EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31979L1005

Id-Direttiva tal-Kunsill tat-23 ta’ Novembru 1979 li temenda d-Direttiva 75/106/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prekondizzjonament bil-volum ta’ ċerti likwidi f’imballaġġ minn qabel

ĠU L 308, 4.12.1979, p. 25–29 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 10/04/2009

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1979/1005/oj

31979L1005



Official Journal L 308 , 04/12/1979 P. 0025 - 0029
Finnish special edition: Chapter 15 Volume 2 P. 0206
Greek special edition: Chapter 13 Volume 9 P. 0033
Swedish special edition: Chapter 15 Volume 2 P. 0206
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 10 P. 0247
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 10 P. 0247


Id-Direttiva tal-Kunsill

tat-23 ta’ Novembru 1979

li temenda d-Direttiva 75/106/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prekondizzjonament bil-volum ta’ ċerti likwidi f’imballaġġ minn qabel

(79/1005/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artiklu 100 ta’ dan,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi l-qasam ta’ l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 76/211/KEE tal-20 ta’ Jannar 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri marbuta ma’ li jitħejjew bl-użin jew bil-volum ċerti prodotti fimballaġġ minn qabel [4] huwa differenti minn dak tad-Direttiva tal-Kunsill 75/106/KEE tad-19 ta’ Diċembru 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri marbuta ma’ li jitħejjew bil-volum ċerti likwidi fimballaġġ minn qabel [5];

Billi, għalhekk, l-oqsma ta’ applikazzjoni taż-żewġ Direttivi għandhom ikunu allineati rigward il-volumi tal-imballaġġ minn qabel li magħhom huma marbuta;

Billi fiż-żmien ta’ l-adozzjoni tad-Direttiva 75/106/KEE, il-Kunsill, bil-ħsieb li jipprovdi protezzjoni aħjar lill-konsumatur, talab lill-Kummissjoni qabel il-31 ta’ Diċembru 1980 biex tagħmel proposta ġdida li tnaqqas il-lista ta’ volumi nominali fl-Anness III billi telimina valuri li kienu qrib ħafna ta’ xulxin;

Billi d-Direttiva tal-Kunsill 71/354/KEE tat-18 ta’ Ottubru 1971 marbuta ma’ l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar unitajiet ta’ kejl [6] kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 76/770/KEE [7];

Billi skond l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 75/106/KEE, il-Belġju, l-Irlanda, l-Olanda u r-Renju Unit għandhom ħames snin sakemm jimplimentaw din id-Direttiva; billi din id-Direttiva għandha għalhekk tagħti kas tal-limitu taż-żmien;

Billi ċerti Stati Membri jsibuha diffiċli li jnaqqsu l-għadd ta’ volumi nominali; billi, għalhekk, għandhom jiġu stabbiliti disposizzjonijiet għal perjodu ta’ transizzjoni għal dawn l-Istati Membri li madankollu ma jfixkilx il-kummerċ fil-Komunità fil-prodotti msemmija jew iqiegħed fil-periklu l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva fl-Istati Membri l-oħra,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Artikolu 1 tad-Direttiva 75/106/KEE għandha tinbidel b’li ġej:

"Artikolu 1

Din id-Direttiva tirrigwarda l-imballaġġ minn qabel li jkun fihom il-prodotti likwidi elenkati fl-Anness III imkejla bil-volum għall-fini ta’ bejgħ fi kwantitajiet individwali ta’ bejn il-5 ml u l-10 litri inklużi."

Artikolu 2

L-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 75/106/KEE għandu jinbidel b’li ġej:

"2. Prodott ikun fimballaġġ minn qabel meta jitqiegħed f’pakkett ta’ kwalunkwe natura mingħajr ma x-xerrej ikun preżenti u l-kwantità ta’ prodott li jkun hemm fil-pakkett ikollha valur deċiż minn qabel u ma tistax tkun mibdula mingħajr ma l-pakkett ma jinfetaħ jew issirlu bidla perċettibbli."

Artikolu 3

L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 75/106/KEE għandu jinbidel b’li ġej:

"1. L-imballaġġ minn qabel li jista’ jkun mmarkat bil-marka KEE li għaliha tirreferi t-Taqsima 3.3 ta’ l-Anness I huwa dak li jikkonforma ma’ l-Anness I."

