Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31980R3475

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3475/80 tat-30 ta’ Diċembru 1980 li jemenda diversi Regolamenti fis-setturi taz-zokkor u l-isoglukosju bħala riżultat ta’ l-adeżjoni tal-Greċja

    ĠU L 363, 31.12.1980, p. 69–70 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1980/3475/oj

    31980R3475



    Official Journal L 363 , 31/12/1980 P. 0069 - 0070
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 12 P. 0262
    Greek special edition: Chapter 03 Volume 32 P. 0177
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 12 P. 0262
    Spanish special edition: Chapter 03 Volume 20 P. 0114
    Portuguese special edition Chapter 03 Volume 20 P. 0114


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3475/80

    tat-30 ta’ Diċembru 1980

    li jemenda diversi Regolamenti fis-setturi taz-zokkor u l-isoglukosju bħala riżultat ta’ l-adeżjoni tal-Greċja

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat l-Att ta’ Adeżjoni tal-Greċja, u partikolarment l-Artikolu 146 tiegħu,

    Billi, taħt l-Artikolu 22 ta’ l-Att, diversi Regolamenti dwar iz-zokkor u l-isoglukosju għandhom jiġu adattati in konformità mal-linji gwida stabbiliti fl-Anness II ta’ l-Att; billi, barra minn hekk, adattamenti għal Regolamenti mhux inklużi fl-Att jew fl-Annessi tiegħu għandhom isiru skond l-Artikolu 146 ta’ l-Att; billi dawk l-adattamenti jirrelataw biss għal supplimenti lingwistiċi u limiti ta’ żmien imsemmija:

    - fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 100/72 ta’ l-14 ta’ Jannar 1972 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar iż-żnaturar ta’ zokkor għal għalf ta’ l-annimali [1], kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2847/72 [2],

    - fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2782/76 tas-17 ta’ Novembru 1976 li jistabbilixxi regoli dettaljati ta’ implimentazzjoni għall-importazzjoni ta’ zokkor preferenzjali [3],

    - fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2990/76 tad-9 ta’ Diċembru 1976 dwar regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ liċenzji ta’importazzjoni u esportazzjoni għal zokkor [4], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1367/78 [5],

    - fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1470/77 tat-30 ta’ Ġunju 1977 dwar regoli dettaljati speċjali għas-sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni u esportazzjoni għal isoglukosju u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 193/75 [6], kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1630/79 [7],

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KEE) Nru 100/72 għandu jiġi emendat kif ġej:

    (a) fl-Artikolu 16 (3) u (4) huma sostitwiti bil-paragrafu 3 li ġej:

    "3. Il-limitu ta’ żmien speċifikat f’ dan ir-Regolament għandu jikkorispondi għall-ħin Belġjan.";

    (b) il-kliem "μετουσιωμένη ζάχαρη" huwa miżjud ma’ l-Artikolu 25 (1).

    .

    Artikolu 2

    Ir-Regolament (KEE) Nru 2782/76 għandu jiġi emendat kif ġej:

    (a) il-kliem "έφαρμυγή τοϋ κανονισμοϋ (EOK) άριθ 2782/76" huwa miżjud ma’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 6 (1);

    (b) il-kliem "έφαρμογή τοϋ κανονισμοϋ (EOK) άριθ. 2782/76" huwa miżjud ma’ l-ewwel inċiż tat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 7 (2).

    Artikolu 3

    Ir-Regolament (KEE) Nru 2990/76 għandu jiġi emendat kif ġej:

    (a) il-kliem — "κανονισμός διαγωνισμοϋ (EOK) άριθ. … (EE άριθ. … τής …) προθεσμία παρουσιάσεως τών προσφορών έκπνέουσα τήν" huwa miżjud ma’ l-Artikolu 2 (2);

    (b) il-kliem — "έφαρμοζόμενο ϋψος έπιστροφής: …" huwa miżjud ma’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 2 (3);

    (ċ) il-kliem — "έφαρμοζόμενο ϋψος είσφοράς κατά τήν έξαγωγή: …" huwa miżjud ma’ l-aħħar subparagrafu ta’ l-Artikolu 2 (3);

    (d) il-kliem — "πρός έξαγωγή σύμφωνα μέ τό άρθρο 26 παράγραφος 1 τοϋ κανονισμοϋ (EOK) άριθ. 3330/74" huwa miżjud ma’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 3 (1);

    (e) il-kliem — "πρός έξαγωγή χωρίς έπιστροφή ή είσφορά πιστοποιητικό ίσχύον είς: … (Κράτος μέλος)" huwa miżjud ma’ l-aħħar subparagrafu ta’ l-Artikolu 3 (1);

    (f) il-kliem — "προτιμησιακή ζάχαρη (κανονισμός (EOK) άριθ 2782/76)" huwa miżjud ma’ l-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 6;

    (g) il-kliem — "EX/IM, άρθρο 25, άδηγίας ένεργητικής τελειοποιήσεως — πιστοποιητικό ίοχύον είς …(Kράτος μέλος έκδόσεως)" huwa miżjud ma’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 10 (2).

    Artikolu 4

    Ir-Regolament (KEE) Nru 1470/77 għandu jiġi emendat kif ġej:

    (a) Il-kliem — "πρός έξαγωγή σύμφωνα μέ τό άρθρο 9 παράγραφος 7 τοϋ κανονισμοϋ (EOK) άριθ. 1111/77" huwa miżjud ma’ l-Artikolu 5a (1);

    (b) il-kliem — "πρός έξαγωγή χωρίς έπιστροφή πιστοποιητικό ίοχύον είς (Kράτος μέλος)" huwa miżjud mat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 5a (2)

    Artikolu 5

    Dan ir-Regolament għandu jibda jseħħ fl-1 ta’ Jannar 1980.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, it-30 ta’ Diċembru 1980.

    Għall-Kummissjoni

    Finn Gundelach

    Viċi-President

    [1] ĠU L 12, tal-15.1.1972, p. 15.

    [2] ĠU L 299, tal-31.12.1972, p. 4.

    [3] ĠU L 318, tat-18.11.1976, p. 13.

    [4] ĠU L 341, ta’ l-10.12.1976, p. 14.

    [5] ĠU L 166, tat-23.6.1978, p. 24.

    [6] ĠU L 162, ta’ l-1.7.1977, p. 11.

    [7] ĠU L 190, tat-28.7.1979, p. 38.

    --------------------------------------------------

    Top