikunu gawduti mill-Kummissjoni u mill-persunal tagħha fit-territorju ta' Stat Parti għandhom ikunu iddeterminati bi ftehim bejn il-Kummissjoni u l-Istat Parti konċernata.

    Artikolu IX

    1. Il-funzjoni tal-Kummissjoni għandha tkun li tagħti effett għall-għanijiet u l-prinċipji kif murija fl-Artikolu II ta' din il-Konvenzjoni. Għal dak il-għan, għandha:

    (a) tiffaċilita r-riċerka fi u l-istudji komprensivi dwar ir-riżorsi marittimi ħajjin ta' l-Antartika u ta' l-ekosistema marittima ta' l-Antartika;

    (b) tiġbor data dwar l-istatus ta' u l-kambjamenti fil-popolazzjoni tar-riżorsi marittimi ħajjin ta' l-Antartika u dwar fatturi li jaffetwaw id-distribuzzjoni, l-abbundanza u l-produttività tal-ispeċje maħsuda u l-ispeċje jew il-popolazzjonijiet dipendenti jew relatati;

    (ċ) tassigura l-akkwista ta' qabda u l-istatistika ta' l-isforzi fuq il-popolazzjonijiet maħsuda;

    (d) tanalizza, ixxerred u tippublika l-informazzjoni referuta fis-subparagrafi (b) u (c) ta' hawn fuq u tar-rapporti tal-Kumitat Xjentifiku;

    (e) tidentifika l-ħtiġiet tal-konservazzjoni u tanalizza l-effettività tal-miżuri tal-konservazzjoni;

    (f) tifformula, tadotta u tirrevedi l-miżuri ta' konservazzjoni fuq il-bażi ta' l-aħjar evidenza xjentifika disponibbli, suġġetta għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu;

    (g) timplementa s-sistema ta' osservazzjoni u spezzjoni stabbilita permezz ta' l-Artikolu XXIV ta' din il-Konvenzjoni;

    (h) twettaq dawk l-attivitajiet skond kif meħtieġ sabiex twettaq l-għanijiet ta' din il-Konvenzjoni.

    2. Il-miżuri ta' konservazzjoni referuti fil-paragrafu 1 (f) ta' hawn fuq jinkludu dawn li ġejjin:

    (a) id-desinjazzjoni tal-kwantità ta' xi speċje li tista tkun maħsuda fiż-żona li dwarha din il-Konvenzjoni hija applikabbli;

    (b) id-desinjazzjoni tar-reġjuni u s-sub-reġjuni bażati fuq id-distribuzzjoni tal-popolazzjonijiet tar-riżorsi marittimi ħajjin ta' l-Antartika;

    (ċ) id-desinjazzjoni tal-kwantità li tista tkun maħsuda mill-popolazzjonijiet tar-reġjuni u tas-sub-reġjuni;

    (d) id-desinjazzjoni ta' l-ispeċje protetti;

    (e) id-desinjazzjoni tad-daqs, l-età u, skond kif xieraq, is-sess tal-ispeċje li jistgħu jkunu maħsuda;

    (f) id-desinjazzjoni ta' l-istaġuni miftuħa u magħluqa għall-ħsad;

    (g) id-desinjazzjoni tal-ftuħ u ta' l-għeluq ta' żoni, reġjuni jew sub-reġjuni għall-iskopijiet ta' studju xjentifiku jew konservazzjoni, inklużi ż-żoni speċjali għall-protezzjoni u l-istudju xjentifiku;

    (h) ir-regolazzjoni ta' l-isforzi użati u l-metodi tal-ħsad, inkluż l-apparat tas-sajd, bil-għan, inter alia, li tkun evitata konċentrazzjoni żejda tal-ħsad fi kwalunkwe reġjun jew sub-reġjun;

    (i) li tieħu dawk il-miżuri l-oħrajn tal-konservazzjoni skond ma l-Kummissjoni tqis li jkunu meħtieġa għat-twettieq ta' l-għan ta' din il-Konvenzjoni, inklużi miżuri li jikkonċernaw l-effetti tal-ħsad u l-attivitajiet assoċjati fuq il-komponenti ta' l-ekosistema marittima apparti milli tal-popolazzjonijiet maħsuda.

    3. Il-Kummissjoni għandha tippubblika u żżomm reġistru tal-miżuri kollha tal-konservazzjoni li jkunu fis-seħħ.

    4. Fl-eżerċitar tal-funzjonijiet tagħha permezz tal-paragrafu 1 ta' hawn fuq, il-Kummissjoni għandha tqis bis-sħiħ ir-rakkommandazzjonijiet u l-parir tal-Kumitat Xjentifiku.

