Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31975D0456

Deċizjoni Tal-kunsill tal-15 ta' Lulju 1975 dwar il-konklużjoni tal-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Indja dwar iz-zokkor tal-qasab

ĠU L 190, 23.7.1975, p. 35–35 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1975/456/oj

Related international agreement

31975D0456



Official Journal L 190 , 23/07/1975 P. 0035 - 0035
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 6 P. 0091
Greek special edition: Chapter 11 Volume 7 P. 0243
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 6 P. 0091
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 8 P. 0174
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 8 P. 0174


Deċizjoni Tal-kunsill

tal-15 ta’ Lulju 1975

dwar il-konklużjoni tal-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Indja dwar iz-zokkor tal-qasab

(75/456/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, b’mod partikolari Artikolu 113 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni,

Billi l-Protokoll 3 dwar iz-zokkor ACP jifforma parti integrali mill-konvenzjoni ACP-KEE ta’ Lomé li kienet iffirmata fit-28 ta’ Frar 1975; billi, sakemm daħlet fis-seħħ il-konvenzjoni, il-Komunità u l-Istati tal-ACP msemmija fil-Protokoll, wiegħdu lilhom infushom, permezz ta’ ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri fit-28 ta’ Frar 1975, biex id-dispożizzjonijiet stipulati fl-imsemmi Protokoll ikunu japplikaw mill-istess data;

Billi, fid-Dikjarazzjoni konġunta ta’ Intenzjoni dwar l-iżvilupp ta’ relazzjonijiet ta’ negozju ma’ Ceylon, l-Indja, il-Malasja, il-Pakistan u Singapore [1], annessi mal-Att Finali tat-Trattat ta’ Sħubija, jingħad li l-kwistjoni ta’ esportazzjoni ta’ zokkor mill-Indja lejn il-Komunità wara li jiskadi l-Ftehim tal-Commonwealth dwar iz-zokkor li sar fil-31 ta’ Diċembru 1974, trid tiġi solvuta mill-Komunità, wara li tieħu in konsiderazzjoni b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet li jistgħu jiġu adottati dwar l-importazzjoni taz-zokkor mill-pajjiżi indipendenti tal-Commonwealth imniżżla fil-Protokoll 22 dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Assoċjazzjoni Afrikana u l-Istati tal-Malagasy u anki l-pajjiżi indipendenti tal-Commonwealth li għadhom qed jiżviluppaw u li jinsabu fl-Afrika, l-Oċean Indjan, l-Oċean Paċifiku u l-Karibew;

Billi, sabiex wieħed jimxi skond din id-Dikjarazzjoni, il-Ftehim dwar iz-zokkor tal-qasab innegozjat bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Indja għandu għalhekk jiġi konkluż,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Indja dwar iz-zokkor tal-qasab huwa hawnhekk konkluż għan-nom tal-Komunità.

Il-kontenut tal-Ftehim huwa anness ma’ din id-Deċizjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat li jagħżel il-persuna li għandu jkollha l-poter tiffirma l-Ftehim, u li jgħaddilha wkoll il-poteri li hemm bżonn biex torbot il-Komunità.

Magħmul fi Brussel, fil-15 ta’ Lulju 1975.

Għall–Kunsill

Il-President

M. Rumor

[1] ĠU L 73, tas-27.3.1972, p. 195

--------------------------------------------------

Top