EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31976L0114

Id-Direttiva tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 1975 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrigwardaw il-pjanċi u l-iskrizzjonijiet regolamentari għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u l-post fejn jitqiegħdu u l-metodu ta’ kif jitwaħħlu

ĠU L 24, 30.1.1976, p. 1–5 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2014; Imħassar b' 32009R0661

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1976/114/oj

31976L0114



Official Journal L 024 , 30/01/1976 P. 0001 - 0005
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 4 P. 0175
Greek special edition: Chapter 13 Volume 3 P. 0144
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 4 P. 0175
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 4 P. 0184
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 4 P. 0184


Id-Direttiva tal-Kunsill

tat-18 ta’ Diċembru 1975

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrigwardaw il-pjanċi u l-iskrizzjonijiet regolamentari għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u l-post fejn jitqiegħdu u l-metodu ta’ kif jitwaħħlu

(76/114/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunita Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni;

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlamemt Ewropew [1];

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2];

Billi l-ħtiġiet tekniċi li għandhom jissodisfaw vetturi bil-mutur skond il-liġijiet nazzjonali jirrelataw inter alia għall-pjanċi u l-skrizzjonijiet regolamentari, u l-post fejn jitqiegħdu u l-metodu ta’ twaħħil tagħhom;

Billi dawk il-kondizzjonijiet ivarjaw minn Stat Membru għal ieħor; billi għalhekk huwa meħtieġ li l-Istati Membri kollha jaddottaw l-istess ħtiġiet jew b’żieda jew minflok ir-regoli eżistenti tagħhom, sabiex, partikolarment, jippermettu li l-proċedura ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE, li kienet is-suġġett tad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [3],tkun applikata rigward kull tip ta’ vettura;

Billi l-approssimazzjoni tal-liġijiet nazzjonali marbuta ma’ vetturi bil-mutur tinvolvi r-rikonoxximent reċiproku mill-Istati Membri ta’ l-ispezzjonijiet mwettqa minn kull wieħed minnhom a bażi ta’ dispożizzjonijiet komuni; billi, għal tali sistema biex tiffunzjona b’suċċess, dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu applikati mill-Istati Membri kollha b’seħħ mill-istess data,

ADDOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, ‘vettura’ tfisser kwalunkwe vettura bil-mutur maħsuba għall-użu fit-triq, bil-karozzerija jew mingħajrha, li jkollha ta’ l-inqas erba’ roti u velocità massima iddisinjata li teċċedi il-25 km/h, u l-karrijiet tagħha, bl-eċċezzjoni ta’ vetturi li jimxu fuq il-linji, tratturi u makkinarju għall-agrikoltura u għall-foresti, u vetturi tax-xogħlijiet pubbliċi.

Artikolu 2

L-ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta li jagħti approvazzjoni tat-tip tal-KEE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal raġunijiet relatati ma’ pjanċi u skrizzjonijiet regolamentari u l-post fejn jitqiegħdu u l-metodu tat-twaħħil tagħhom, jekk dawn jissodisfaw il-ħtiġiet stabbiliti fl-Anness t’hawnhekk.

Artikolu 3

L-ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta ir-reġistrazzjoni jew jipprojbixxi l-bejgħ, dħul fis-servizz jew użu ta’ vettura għal raġunijiet relatati mal- pjanċi u skrizzjonijiet regolamentari u l-post fejn jitqiegħdu u l-metodu ta’ twaħħil tagħhom, jekk dawn jissodisfaw il-ħtiġiet stabbiliti fl-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 4

L-emendi meħtieġa biex jaddattaw il-ħtiġiet tal-Anness għal progress tekniku għandhom ikunu addottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 70/156/KEE.

Artikolu 5

1. Sa l-1 ta’ Jannar 1977, l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw id-dispożizzjonijiet meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva u għandhom minnufih jgħarrfu b’dan lill-Kummissjoni.

Huma għandhom jimplimentaw dawn id-dispożizzjonijiet b’effett minn l- 1 t’Ottubru 1978.