    5. Il-Kummissjoni għandha tqis bis-sħih xi miżuri jew regolamenti relevanti stabbiliti jew irrakkommandati mil-laqgħat konsultattivi bis-saħħa ta' l-Artikolu IX tat-Trattat ta' l-Antartika jew mill-kummissjonijiet eżistenti tas-sajd responsabbli għall-ispeċje li jistgħu jidħlu fiż-żona li dwarha din il-Konvenzjoni hija applikabbli, sabiex ma jkunx hemm inkonsistenza bejn id-drittijiet u l-obbligi ta' Parti Kontraenti permezz ta' tali regoli jew miżuri u il-miżuri tal-konservazzjoni li jistgħu jkunu adottati mill-Kummissjoni.

    6. Il-miżuri tal-konservazzjoni adottati mill-Kummissjoni b'konformità ma din il-Konvenzjoni għandhom ikunu implementati mill-membri tal-Kummissjoni b'din il-manjiera kif ġejja:

    (a) il-Kummissjoni għandha tinnotifika l-miżuri tal-konservazzjoni lill-membri kollha tal-Kummissjoni;

    (b) il-miżuri tal-konservazzjoni għandhom ikunu jorbtu fuq il-membri kollha tal-Kummissjoni fi żmien 180 jum wara tali notifika, apparti milli kif hemm ipprovdut dwar dan fis-subparagrafi (c) u (d) ta' hawn taħt;

    (ċ) jekk membru tal-Kummissjoni, fi żmien 90 jum minn wara n-notifika speċifikata fis-subparagrafu (a), jinnotifika lill-Kummissjoni li huwa ma jkunx jista jaċċetta l-miżura tal-konservazzjoni, kollha kemm hija jew parzjalment, il-miżura m'għandhiex, sal-limitu mistqarr, tkun torbot fuq dak il-membru tal-Kummissjoni;

    (d) fil-każ li xi membru tal-Kummissjoni jinvoka l-proċedura stabbilita fis-subparagrafu (c) ta' hawn fuq, il-Kummissjoni għandha tiltaqgħa fuq it-talba ta' kwalunkwe membru tal-Kummissjoni sabiex tirrevedi il-miżura tal-konservazzjoni. Fil-waqt ta' tali laqgħa u fi żmien 30 jum minn wara l-laqgħa, kwalunkwe membru tal-Kummissjoni għandu jkollu d-dritt li jiddikjara li huwa ma jkunx jista aktar li jaċċetta l-miżura tal-konservazzjoni, f'liema każ il-membru m'għandux ikun aktar marbut b'tali miżura.

    Artikolu X

    1. Il-Kummissjoni għandha tiġbed l-attenzjoni ta' xi Stat li mhux Parti ta' din il-Konvenzjoni u ta' l-attività kif impenjata miċ-ċittadini jew tal-vapuri tagħha li, fl-opinjoni tal-Kummissjoni, jaffettwaw l-implementazzjoni ta' l-għan ta' din il-Konvenzjoni.

    2. Il-Kummissjoni għandha tiġbed l-attenzjoni tal-Partijiet Kontraenti kollha dwar xi attività li, fl-opinjoni tal-Kummissjoni, taffettwa l-implementazzjoni minn Parti Kontraenti ta' l-għan ta' din il-Konvenzjoni jew tal-konformità minn dik il-Parti Kontraenti bl-obbligi tagħha permezz ta' din il-Konvenzjoni.

    Artikolu XI

    Il-Kummissjoni għandha tfittex li tikkoopera mal-Partijiet Kontraenti li jistgħu jeżerċitaw ġurisdizzjoni fiż-żoni marittimi biswit iż-żona li dwarha din il-Konvenzjoni hija applikabbli fir-rigward tal-konservazzjoni ta' xi ħażna jew ħażniet ta' speċje assoċjati li jseħħu kemm f'dawk iż-żoni u ż-żona li dwarha din il-Konvenzjoni hija applikabli, bil-għan ta' l-armonizzazzjoni tal-miżuri tal-konservazzjoni adottati fir-rigward ta' tali ħażniet.

    Artikolu XII

    1. Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar materji ta' sustanza għandhom jittieħdu b'konsensus. Il-kwistjoni ta' jekk materja tkunx waħda ta' sustanza għandha tkun ittrattata bħala materja ta' sustanza.

    2. Deċiżjonijiet dwar materji apparti minn dawk referuti fil-paragrafu 1 ta' hawn fuq għandhom jittieħdu b'maġġoranza sempliċi tal-membri tal-Kummissjoni preżenti u li jivvotaw.

    3. Fil-konsiderazzjoni tal-Kummissjoni li xi punt ikun jeħtieġ deċiżjoni, hija għandha tagħmilha ċara dwar jekk organizzazzjoni reġjonali ta' integrazzjoni ekonomika għandhiex tipparteċipa fit-teħid tad-deċiżjoni u, jekk hekk, liema mill-Istati Membri għandhom ukoll ikunu jipparteċipaw. In-numri ta' Partijiet Kontraenti li hekk jipparteċipaw m'għandhomx jeċċedu n-numru tal-Istati membri ta' l-organizzazzjoni reġjonali ta' l-integrazzjoni ekonomika li huma membri tal-Kummissjoni.

