EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31981D0608

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 1981 li tirrigwarda l-konklużjoni tal-Konvenzjoni dwar il-Koperazzjoni Multilaterali fil-Ġejjieni dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Grigal

ĠU L 227, 12.8.1981, p. 21–21 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1981/608/oj

Related international agreement

31981D0608



Official Journal L 227 , 12/08/1981 P. 0021 - 0021
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 10 P. 0019
Spanish special edition: Chapter 04 Volume 1 P. 0167
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 10 P. 0019
Portuguese special edition Chapter 04 Volume 1 P. 0167


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-13 ta' Lulju 1981

li tirrigwarda l-konklużjoni tal-Konvenzjoni dwar il-Koperazzjoni Multilaterali fil-Ġejjieni dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Grigal

(81/608/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b' mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1]

Billi l-koperazzjoni u l-konsultazzjoni internazzjonali huma indispensabbli għall-konservazzjoni u l-użu ottimali tar-riżorsi tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Grigal fl-ibħra ‘il barra miż-żoni taħt il-ġurisdizzjoni ta' l-Istati tal-kosta;

Billi, għal dan l-iskop u bil-ħsieb li tiġi mibdula l-Konvenzjoni dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Grigal ta' l-24 ta' Jannar 1959, ġiet innegozjata konvenzjoni multilaterali ġdida dwar is-sajd fl-Atlantiku tal-Grigal; billi l-Komunità ħadet parti f'dawn in-negozjati;

Billi, wara n-negozjati, il-Gvern tar-Renju Unit, bħala d-depożitarju, fetaħ il-Konvenzjoni l-ġdida għall-firem mit-18 ta' Novembru 1980 sat-28 ta' Frar 1981;

Billi s-sajjieda tal-Komunità jaħdmu f'partrijiet taż-żona tal-Konvenzjoni lil hemm miż-żoni taħt il-ġurisdizzjoni ta' l-Istati kostali, u billi, għalhekk, huwa fl-interess tal-Komunità li tingħaqad fil-Koperazzjoni internazzjonali dwar il-konservazzjoni u l-użu tar-riżorsi involuti fil-kwistjoni billi tissieħeb fil-Konvenzjoni l-ġdida,

IDDEĊIDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Konvenzjoni dwar il-Koperazzjoni Multilaterali fil-Ġejjieni dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Grigal hija hawnhekk approvata f'isem il-Komunità Ekonomika Ewropea.

It-test ta' din il-Konvenzjoni huwa mehmuż ma' din il-Konvenzjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jiddepożita l-istrument ta' l-approvazzjoni għand il-Gvern tar-Renju Unit tal-Gran Britannja u l-Irlanda ta' Fuq, b'mod konformi ma' l-Artikolu 20 tal-Konvenzjoni [2]

Magħmula fi Brussel, fit-13 ta' Lulju 1981.

Għall-Kunsill

Il-President

Lord Carrington

[1] ĠU Nru C 90, tal-21.4.1981, p. 113.

[2] Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni, rigward il-Komunità, għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

--------------------------------------------------

Top