2. Wara n-notifika ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jieħdu passi biex jinfurmaw lill-Kummissjoni, fi żmien suffiċjenti għaliha biex tissottometti l-kummenti tagħha, dwar kwalunkwe abbozz ta’ liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi li huma jkunu fi ħsiebhom jaddottaw fil-qasam kopert mid-Direttiva.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussels, fit-18 ta’ Diċembru 1975.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Toros

[1] ĠU N Ċ 5, 8.1.1975, p. 41.

[2] ĠU N Ċ 47, 27.2.1975, p. 4.

[3] ĠU N L 42, 23.2.1970, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

1. ĠENERALI

1.1. Il-vetturi kollha għandhom ikunu fornuti bil-pjanċa u l-iskrizzjonijiet deskritti fis-sezzjonijiet segwenti. Il-pjanċa u l-iskrizzjonijiet għandhom ikunu imwaħħlin jew mill-manifattur jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

2. IL-PJANĊA TAL-MANIFATTUR

2.1. Il-pjanċa tal-manifattur, immudellata fuq dik murija fl-Appendiċi għal din id-Direttiva, għandha tkun imwaħħla sewwa f’pożizzjoni konspikwa u faċilment aċċessibbli fuq parti mhix suġġetta li tkun mibdula fl-użu. Din għandha turi b’mod ċar u li ma jitħassarx l-informazzjoni li ġejja fl-ordni li ssewgi:

2.1.1. L-isem tal-manifattur.

2.1.2. In-numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE [1].

In-Numru għandu jkun kompost minn ittra żgħira ‘E’ segwita, fl-ordni mogħtija, bin-numri jew ittri distinti tal-pajjiż li ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE (1 għall-Ġermanja, 2 għal Franza, 3 għall-Italja, 4 għall-Olanda, 6 għall-Belġju, 11 għar-Renju Unit, 13 għal-Lussemburgu, DK għad-Danimarka, IRL għall-Irlanda) u bin-numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip korrispondenti għan-numru fuq iċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip għat-tip ta’ vettura. L-asterisk għandha titqiegħed bejn l-ittra ‘E’ u n-numru jew l-ittri distinti tal-pajjiż li ta l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE, u bejn in-numru jew ittri distinti u n-numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip.

2.1.3. In-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura.

2.1.4. Il-piż massimu permessibbli meta l -vettura tkun mgħobbija.

2.1.5. Il-piż massimu permessibbli meta l-vettura tkun mgħobbija, fejn il-vettura tintuża għall-irmonk.

2.1.6. Il-piż massimu tat-triq permessibbli għal kull fus, elenkati bl-ordni minn quddiem għal wara.

2.1.7. Fil-każ ta’ semi-karru, il-piż massimu permess fuq il-king pin tal-ħames rota.

2.1.8. Il-ħtiġiet 2.1.4 sa 2.1.7 ma għandhomx jidħlu fis-seħħ qabel ma jkunu għaddew 12-il xahar mid-data ta’ l-addozzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill dwar piżijiet u dimensjonijiet ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom. Sadattant, iżda, Stat Membru jista’ jitlob li l-piżijiet massimi permessi stipulati fil-leġislazzjoni nazzjonali tiegħu jintwerew fuq il-pjanċa ta’ vetturi li jkunu daħlu fis-servizz fit-territorju tiegħu.

Jekk il-piż permissibbli tekniku huwa ogħla mill-piż permissibbli massimu, l-Istat Membru in kwestjoni jista’ jitlob li l-piż permissibbli tekniku jkun ukoll mistqarr. Il-piż ikun stabbilit f’żewġ kolonni: Il-piż permess massimu fuq ix-xellug u l-piż permissibbli tekniku fuq il-lemin.

2.2 Il-manifattur jista’ jagħti informazzjoni addizzjonali taħt jew fuq il-ġenb ta’ l-iskrizzjoni stipulata, fuq barra ta’ rettangolu mmarkat ċarament li jkollu fih biss l-informazzjoni stipulata fi 2.1.1 sa 2.1.8 (Ara l-appendiċi għal dan l-Anness).