    4. Fit-teħid tad-deċiżjonijiet permezz ta' dan l-Artikolu, l-organizzazzjoni reġjonali ta' l-integrazzjoni ekonomika għandha jkollha vot wieħed.

    Artikolu XIII

    1. Il-kwartieri ġenerali tal-Kummissjoni għandu jkun stabbilit f'Ħobart, Tasmania, l-Awstralja.

    2. Il-Kummissjoni għandha żżomm laqgħa regolari ta' kull sena. Laqgħat oħrajn għandhom jinżammu fuq talba ta' terz tal-membri tagħha u kif mod ieħor ipprovdut f'din il-Konvenzjoni. L-ewwel laqgħa tal-Kummissjoni għandha tinżamm fi żmien tlett xhur mid-dħul b'effett ta' din il-Konvenzjoni, basta li fost il-Partijiet Kontraenti ikun hemm mill-anqas żewġ Stati li jwettqu l-attivitajiet tal-ħsad fi ħdan iż-żona li dwarha din il-Konvenzjoni hija applikabbli. L-ewwel laqgħa għandha, fi kwalunkwe każ, tinżamm fi żmien sena mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din il-Konvenzjoni. Id-Depożitarju għandu jikkonsulta lill-Istati firmatarji rigward l-ewwel laqgħa tal-Kummissjoni, billi jqis ir-rappreżentazzjoni wiesgha ta' tali Stati kif meħtieġ għall-operazzjoni effettiva tal-Kummissjoni.

    3. Id-Depożitarju għandu jsejjaħ l-ewwel laqgħa tal-Kummissjoni fil-kwartieri ġenerali tal-Kummissjoni. Wara dan, il-laqgħat tal-Kummissjoni għandhom jinżammu fil-kwartieri ġenerali tagħha, sakemm hija ma tiddeċiedix mod ieħor.

    4. Il-Kummissjoni għandha teleġġi minn fost il-membri tagħha, President u Viċi-President, li kull wieħed minnhom għandu jservi għal terminu ta' sentejn u għandu jkun eliġibbli għal elezzjoni mill-ġdid għal terminu addizzjonali. L-ewwel President għandu, b'danakollu, jkun elett għal terminu inizjali ta' tlett snin. Il-President u l-Viċi-President m'għandhomx ikunu r-rappreżentanti ta' l-istess Parti Kontraenti.

    5. Il-Kummissjoni għandha tadotta u temenda kif meħtieġ ir-regoli tal-proċedura għat-twettieq tal-laqgħat tagħha apparti milli fir-rigward tal-materji li huma trattati fl-Artikolu XII ta' din il-Konvenzjoni.

    6. Il-Kummissjoni tista tistabbilixxi dawk il-korpi sussidjarji skond ma jkun meħtieġ għat-twettieq tal-funzjonijiet tagħha.

    Artikolu XIV

    1. Il-Partijiet Kontraenti b'dan jistabbilixxu Kumitat Xjentifiku għall-Konservazzjoni tar-Riżorsi Marittimi Ħajjin ta' l-Antartika (minn hawn ‘il quddiem referut bħala "l-Kumitat Xjentifiku") li għandu jkun korp konsultattiv tal-Kummissjoni. Il-Kumitat Xjentifiku għandu normalment jiltaqa fil-kwartieri ġenerali tal-Kummissjoni sakemm il-Kumitat Xjentifiku ma jiddeċidix mod ieħor.

    2. Kull membru tal-Kummissjoni għandu jkun membru tal-Kumitat Xjentifiku u għandu jaħtar rappreżentant bi kwalifiki xjentifiċi adatti li jista jkun akkumpanjat minn esperti u konsulenti oħrajn.

    3. Il-Kumitat Xjentifiku jista jitlob il-parir ta' xjenzati u esperti oħrajn skond ma jkun meħtieġ fuq bażi ad hoc.

    Artikolu XV

    1. Il-Kumitat Xjentifiku għandu jipprovdi forum għall-konsultazzjoni u l-kooperazzjoni li tikkonċerna l-ġbir, l-istudju u l-iskambju ta' l-informazzjoni fir-rigward tar-riżorsi marittimi ħajjin li dwarhom din il-Konvenzjoni hija applikabbli. Għandu jinkoraġġixxi u jħeġġeġ koperazzjoni fil-qasam tar-riċerka xjentifika sabiex jestendi t-tagħrif tar-riżorsi marittimi ħajjin ta' l-ekosistema marittima ta' l-Antartika.