Artikolu 4

1. L-Artikolu 4 tad-Direttiva 75/106/KEE għandu jinbidel b’li ġej:

"Artikolu 4

1. L-imballaġġ minn qabel kollu li għalih jirreferi l-Artikolu 3 għandu bi qbil ma’ l-Anness I ikollhom indikazzjoni tal-volum ta’ likwidu, imsejjaħ il-"volum nominali tal-kontenut", li huma mitluba li jkollhom.

2. Sa ma jiskadu l-perjodi stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 71/354/KEE tat-18 ta’ Ottubru 1971 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri marbuta ma’ unitajiet ta’ kejl (1), kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 76/770/KEE (2), l-indikazzjoni tal-valur nominali tal-kontenut espress f’unitajiet ta’ kejl SI fi qbil mat-taqsima 3.1 ta’ l-Anness I għal din id-Direttiva għandha, jekk ir-Renju Unit jew l-Irlanda jkunu jixtiequ hekk u fit-territorji nazzjonali tagħhom, tkun akkumpanjata b’indikazzjoni tal-volum nominali espress f’kejl imperjali ekwivalenti, jekk jingħata fl-Anness I għal din id-Direttiva."

2. Għandhom jiżdiedu n-noti li ġejjin fil-qiegħ tal-paġna:

"(1) ĠU L 243, tad-29.10.1971, p. 29.

(2) ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 204."

Artikolu 5

L-Artikolu 5 tad-Direttiva 75/106/KEE għandu jinbidel b’li ġej:

"Artikolu 5

1. L-Istati Membri ma jistgħux jirrifjutaw, jipprojbixxu jew jirrestrinġu t-tqegħid fis-suq ta’ pakketi għal-lest li jissodisfaw r-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva għal raġunijiet marbuta mad-deċiżjoni tal-volumi tagħhom, il-metodi li bihom kienu verifikati jew il-volumi nominali li huma mniżżla fl-Anness III.

2. Mill-1 ta’ Jannar 1984, imballaġġ minn qabel li jkollhom il-prodotti elenkati fl-Anness III 1(a) jistgħu jinbiegħu biss jekk ikollhom il-volumi nominali stabbiliti fl-Anness III.

Sal-31 ta’ Diċembru 1983, Stati Membri jistgħu jippermettu l-volumi kollha permessi sa dik id-data fis-swieq tagħhom.

3. Iażd,

(a) għal imballaġġ minn qabel bil-volumi nominali elenkati fl-Anness III, il-kolonna II, il-paragrafu 1 għandu japplika sal-31 ta’ Diċembru 1988 għal dawk il-pajjiżi biss li jkunu ppermettew dan l-imballaġġ minn qabel fil-31 ta’ Diċembru 1973, bl-eċċezzjoni ta’ imballaġġ minn qabel fil-kategorija (a) "Inbejjed" b’volum nominali ta’ 0.73 1, li għalih id-data ta’ skadenza hija l-31 ta’ Diċembru 1985;

(b) Rigward il-likwidi speċifikati fitTaqsimiet 1(a), 1(b) u 4 ta’ l-Anness III, il-paragrafu 1 għandu japplika biss meta likwidi bħal dawn ikunu ppreżentati f’imballaġġ li jkollu wieħed mill-volumi nominali elenkat fil-kolonni korrispondenti ta’ dak l-Anness u li jikkonforma mar-regoli ta’ prattika tal-kummerċ ta’ l-Istat Membru ta’ l-oriġini tal-likwidu, mingħajr ebda preġudizzju dwar jekk il-mili seħħ fl-Istat Membru ta’ l-oriġini jew fi Stat ieħor.

4. Id-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva ma għandhomx ikunu ta’ impediment għal liġijiet nazzjonali li jiggvernaw għal raġunijiet ambjentali l-użu ta’ imballaġġ fir-rigward tar-reċiklaġġ tiegħu."

