This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22019D1223
Decision of the EEA Joint Committee No 37/2019 of 29 March 2019 amending Annex IX (Financial Services) to the EEA Agreement [2019/1223]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 37/2019 tad-29 ta' Marzu 2019 li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE [2019/1223]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 37/2019 tad-29 ta' Marzu 2019 li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE [2019/1223]
ĠU L 192, 18.7.2019, p. 47–47
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Modifies | 21994A0103(59) | Żieda | punt 31bcs inċiż | 01/01/2020 |
|
18.7.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 192/47 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 37/2019
tad-29 ta' Marzu 2019
li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE [2019/1223]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/397 tad-19 ta' Diċembru 2018 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/2251 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-data sa meta l-kontropartijiet jistgħu jkomplu japplikaw il-proċediuri ta' ġestjoni tar-riskju tagħhom għal ċerti kuntratti tad-derivattivi OTC mhux ikklirjati minn CCP (1) li jrid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Għalhekk, l-Anness IX tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 31bcs (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/2251) tal-Anness IX tal-Ftehim ŻEE:
|
“— |
32019 R 0397: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/397 tad-19 ta' Diċembru 2018 (ĠU L 71, 13.3.2019, p. 15).” |
Artikolu 2
It-test tar-Regolament Delegat (UE) 2019/397 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta' Marzu 2019 jew fil-jum ta' wara l-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1) jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li tinkorpora r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/2251 fil-Ftehim ŻEE, skont liema minnhom tkun l-aktar tard.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Marzu 2019.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Claude MAERTEN
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.