    2. Il-Kumitat Xjentifiku għandu jwettaq dawk l-attivitajiet skond ma l-Kummissjoni tkun iddeċediet permezz ta' l-għan ta' din il-konvenzjoni u għandu:

    (a) jistabbilixxi kriterja u metodi li għandhom ikunu wżati għad-determinazzjonijiet li jikkonċernaw il-miżuri tal-konservazzjoni referuti fl-Artikolu IX ta' din il-Konvenzjoni;

    (b) regolarment jevalwa l-istatus u t-tendenzi tal-popolazzjonijiet tar-riżorsi marittimi ħajjin ta' l-Antartika;

    (ċ) janalizza d-data li tikkonċerna l-effetti diretti u indiretti tal-ħsad fuq il-popolazzjonijiet tar-riżorsi marittimi ħajjin ta' l-Antartika;

    (d) jassessja l-effetti fuq it-tibdiliet proposti fil-metodi jew fil-livelli tal-ħsad u l-miżuri proposti tal-konservazzjoni;

    (e) jitrasmetti l-istudji, l-analiżi, r-rapporti u r-rakkommandazzjonijiet lejn il-Kummissjoni skond kif mitlub, jew bl-inizjattiva tiegħu stess, rigward il-miżuri u r-riċerka għall-implementazzjoni ta' l-għan ta' din il-Konvenzjoni;

    (f) jifformula proposti għat-twettieq tal-programmi internazzjonali u nazzjonali tar-riċerka fir-riżorsi marittimi ħajjin ta' l-Antartika.

    3. Fit-twettieq tal-funzjonijiet tiegħu, l-Kumitat Xjentifiku għandu jqis ix-xogħol ta' l-organizzazzjonijiet tekniċi u xjentifiċi l-oħrajn u ta' l-attivitajiet xjentifiċi mwettqa fil-qafas tat-Trattat ta' l-Antartika.

    Artikolu XVI

    1. L-ewwel laqgħa tal-Kumitat Xjentifiku għandha tinżamm fi żmien tlett xhur mill-ewwel laqgħa tal-Kummissjoni. Il-Kumitat Xjentifiku għandhu jiltaqgħa wara dan ta' spiss skond ma jkun meħtieġ sabiex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu.

    2. Il-Kumitat Xjentifiku għandu jadotta u jemenda skond kif meħtieġ ir-regoli tiegħu ta' proċedura. Ir-regoli u xi emendi għalihom għandhom ikunu approvati mill-Kummissjoni. Ir-regoli għandhom jinkludu l-proċeduri għall-preżentazzjoni tar-rapporti tal-minoranza.

    3. Il-Kumitat Xjentifiku jista jistabbilixxi bl-approvazzjoni tal-Kummissjoni, dawk il-korpi sussidjarji skond ma jkun meħtieġ għat-twettieq tal-funzjonijiet tiegħu.

    Artikolu XVII

    1. Il-Kummissjoni għandha taħtar segretarju eżekuttiv sabiex iservi lil-Kummissjoni u lill-Kumitat Xjentifiku skond dawk il-proċeduri u b'dawk it-termini u kondizzjonijiet li l-Kummissjoni tista tiddetermina. It-terminu tal-kariga tiegħu għandu jkun ta' erba snin u għandu jkun eliġibli għall-ħatra mill-ġdid.

    2. Il-Kummissjoni għandha tawtorizza l-istabbiliment ta' tali persunal għas-segretarjat skond ma jkun meħtieġ u s-segretarju eżekuttiv għandu jaħtar, direttament u jwettaq is-superviżjoni ta' tali persunal skond dawk ir-regoli u l-proċeduri u b'dawk it-termini u kondizzjonijiet hekk kif il-Kummissjoni tista tiddetermina.

    3. Is-segretarju eżekuttiv u s-segretarjat għandu jwettaq il-funzjonijiet fdati lilhom mill-Kummissjoni.

    Artikolu XVIII

    Il-lingwi uffiċjali tal-Kummissjoni u tal-Kumitat Xjentifiku għandhom ikunu l-Ingliż, il-Franċiż, ir-Russu u l-Ispanjol.

    Artikolu XIX

    1. F'kull waħda mil-laqgħat annwali, l-Kummissjoni għandha tadotta b'konsensus il-budget tagħha u l-budget tal-Kumitat Xjentifiku.

    2. Abbozz tal-budget għall-Kummissjoni u għall-Kumitat Xjentifiku u xi korpi sussidjarji għandu jkun ippreparat mis-segretarju eżekuttiv u ippreżentat lill-membri tal-Kummissjoni mill-anqas 60 jum qabel il-laqgħa annwali tal-Kummissjoni.