Artikolu 6

It-Taqsima 2.4 ta’ l-Anness I tad-Direttiva 75/106/KEE għandha tinbidel b’li ġej:

"2.4 L-iżball negattiv tollerabbli għandu jkun iffissat bi qbil mat-tabella li ġejja:

Volum nominali tal-kontenut Vn f’millilitri | Żball negattiv tollerabbli |

f’% ta’ Vn | F’millilitri |

Minn 5 sa 50 | 9 | — |

Minn 50 sa 100 | — | 4.5 |

Minn 100 sa 200 | 4.5 | — |

Minn 200 sa 300 | — | 9 |

Minn 300 sa 500 | 3 | — |

Minn 500 sa 1000 | — | 15 |

Minn 1000 sa 10000 | 1.5 | — |

Meta tintuża t-tabella, il-valuri ta’ l-iżbalji negattivi tollerabbli murija bħala perċentwali fit-tabella, ikkalkulati f’volum, għandhom ikunu mdawwra sa l-eqreb wieħed minn għaxra ta’ millilitru."

Artikolu 7

It-tieni paragrafu tat-taqsima 3.1 ta’ l-Anness I tad-Direttiva 75/106/KEE għandu jinbidel b’li ġej:

"Sa l-iskadenza tal-perjodi stabbiliti fid-Direttiva 71/354/KEE, kif emendata bid-Direttiva 76/770/KEE, l-indikazzjoni tal-volum nominali tal-kontenut espressa f’kejl SI fi qbil ma’ l-ewwel paragrafu tista’ tkun akkumpnajata ma’ dak tal-valur ekwivalenti espress f’kejl imperjali (Renju Unit), ikkalkulat billi jkunu applikati l-fatturi li ġejjin ta’ konverżjoni:

millilitru wieħed = 0.0352 ta’ uqija likwida

litru wieħed = 1760 pinet jew 0220 glalen."

Artikolu 8

L-Anness III għad-Direttiva 75/106/KEE għandu jinbidel bl-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 9

1. Stati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw qabel l-1 ta’ Jannar 1981 il-liġijiet, ir-regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva, u dawn għandhom jidħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1981.

2. Stati Membri għandhom jassiguraw li t-test tad-disposizzjonijiet prinċipali ta’ liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva jkunu mgħarrfa lill-Kummissjoni.

Artikolu 10

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-23 ta’ Novembru 1979.

Għall-Kunsill

Il-President

R. Mac SHARRY

[1] ĠU C 250, tad-19.10.1977, p. 7.

[2] ĠU C 163, ta’ l-10.7.1978, p. 72.

[3] ĠU C 283, tas-27.11.1978, p. 40.

[4] ĠU L 46, tal-21.2.1976, p. 1.

[5] ĠU L 42, tal-15.2.1975, p. 1.

[6] ĠU L 243, tad-29.10.1971, p. 29.

[7] ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 204.

--------------------------------------------------

ANNESS

"

ANNESS III

Likwidi | Volum nominali ta’ kontenut f’litri |

I Permess definittivament | II Permess temporanjament |

1a)Inbid ta’ għeneb frisk; għasir ta’ għenba friska b’fermentazzjoni mwaqqfa biż-żieda ta’ alkoħol inkluż inbid magħmul minn meraq tal-għeneb mhux iffermentat imħallat bl-alkoħol, ħlief għal inbejjed inklużi fis-sottotitoli tat-Tariffi Komuni Doganali 22.05 A u B u nbejjed likuri (sottotitlu CCT li kien 22.05 Ċ); għasir tal-għenba, f’fermentazzjoni jew b’fermentazzjoni mwaqqfa b’mod ieħor għajr biż-żieda ta’ alkoħol (sottotitolu CCT Nru 22.04) | 0.10 — 0.25 — 0. 375 0.50 — 0.75 — 1 1.5 — 2 — 3 5 | 0.35 — 0.70 — 0.73 1.25 |

(b)Inbejjed "sofor" intitolati li jużaw l-ismijiet li ġejjin ta’ l-oriġini: "Côtes du Jura", "Arbois", "L’étoile" u "Château-Chalon" | 0.62 | |

(c)Xorb ieħor iffermentat bla gass, per eżempju, sidru, perry u mead (sottotitolu CCT 22.07 B II) | 0.10 — 0.25 — 0. 375 0.50 — 0.75 — 1 1.5 — 2 — 5 | 0.35 — 0.70 |

(d)Vermutijiet u nbejjed oħra magħmula minn għeneb frisk b’togħma ta’ estratti aromatiċi (sottotitolu CCT Nru 22.06); inbejjed likuri (sottotitolu CCT li kien 22.05 C) | 0.05 sa 0.10 0.10 — 0.20 — 0. 375 0.50 — 0.75 — 1 1.5 | |