NUMRU TA’ IDENTIFIKAZZJONI TAL-VETTURA.

In-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura huwa kombinazzjoni fissa ta’ karattri assenjati lil kull vettura mill-manifattur. L-iskop tagħha huwa biex tassigura li kull vettura tista’ tkun kjarament identifikata fuq perijodu ta’ 30 sena mill-intermedjarju tal-manifattur, mingħajr ma jkun hemm bżonn għal riferenza għal iktar data. In-numru ta’ l-identifikazzjoni għandu jkun konformi mal-ħtiġiet li ġejjin:

3.1. Għandu jkun immarkat fuq il-pjanċa tal-manifattur, kif ukoll fuq ix-chassis, qafas jew struttura oħra simili.

3.1.1. Għandu jkun jikkonsisti f’żewġ sezzjonijiet: l-ewwel, komposta minn mhux iktar minn sitt karattri (ittri u figuri), li jidentifikaw il-karatteristiċi ġenerali tal-vettura, partikularment it-tip u l-mudell; it-tieni, komposta minn tmien karattri minn liema l-ewwel erbgħa jistgħu jkunu ittri jew figuri u l-erbgħa l-oħra figuri biss, li jipprovdu, flimkien ma’ l-ewwel sezzjoni, identifikazzjoni ċara ta’ vettura partikulari.

3.1.2. Fejn ikun possibbli dan għandu jkun immarkat f’linja waħda. Bħala eċċezzjoni għal raġunijiet tekniki, jista jkun ukoll immarkat f’żewġ linji. Madankollu, f’dan il-każ m’għandu jkun hemm ebda spazji fl-ebda waħda miż-żewġ sezzjonijiet.

M’għandu jkun hemm ebda spazji bejn il-karattri.

Fit-tieni sezzjoni, kwalunkwe pożizzjonijiet mhux użati għandhom jimtlew b’żero sabiex jinkiseb it-total meħtieġ ta’ tmien karattri.

Il-bidu u t-tmiem ta’ kull linja għandu jkun immarkat b’simbolu li la hu numru Għarbi u l-anqas ittra kapitali Rumana u li ma jkunx jista jkun imħallat ma xi wieħed minnhom. Huwa wkoll permissibbli li tqiegħed tali simbolu bejn Iż-żewġ sezzjonijiet fuq linja waħda (3.1.1).

3.2. In-numru ta’ l-identifikazzjoni, barra minn hekk, għandu:

3.2.1. ikun immarkat fuq ix-xażi, il-qafas jew struttura simili oħra, fuq in-naħa tal-lemin tal-vettura;

3.2.2. ikun poġġut f’pożizzjoni kjarament viżibbli u aċċessibbli b’metodu tali ngħidu aħna, tismir jew stampar, b’tali mod li la jkun jista jkun imħassar u lanqas jiddeterjora.

4. KARATTRI

4.1. Ittri Rumani u numri għarab għandhom jintużaw għal kull immarkar previst fis-sezzjonijiet 2 u 3. Madankollu, l-ittri Rumani wżati fl-immarkar previst fi 2.1.1 u 2.1.3 u 3 għandhom ikunu ittri kapitali.

4.2. Għan-numru ta’ identifikazzjoni tal-Vettura.

4.2.1. L-użu ta’ l-ittri I, O u Q u daxxijiet, asteriski u sinjali oħra speċjali, barra mis-simboli msemmijin fil-paragrafu finali ta’ 3.1.2, mhux permess;

4.2.2. L-għoli minimu ta’ l-ittri u l-figuri għandu jkun kif ġej:

4.2.2.1. 7 mm għall-karattri immarkati direttament fuq ix-xażi, il-qafas jew strutturi simili tal-vettura;

4.2.2.2. 4 mm għal karattri mmarkati fuq il-pjanċa tal-manifattur.

[1] Sat-tali żmien li fih tingħata l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE, in-numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali jista’ jintuża minflok.

--------------------------------------------------

Top