    3. Kull membru tal-Kummissjoni għandu jikkontribwixxi għall-budget. Sakemm jeskadu l-ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' din il-Konvenzjoni, l-kontribuzzjoni ta' kull membru tal-Kummissjoni għandha tkun ugwali. Wara dan, il-kontribuzzjoni għandha tkun iddeterminata, b'konformità ma żewġ kriterja, l-ammont maħsud u s-sehem egwali maqsum fost il-membri tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tiddetermina b'konsensus il-proporzjon li bih iż-żewġ kriterja għandhom ikunu applikati.

    4. L-attivitajiet finanzjarji tal-Kummissjoni u tal-Kumitat Xjentifiku għandhom ikunu mwettqa b'konformità mar-regolamenti finanzjarji adottati mill-Kummissjoni u għandhom ikunu s-suġġett ta' l-awditjar annwali minn awdituri esterni magħżula mill-Kummissjoni.

    5. Kull membru tal-Kummissjoni għandu jieħu ħsieb ta' l-ispejjeż tiegħu li joriġinaw mill-attendenza fil-laqgħat tal-Kummissjoni u tal-Kumitat Xjentifiku.

    6. Membru tal-Kummissjoni li jonqos milli jħallas il-kontribuzzjoni tiegħu għal sentejn konsekuttivi m'għandux, matul il-perjodu ta' dan in-nuqqas, ikollu d-dritt li jipparteċipa fid-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni.

    Artikolu XX

    1. Il-membri tal-Kummissjoni għandhom, sal-ogħla livell possibbli, jipprovdu ta' kull sena lill-Kummissjoni u lill-Kumitat Xjentifiku dik l-informazzjoni statistikali, bioloġika u ta' tip ieħor u anki l-informazzjoni skond ma l-Kummissjoni u l-Kumitat Xjentifiku ikunu jeħtieġu fl-eżerċitar tal-funzjonijiet tagħhom.

    2. Il-membri tal-Kummissjoni għandhom jipprovdu, fil-manjera u matul dawk l-intervalli skond ma jista jkun preskritt, l-informazzjoni dwar l-attivitajiet tal-ħsad imwettqa minnhom, inklużi ż-żoni u d-dgħajjes tas-sajd, hekk li jiffaċilitaw li tkun miġbura statistika affidabbli dwar il-qabdiet u l-isforzi.

    3. Il-membri tal-Kummissjoni għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni, matul dawk l-intervalli skond ma jista jkun preskritt, l-informazzjoni dwar il-passi meħudha għall-implementazzjoni tal-miżuri adottati mill-Kummissjoni.

    4. Il-membri tal-Kummissjoni jaqblu li fi kwalunkwe mill-attivitajiet tal-ħsad tagħhom, vantaġġ għandu jittieħed ta' l-opportunitajiet għal ġbir tad-dettalji meħtieġa għall-assessjar ta' l-impatt tal-ħsad.

    Artikolu XXI

    1. Kull Parti Kontraenti għandha tieħu l-miżuri xierqa fi ħdan il-kompetenza tagħha sabiex tassigura l-konformità mad-dispożizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni u mal-miżuri tal-konservazzjoni adottati mill-Kummissjoni li magħhom il-Parti hija marbuta b'konformità ma l-Artikolu IX ta' din il-Konvenzjoni.

    2. Kull Parti Kontraenti għandha titrasmetti lejn il-Kummissjoni dik l-informazzjoni dwar il-miżuri meħuda bis-saħħa tal-paragrafu 1 ta' hawn fuq, inkluża l-imposizzjoni ta' sanzjonijiet għal xi abbuz.

    Artikolu XXII

    1. Kull Parti Kontraenti tintrabat li teżerċita l-isforzi xierqa, konsistenti mal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, għall-iskop li ħadd ma jinvolvu ruħu f'xi attività kuntrarju għall-għan ta' din il-Konvenzjoni.

    2. Kull Parti Kontraenti għandha tinnotifika lill-Kummissjoni jekk xi attivita tali tinġieb għall-attenzjoni tagħha.

    Artikolu XXII

    1. Il-Kummissjoni u l-Kumitat Xjentifiku għandhom jikkooperaw mal-Partijiet Konsultattivi tat-Trattat ta' l-Antartika dwar materji li jaqgħu taħt il-kompetenza ta' dawn ta' l-aħħar.

    2. Il-Kummissjoni u l-Kumitat Xjentifiku għandhom jikkooperaw, skond kif xieraq, ma l-Organizzazzjoni ta' l-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti u ma l-aġenziji speċjalizzati l-oħrajn.

    3. Il-Kummissjoni u l-Kumitat Xjentifiku għandhom ifittxu li jiżviluppaw relazzjonijiet koperattivi tal-ħidma, skond kif xieraq, ma organizzazzjonijiet inter-governattivi u mhux-governattivi li jistgħu jikkontribwixxu fix-xogħol tagħhom, inkluż il-Kumitat Xjentifiku dwar ir-Riċerka ta' l-Antartika, il-Kumitat Xjentifiku dwar ir-Riċerka ta' l-Oċeani u l-Kummisjoni Internazzjonali dwar il-Balieni.