2(a)Inbejjed bil-gass (sottotitolu CCT 22.05 A)Inbid fi fliexken bi stoppers tal-"faqqiegħ" miżmuma f’posthom permezz ta’ qafliet jew sokor ieħor, u nbid ieħor imtella’ bi pressjoni eċċessiva ta mhux inqas minn bar iżda inqas minn tliet bar, imkejjel f’temperatura ta’ 20 °C (sottotitolu CCT 22.05B) | 0.25 — 0.20 — 0.375 0.75 — 1.5 — 3 | 0.10 — 0.25 — 0.70 |

(b)Xorb ieħor iffermentat bil-gass, per eżempju, sidru, perry u mead (sottotitolu CCT 22.07 B I) | 0.10 — 0.20 — 0375 0.75 — 1 — 1.5 3 | 0125 |

3(a)Birra magħmula minn xgħir (sottotitolu CCT 22.03), esklużi birrer aċidużi | 0.25 — 0.33 — 0.50 0.75 — 1 — 2 3 — 4 — 5 | 0.35 |

(b)Birer aċidużi, gueze | 0.25 — 0. 375 — 0.75 | |

4Spirti (ħlief dawk tas-sottotitolu CCT Nru 22.08); likuri u spirti oħra; preparazzjonijiet komposti alkoħoliċi (magħrufa bħala "estratti konċentrati") għall-manifattura ta’ xorb (sottotitolu CCT Nru 22.09) | 0.02 — 0.03 — 0.04 0.05 — 0.10 0.20 — 0.50 — 1 1.5 — 2 — 2.5 3 | 0.35 — 0. 375 — 0.70 0.75 |

5.Ħall u sostituti għal ħall (sottotitolu CCT Nru 22.10) | 0.25 — 0.50 — 0.75 1 — 2 — 5 | |

6Żjut taż-żebbuġa (sottotitolu CCT 15.07 A), żjut oħrajn li jittieklu (sottotitolu CCT 15.07 D II) | 0.25 — 0.50 — 0.75 1 — 2 — 3 5 — 10 | |

7.Ħalib, frisk, mhux konċentrat jew ħelu (sottotitolu CCT li kien 04.01), esklużi jogurt, kephir, ħalib qares, xorrox u ħalib ieħor iffermentat jew aċidużXorb ibbażat fuq il-ħalib (sottotitolu CCT 22.02 B) | 0.20 — 0.25 — 0.50 0.75 — 1 — 2 | 0.10 |

8(a)Ilma, inkluż ilma minn spa u ilma bil-gass (sottotitolu CCT Nru 22.01) | 0. 125 — 0.20 — 0.25 0.33 — 0.50 — 0.75 1 — 1.5 — 2 | Il-volumi kollha hawn taħt 0.20 — 0.35 — 0.45 0.46 — 0.70 — 0.90 0.92 — 1.25 |

(b)Luminata, ilma minn spa bit-togħma u ilma bil-gass bit-togħma u xorb ieħor mhux alkoħoliku li ma għandux ħalib jew xaħmijiet tal-ħalib (sottotitolu CCT 22.-02 A) eskluż meraq tal-frott u l-ħxejjex li jaqgħu fis-sottotitolu CCT Nru 22.07 u konċentrati | 0.125 — 0.20 — 0.25 0.33 — 0.50 — 0.75 1 — 1.5 — 2 | il-volumi kollha hawn taħt 0.20 — 0.70 |

(c)Xorb immarkat bħala aperitif bla alkoħol | 0.10 | |

9.Meraq tal-frott (inkluż għeneb magħsur) jew meraq tal-ħxejjex, biz-zokkor jew bla zokkor miżjud, iżda mhux iffermentat u li ma għandux spirti li jaqgħu fis-sottotitolu CCT 20.07 B, meraq ħelu (Direttiva 75/726/KEE tas-17 ta’ Novembru 1975 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward il-meraq tal-frott u ċerti prodotti simili | 0125 — 0.20 — 0.25 0.33 — 0.50 — 0.75 1 — 1.5 — 2 | Il-volumi kollha hawn taħt 0125—0.70—0.18 0.35 (f’laned biss) |

"

--------------------------------------------------

Top