Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31979L0009

Id-Direttiva tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 1978 li temenda d-Direttiva 77/391KEE li kienet introduċiet miżuri Komunitarji għall-qerda tal-bruċellosi, tuberkulosi u lewkosi fl-ifrat.

ĠU L 6, 10.1.1979, p. 27–27 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1979/9/oj

31979L0009



Official Journal L 006 , 10/01/1979 P. 0027 - 0027
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 10 P. 0165
Greek special edition: Chapter 03 Volume 23 P. 0251
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 10 P. 0165


Id-Direttiva tal-Kunsill

tad-19 ta’ Diċembru 1978

li temenda d-Direttiva 77/391KEE li kienet introduċiet miżuri Komunitarji għall-qerda tal-bruċellosi, tuberkulosi u lewkosi fl-ifrat.

(79/9/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 43 u l-Artikolu 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Billi huwa neċessarju li, fil-qafas tal-pjanijiet nazzjonali għall-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 77/391/KEE tas-17 ta’ Mejju 1977 li introduċiet miżuri Komunitarji għall-qerda tal-bruċellosi, tuberkulosi u lewkosi fl-ifrat [2], hemm il-ħtieġa li jirdoppja l-premium għall-qtil ta’ l-annimali f’ċerti reġjuni li għandhom inċidenza għolja ta’ dan il-mard ġewwa l-Belġju,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Bħala deroga mill-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 77/391/KEE, is-Sezzjoni tad-Direzzjoni tal-Fond Ewropew għad-Direzzjoni u Garanzija Agrikola, tista’ tħallas lir-Renju tal-Belġju, wara talba apposta minn dan ta’ l-aħħar, għall-qerda tal-bruċellosi, ammont ta’ mhux aktar minn 120 unitajiet tal-kontegg għal kull baqra u 60 unitajiet tal-kontegg għall-ifrat li m’humiex baqar, maqtula fil-qafas tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 2 ta’ l-imsemmija Direttiva.

Artikolu 2

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fid-19 ta’ Diċembru 1978.

Għall-Kunsill

Il-President

J. Ertl

[1] Opinjoni mogħtija fil-15 ta’ Diċembru 1978 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[2] ĠU L 145, tat-13.6.1977, p. 44.

--------------------------------------------------

Top