    4. Il-Kummissjoni tista tidhol fi ftehim ma l-organizzazzjonijiet referuti f'dan l-Artikolu u ma organizzazzjonijiet oħrajn skond ma jkun xieraq. Il-Kummissjoni u l-Kumitat Xjentifiku jistgħu jistiednu tali organizzazzjonijiet sabiex jibgħatu osservaturi għal-laqgħat tagħhom u għal-laqgħat tal-korpi sussidjari tagħhom.

    Artikolu XXIV

    1. Sabiex jippromwovu l-għan u jassiguraw l-osservanza tad-dispożizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni, l-Partijiet Kontraenti jaqblu li sistema ta' osservazzjonijiet u spezzjoni għandha tkun stabbilita.

    2. Is-sistema ta' l-osservazzjoni u l-ispezzjoni għandha tkun elaborata mill-Kummissjoni fuq il-bażi tal-prinċipji li ġejjin:

    (a) Il-Partijiet Kontraenti għandhom jikkooperaw bejniethom sabiex jassiguraw l-implementazzjoni effettiva tas-sistema ta' l-osservazzjoni u l-ispezzjoni, billi jqisu l-prattika internazzjonali eżistenti. Din is-sistema għandha tinkludi, inter alia, proċeduri għat-tlugħ abbord u l-ispezzjoni minn osservaturi u spetturi nominati mill-membri tal-Kummissjoni u l-proċeduri tal-Istat-tal-bandiera sabiex iwettaq il-prosekuzzjoni u jimponi sanzjonijiet fuq il-bażi ta' l-evidenza li tirriżulta minn tali tlugħ abbord u spezzjonijiet. Rapport dwar tali prosekuzzjoni u sanzjonijiet imposti għandu jinkludi l-informazzjoni referuta fl-Artikolu XXI ta' din il-Konvenzjoni;

    (b) sabiex isseħħ il-verifika tal-konformità mal-miżuri adottati permezz ta' din il-Konvenzjoni, l-osservazzjoni u l-ispezzjoni għandhom jitwettqu abbord il-vapuri li huma nvoluti fir-riċerka xjentifika u fil-ħsad tar-riżorsi marittimi ħajjin fiż-żona li fiha din il-Konvenzjoni hija applikabbli, permezz ta' osservaturi u spetturi innominati mill-membri tal-Kummissjoni u li joperaw skond it-termini u l-kondizzjonijiet li għandhom ikunu stabbiliti mill-Kummissjoni;

    (ċ) l-osservaturi u l-ispetturi nominati għandhom jibqgħu li jkunu suġġetti għall-ġurisdizzjoni tal-Parti Kontraenti li tagħha huma ċittadini. Huma għandhom jirrapportaw lejn il-membru tal-Kummissjoni li minnu jkunu ġew innominati li min-naħa tiegħu għandu jirrapporta lejn il-Kummissjoni.

    3. Sakemm iseħħ l-istabbiliment tas-sistema ta' l-osservazzjoni u l-ispezzjoni, l-membri tal-Kummissjoni għandhom ifittxu li jistabbilixxu arranġamenti transitorji sabiex jinnominaw l-osservaturi u l-ispetturi u dawn l-osservaturi u spetturi nnominati għandhom ikollhom id-dritt li jwettqu l-ispezzjonijiet b'konformità mal-prinċipji kif elenkati fil-paragrafu 2 ta' hawn fuq.

    Artikolu XXV

    1. Jekk tinqala' xi kwistjoni bejn tnejn jew aktar Partijiet Kontraenti li tikkonċerna l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' din il-Konvenzjoni, dawk il-Partijiet Kontraenti għandhom jikkonsultaw bejniethom bil-għan li jsolvu l-kwistjoni permezz ta' negozjati, inkjesta, medjazzjoni, konċiljazzjoni, arbitraġġ, twettieq ġudizzjarju jew mezzi paċifiċi oħrajn skond l-għażla tagħhom.

    2. Kwalunkwe kwistjoni ta' dan it-tip li ma tkunx hekk riżolta għandha, bil-kunsens f'kull każ tal-Partijiet kollha fil-kwistjoni, tkun referuta għal twettieq mill-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizja jew ta' l-arbitraġġ; imma nuqqas li jkun milħuq ftehim rigward ir-referenza għall-Qorti internazzjonali jew l-Arbitraġġ m'għandux jiskolpixxi lill-Partijiet mir-responsabiltà li jibqgħu ifittxu li jirrisolvu l-kwistjoni bi kwalunkwe mezz paċifiku possibbli referut fil-paragrafu 1 ta' hawn fuq.

