Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31980L0216

    Id-Direttiva tal-Kunsill tat-22 ta’ Jannar 1980 Li temenda d-Diretiva 71/118/KEE dwar problemni tas-saħħa li jaffettwaw il-kummerċ fil-laħam tat-tjur frisk

    ĠU L 47, 21.2.1980, p. 8–10 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2005; Impliċitament imħassar minn 32004L0041

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1980/216/oj

    31980L0216



    Official Journal L 047 , 21/02/1980 P. 0008 - 0010
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 11 P. 0210
    Greek special edition: Chapter 03 Volume 27 P. 0244
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 11 P. 0210
    Spanish special edition: Chapter 03 Volume 17 P. 0120
    Portuguese special edition Chapter 03 Volume 17 P. 0120


    Id-Direttiva tal-Kunsill

    tat-22 ta’ Jannar 1980

    Li temenda d-Diretiva 71/118/KEE dwar problemni tas-saħħa li jaffettwaw il-kummerċ fil-laħam tat-tjur frisk

    (80/216/KEE)

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 43 u 100 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

    Billi d-Direttiva 71/118/KEE tal-15 Frar 1971 dwar problemi tas-saħħa li jaffettwaw il-kummerċ f’laħam tat-tjur frisk [4], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 77/27/KEE [5], tistabilixxi l-ħtiġiet ta’ qtil u spezzjoni għal laħam tat-tjur intiż għal kummerċ intra-Komunitarju u kummerċ fi Stati Membri;

    Billi t-tkabbir tat-tjur u t-tqegħid fis-suq tal-laħam tat-tjur huwa mwettaq fil-biċċa l-kbira minn produtturi fuq skala żgħira li jbiegħu l-prodott tagħhom fi swieq lokali u huma parti sinifikanti ta’ l-attività agrikola f’ċerti reġjuni Komunitarji; billi dawn l-attivitajiet għandhom jitħallew ikomplu taħt ċerti kondizzjonijiet;

    Billi l-metodu ta’ produzzjoni ta’ "foie gras" tagħmel l-evixxerazzjoni ta’ tjur maqtula riċentement impossibbli mingħajr dannu serju għall-fwied;

    Billi waqt li jiġi assigurat li l-ħtiġiet ta’ l-iġjene u l-ispezzjoni stabbiliti taħt il-leġislazzjoni Komuitarja, u b’mod partikolari taħt id-disposizzjonijiet rilevanti ta’ l-Anness I, Kapitolu I, III u XIV għad-Direttiva msemmija, jiġu mantenuti b’mod strett, għandhom isiru l-emendi speċifiċi neċessarji għal din il-leġislazzjoni,

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Id-Direttiva 71/118/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej:

    1. Is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied ma’ l-Artikolu 3(1)(A) (a):

    "Minkejja l-ħtiġiet ta’ l-ewwel subparagrafu, għasafar intiżi għall-produzzjoni ta’ "foie gras" jistgħu jiġu storditi, infasda u mnittfa fir-razzett tas-smin, sakemm dawn l-operazzjonijiet jiġu mwettqa f’kamra sseparata li tikkonforma mal-ħtiġiet ta’ l-Anness I, il-Kapitolu I, ċ, u li, skond l-Anness I, il-Kapitolu XIV, il-karkassi mhux evixxerati huma ttrasportati immedjatament għal impjant approvat ta’ tqattigħ li hu mgħammar b’kamra speċjali kif iddefinit fl-Anness I, il-Kapitolu II, (2) (b) a, fejn il-karkassi għandhom jiġu evixxerati fi żmien 24 siegħa."

    2. Fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 3(5), il-kliem "u sal-15 ta’ Awissu 1981" għandhom jitħassru.

    3. Fl-Anness I, il-Kapitolu II (2):

    - is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied:

    - "(b) Jekk titwettaq l-evixxerazzjoni hemm barra, kamra għall-evixxerazzjoni ta’ papri u wiżżi mkabbra għall-produzzjoni ta’ "foie gras", li ġew storditi, infasda u mnittfa fir-razzett tas-smin,",

    - il-kliem "u taħt (b)" għandhom jiżdiedu ma’ l-ewwel linja tal-punt (h).

    4. Fl-Anness I, il-Kapitolu III (3) (ċ), "u (b)" għandu jiġi inserit wara l-kiem "u għal (2) (b)".

    5. Is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied ma’ l-Anness I, il-Kapitolu IV (13):

    "Madanakollu, fil-każ ta’ papri u wiżżi mkabbra għall-produzzjoni ta’ "foie gras" u storditi, infasda u mnittfa fir-razzet tas-smin, l-ispezzjoni ante mortem tista’ titwettaq fl-aħħar ġimgħa tas-smin."

    6. Is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied ma’ l-Anness I, il-Kapitolu IV (14):

    "Fil-każ ta’ papri u wiżżi mkabbra għall-produzzjoni ta’ "foie gras" u storditi, infasda u mnittfa fir-razzett tas-smin, iċ-ċertifikat imsemmi fl-Anness IIIa għandu jkun mal-karkassi mhux evixxerati mal-wasla tagħhom fl-impjant ta’ tqattigħ mgħammar b’kamra sseparata għal evixxerazzjoni."

    7. Is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied ma’ l-Anness I, il-Kapitolu V (23):

    "Madanakollu, papri u wiżżi mkabbra u maqtula għall-produzzjoni ta’ "foie gras" jistgħu jiġu evixxerati fi żmien 24 siegħa, sakemm karkassi mhux evixxerati huma, malajr kemm jista’ jkun, imnaqqsa u mbagħad miżmuma fit-temperatura stabbilita fil-Kapitolu XII (46) u ttrasportati skond ir-regoli ta’ l-iġjene."

    8. L-Anness li ġej għandu jiżdied:

    "

    “ANNESS IIIa

    +++++ TIFF +++++

    "

    Artikolu 2

    L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva fl-1 ta’ Frar 1980, u għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni bihom.

    Artikolu 3

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fit-22 ta’ Jannar 1980.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    G. Marcora

    [1] ĠU C 247, ta’ l-1.10.1979, p. 16.

    [2] ĠU C 34, tal-11.2.1980, p. 106.

    [3] Opinjoni mogħtija fl-24 u fil-25 ta’ Ottubru 1979 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali)

    [4] ĠU L 55, tat-8.3.1971, p. 23.

    [5] ĠU L 6, tat-8.1.1977, p. 19.

    --------------------------------------------------

    Top