EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31979R2806

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2806/79 tat-13 ta’ Diċembru 1979 fuq il-bdil bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni ta’ ċerta informazzjoni dwar il-laħam tal-majjal u li jħassar r-Regolament (KEE) Nru 2330/74

ĠU L 319, 14.12.1979, p. 17–18 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/09/2006; Imħassar b' 32006R1319

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1979/2806/oj

31979R2806



Official Journal L 319 , 14/12/1979 P. 0017 - 0018
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 11 P. 0157
Greek special edition: Chapter 03 Volume 27 P. 0104
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 11 P. 0157
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 17 P. 0019
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 17 P. 0019


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2806/79

tat-13 ta’ Diċembru 1979

fuq il-bdil bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni ta’ ċerta informazzjoni dwar il-laħam tal-majjal u li jħassar r-Regolament (KEE) Nru 2330/74

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2759/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-laħam tal-majjal [1], kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KEE) Nru 1423/78 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 22 tiegħu,

Billi l-Artikolu 22 tar-Regolament (KEE) Nru 2759/75 jipprovdi illi l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkomunikaw ma’ xulxin l-informazzjoni neċessarja għall-implimentazzjoni ta’ dak ir-Regolament; billi huwa neċessarju, jekk l-informazzjoni meħtieġa biex jaħdem is-suq organizzat għandha tkun disponibbli fuq bażi standard u meta jkun wasal il-waqt, biex ikunu stabiliti l-obbligazzjonijiet ta’ l-Istati Membri fir-rigward tal-komunikazzjoni ta’ informazzjoni;

Billi l-applikazzjoni tal-miżuri ta’ intervent provduti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 2759/75 jeħtieġu fehma preċiża tas-suq; billi, sabiex jinkiseb l-għola grad ta’ tqabbil, il-prezzijiet għal majjali maqtulin li għandhom ikunu kkunsidrati għandhom ikunu dawk għall-gradi importanti kollha fuq is-skala tal-Komunità għall-kwalità tal-karkassi kif imfasslin fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2760/75 [3] fl-istadju tal-marketing kif spjegat fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1229/72 [4] u fuq is-swieq imniżżlin fl-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2762/75 [5]; billi, b’mod partikolari, għall-iskopijiet tar-reviżjoni regolari msemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2765/75 [6] u sabiex il-miżuri ta’ intervent jistgħu jkunu preparati fi żmien suffiċjenti, tali informazzjoni għandha tkun disponibbli dwar il-prezzijiet tal-majjali żgħar biex jippermetu t-tibdiliet futuri fis-suq li għandu jiġi stmat; billi, madankollu, l-Italja preżentement mhijiex f’pożizzjoni li tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa;

Billi jista’ jiġri illi l-Kummissjoni ma tkunx irċievet kwotazzjonijiet; billi trid tkun evitata sitwazzjoni fejn in-nuqqas ta’ kwotazzjoni tikkawża evoluzzjoni anormali fil-prezzijiet tas-suq kalkolati mill-Kummissjoni; billi l-kwotazzjoni jew kwotazzjonijiet neqsin għandhom ikunu mibdulin bl-aħħar kwotazzjoni disponibbli; billi l-użu ta’ l-aħħar kwotazzjoni disponibbli m’għadiex iktar possibbli wara ċertu perjodu mingħajr kwotazzjonijiet, li jistgħu jwasslu għall-presunzjoni ta’ sitwazzjoni anormali fis-suq konċernat;

Billi sabiex wieħed ikun jista’ josserva s-suq b’retta kemm jista’ jkun huwa mixtieq illi informazzjoni regolari fuq il-prodotti l-oħra tas-settur tal-laħam tal-majjal tkun disponibbli lill-Kummissjoni, kif ukoll informazzjoni oħra li jkollhom l-Istati Membri għad-dispożizzjoni tagħhom;

Billi dan ir-Regolament jinkorpora d-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2330/74 [7], kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KEE) Nru 1188/77 [8]; billi r-Regolament (KEE) Nru 2330/74 jista’ għalhekk jiġi mħassar;

Billi l-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Laħam tal-Majjal,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-iktar tard nhar ta’ Ħamis ta’ kull ġimgħa dwar il-ġimgħa ta’ qabel:

(a) il-kwotazzjonijiet kif determinati skond ir-Regolament (KEE) Nru 2760/75 għal kull 100 kilogramma ta’ majjali maqtulin tal-grad kummerċjali II fl-istadju tal-marketing kif imfisser fir-Regolament (KEE) Nru 1229/72 u rrekordjat fis-swieq imniżżlin fl-Anness tar-Regolament (KEE) Nru 2762/75;

(b) il-kwotazzjonijiet rappreżentattivi għall-majjali żgħar għal kull ras ta’ piż ħaj medju ta’ 20 kilogrammi.

2. Fejn waħda jew iżjed kwotazzjonijiet ma jkunux irċevuti mill-Kummissjoni din ta’ l-aħħar għandha tikkunsidra l-aħħar kwotazzjoni disponibbli. Fejn kwotazzjoni jew kwotazzjonijiet ikunu neqsin għat-tielet ġimgħa konsekuttiva, il-Kummissjoni m’għandiex tibqa’ tikkunsidra dik jew dawk il-kwotazzjonijiet.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni darba fix-xahar għax-xahar ta’ qabel il-prezz tas-suq medju għall-majjali maqtulin għall-gradi kummerċjali E sa IV kif speċifikat fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2760/75.

Madankollu, fir-rigward ta’ l-Italja, l-informazzjoni riferita fis-subparagrafu preċedenti għandha tiġi komunikata biss b’effett mill-1 ta’ Jannar 1983.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom, fuq talba tal-Kummissjoni, jikkomunikaw l-informazzjoni li ġejja, fejn disponibbli dwar prodotti koperti mir-Regolament (KEE) Nru 2759/75:

(a) il-prezzijiet tas-suq fl-Istati Membri għall-prodotti importati minn pajjiżi li mhumiex membri;

(b) il-prezzijiet dwar is-suq rappreżentattiv f’pajjiżi li mhumiex membri.

Artikolu 4

Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-inforamazzjoni trasmessa mill-Istati Membri u għandha tikkomunikha lill-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Laħam tal-Majjal.

Artikolu 5

Regolament (KEE) Nru 2330/74 qiegħed hawnhekk jiġi mħassar.

Artikolu 6

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-ewwel ta’ Jannar 1980.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-13 ta’ Diċembru 1979.

Għall-Kummissjoni

Finn Gundelach

Viċi-President

[1] ĠU L 282, ta’ l-1.11.1975, p. 1.

[2] ĠU L 171, tat-28.6.1978, p. 19.

[3] ĠU L 282, ta’ l-1.11.1975, p. 10.

[4] ĠU L 136, ta’ l-14.6.1972, p. 9.

[5] ĠU L 282, ta’ l-1.11.1975, p. 17.

[6] ĠU L 282, ta’ l-1.11.1975, p. 23.

[7] ĠU L 249, tat-12.9.1974, p. 13.

[8] ĠU L 138, ta’ l-4.6.1977, p. 12.

--------------------------------------------------

Top