    3. Fil-każi meta l-kwistjoni hija referuta lejn l-arbitraġġ, it-tribunal ta' l-arbitraġġ għandu jkun ikkostitwit skond kif hemm provdut fl-Anness ta' din il-Konvenzjoni.

    Artikolu XXVI

    1. Din il-Konvenzjoni hija miftuħha għall-iffirmar f'Canberra mill-1 ta' Awissu sal-31 ta' Diċembru 1980 mill-Istati parteċipanti fil-Konferenza dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi marittimi ħajjin ta' l-Antartika li nżammet f'Canberra mis-7 sa l-20 ta' Mejju 1980.

    2. L-Istati li hekk jiffirmaw ikunu l-Istati firmatarji oriġinali tal-Konvenzjoni.

    Artikolu XXVII

    1. Din il-Konvenzjoni hija suġġetta għal ratifika, l-aċċettazzjoni jew l-approvazzjoni mill-Istati firmatarji.

    2. L-istrumenti tar-ratifika, l-aċċettazzjoni jew l-approvazzjoni għandhom ikunu depositati mal-Gvern ta' l-Awstralja, li għandu jkun innominat bħala d-Depożitarju.

    Artikolu XXVIII

    1. Din il-Konvenzjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-30 jum li jsegwi d-depożitu tat-tmien strumenti ta' ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni mill-Istati referuti fil-paragrafu 1 ta' l-Artikolu XXVI ta' din il-Konvenzjoni.

    2. Fir-rigward ta' kull Stat jew ta' organizzazzjoni reġjonali ta' integrazzjoni ekonomika li sussegwentament għad-data tad-dħul fis-seħħ ta' din il-Konvenzjoni jiddeposita strument ta' ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni, l-Konvenzjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-30 jum li jsegwi tali depożitu.

    Artikolu XXIX

    1. Din il-Konvenzjoni għandha tkun miftuħa għall-adeżjoni minn kwalunkwe Stat li huwa interessat fl-attivitajiet ta' riċerka jew ħsad b'relazzjoni mar-riżorsi marittimi ħajjin li dwarhom din il-Konvenzjoni hija applikabbli.

    2. Din il-Konvenzjoni għandha tkun miftuħa għall-adezjoni minn organizzazzjonijiet reġjonali ta' integrazzjoni ekonomika kostitwiti minn Stati Sovrani li jistgħu jinkludu fost il-membri tagħhom wieħed jew aktar Stati membri tal-Kummissjoni u li lilha l-Istati membri ta' l-organizzazzjoni jkunu ittrasferew bis-sħiħ jew parzjalment, il-kompetenzi fir-rigward tal-materji koperti b'din il-Konvenzjoni. L-adeżjoni ta' tali organizzazzjonijiet reġjonali ta' integrazzjoni ekonomika għandha tkun suġġetta għal konsultazzjonijiet fost il-membri tal-Kummissjoni.

    Artikolu XXX

    1. Din il-Konvenzjoni tista tkun emendata fi kwalunkwe żmien.

    2. Jekk terz tal-membri tal-Kummissjoni jitoblu għal-laqgħa sabiex jiddiskutu l-emenda proposta, d-Depożitarju għandu jsejjaħ tali laqgħa.

    3. Emenda għandha tidħol fis-seħħ meta d-Depożitarju jkun irċieva l-istrumenti tar-ratifika, l-aċċettazzjoni jew ta' l-approvazzjoni tagħha mingħand il-membri kollha tal-Kummissjoni.

    4. Emenda tali għandha mbagħad tidħol fis-seħħ rigward xi Parti Kontraenti oħra meta l-avviż tar-ratifika, l-aċċettazzjoni jew l-approvazzjoni jkun wasal għand id-Depożitarju. Kwalunkwe Parti Kontraenti li mingħandha l-ebda avviż tali ma jkun wasal fiż-żmien il-perjodu ta' sena mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' l-emenda b'konformità mal-paragrafu 3 ta' hawn fuq, għandha tkun meqjusa li tkun irtirat minn din il-Konvenzjoni.

    Artikolu XXXI

    1. Kwalunkwe Parti Kontraenti tista tirtira minn din il-Konvenzjoni fit-30 ta' Ġunju ta' kull sena, billi tagħti avviż bil-miktub mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar ta' l-istess sena lid-Depożitarju, li, mal-wasla ta' avviż tali, għandhu jikkomunikaħ minnufih lejn il-Partijiet Kontraenti l-oħrajn.

    2. Kwalunkwe Parti Kontraenti tista', fi żmien 60 jum mill-wasla ta' kopja ta' tali avviż mingħand id-Depożitarju, tagħti avviż bil-miktub ta' l-irtirar lid-Depożitarju f'liema każ il-Konvenzjoni għandha tieqaf milli tkun aktar fis-seħħ fit-30 ta' Ġunju ta' l-istess sena fir-rigward tal-Parti Kontraenti li tkun tat tali avviż.

    3. L-irtirar minn din il-Konvenzjoni minn xi Membru tal-Kummissjoni m'għandux jaffettwa l-obbligi finanzjarji tiegħu skond din il-Konvenzjoni.

    Artikolu XXXII

    Id-Depożitarju għandu jinnotifika lill-Partijiet Kontraenti kollha b'dan li ġej:

    (a) l-iffirmar ta' din il-Konvenzjoni u d-depożitu ta' l-istrumenti tar-ratifika, l-aċċettazzjoni, l-approvazzjoni jew l-adeżjoni;

    (b) id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din il-Konvenzjoni u ta' xi emenda għaliha.

    Artikolu XXXIII

    1. Din il-Konvenzjoni, li tagħha t-testi bl-Ingliż, bil-Franċiż, bir-Russu u l-Ispanjol huma egwalment awtentiċi, għandha tkun iddepożitata mal-Gvern ta' l-Awstralja li għandu jittrasmetti kopji ċertifikati kif xieraq lejn il-Partijiet firmatarji u msieħba kollha.

    2. Din il-Konvenzjoni għandha tkun irreġistrata mid-Depożitarju bis-saħħa ta' l-Artikolu 102 tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti.

    B'xhieda ta' dan, ahna hawn taħt sottoskritti, awtorizzati kif meħtieġ dwar dan, iffirmajna din il-Konvenzjoni.

    Imħejjija f'Canberra, dan l-20 jum ta' Mejju 1980.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    TRIBUNAL TA' ARBITRAĠĠ

    It-tribunal ta' arbitraġġ referut fil-paragrafu 3 ta' l-Artikolu XXV għandu jkun magħmul minn tlett arbitraturi li għandhom ikunu maħtura kif ġej:

    Il-Parti li tibda il-proċedimenti għandha tikkomunika l-isem ta' l-arbitratur tagħha lejn il-Parti l-oħra li, da parti tagħha, fi żmien perjodu ta' 40 jum li jsegwu tali notifika, għandha tikkomunika l-isem tat-tieni arbitratur.

    Il-Partijiet għandhom, fi żmien perjodu ta' 60 jum li jsegwu l-ħatra tat-tieni arbitratur, jaħtru lit-tielet arbitratur, li m'għandux ikun ċittadin ta' xi waħda mill-Partijiet u m'għandux ikollu l-istess nazzjonalità ta' xi wieħed miż-żewġ arbitraturi l-oħrajn.

    It-tielet arbitratur għandu jippresedi fuq it-tribunal.

    Jekk it-tieni arbitratur ma jkunx ġie appuntat fil-perjodu preskritt, jew jekk il-Partijiet ma jkunux laħqu ftehim fil-perjodu preskritt għall-ħatra tat-tielet arbitratur, dak l-arbitratur għandu jkun appuntat, fuq it-talba tal-Parti l-oħra, mis-Segretarju-Ġenerali tal-Qorti Permanenti tal-Qorti ta' l-Arbitraġġ minn fost persuni ta' statura internazzjonali li ma jkollhomx in-nazzjonalità ta' xi Stat li jkun Parti ta' din il-Konvenzjoni.

    It-tribunal ta' arbitraġġ għandu jiddeċiedi fejn għandu jkun il-kwartieri-ġenerali tiegħu u għandu jadotta r-regoli tal-proċedura tiegħu.

    Id-deċiżjoni tat-tribunal ta' arbitraġġ għandha tittieħed mill-maġġoranza tal-membri tiegħu, li ma jistgħux jastjenu milli jivvotaw.

    Kwalunkwe Parti Kontraenti li mhix Parti fil-kwistjoni tista tintervjenti fil-proċedimenti bil-kunsens tat-tribunal ta' arbitraġġ.

    L-għotja tat-tribunal ta' arbitraġġ għandha tkun finali u torbot fuq il-Partijiet kollha fil-kwistjoni u fuq xi Parti li tintervjeni fil-proċedimenti u għandu jkun hemm konformità magħha mingħajr dewmien.

    It-tribunal ta' l-arbitraġġ għandu jinterpreta l-għotja fuq talba ta' waħda mill-Partijiet fil-kwistjoni jew mill-Parti li tintervjeni.

    Sakemm it-tribunal ta' l-arbitraġġ ma jiddeterminax mod ieħor minħabba ċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ, l-ispejjez tat-tribunal, inkluża r-remunerazzjoni tal-membri tiegħu, għandhom jintrefghu mill-partijiet fil-kwistjoni b'ishma ugwali.

    --------------------------------------------------

    Top