EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22018D0235

Deċiżjoni Nru 1/2017 tas-Sottokumitat tal-Kummerċ u tal-Iżvilupp Sostenibbli bejn l-UE u l-Ukrajna tat-30 ta' Mejju 2017 li biha jadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu [2018/235]

ĠU L 45, 17.2.2018, p. 44–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/235/oj

17.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 45/44


DEĊIŻJONI Nru 1/2017 TAS-SOTTOKUMITAT TAL-KUMMERĊ U TAL-IŻVILUPP SOSTENIBBLI BEJN L-UE U L-UKRAJNA

tat-30 ta' Mejju 2017

li biha jadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu [2018/235]

IS-SOTTOKUMITAT TAL-KUMMERĊ U TAL-IŻVILUPP SOSTENIBBLI BEJN L-UE U L-UKRAJNA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 300 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 486 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), partijiet tal-Ftehim, inkluż il-Kapitolu 13 (Kummerċ u żvilupp sostenibbli) tat-Titolu IV (Kummerċ u kwistjonijiet relatati mal-kummerċ), huma applikati proviżorjament mill-1 ta' Jannar 2016.

(2)

L-Artikolu 300 tal-Ftehim jipprevedi li s-Sottokumitat tal-Kummerċ u tal-Iżvilupp Sostenibbli (“is-Sottokumitat TSD”) għandu jiltaqa' sabiex tiġi ssorveljata l-implimentazzjoni tal-Kapitolu 13 tat-Titolu IV tal-Ftehim.

(3)

L-Artikolu 300(1) tal-Ftehim jipprevedi li s-Sottokumitat TSD għandu jistabbilixxi r-regoli ta' proċedura tiegħu stess.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-Regoli ta' Proċedura tas-Sottokumitat tal-Kummerċ u tal-Iżvilupp Sostenibbli, kif stabbiliti fl-Anness għal din id-Deċiżjoni, huma b'dan adottati.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Mejju 2017

Għas-Sottokumitat tal-Kummerċ u tal-Iżvilupp Sostenibbli bejn l-UE u l-Ukrajna

Il-President

M. TUININGA

Is-Segretarji

M. VADIS

D. KRAMER


(1)  ĠU L 161, 29.5.2014, p. 3.


ANNESS

Regoli ta' Proċedura tas-Sottokumitat tal-Kummerċ u tal-Iżvilupp Sostenibbli bejn l-UE u l-Ukrajna

Artikolu 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   Is-Sottokumitat tal-Kummerċ u tal-Iżvilupp Sostenibbli (“is- Sottokumitat TSD”), stabbilit bis-saħħa tal-Artikolu 300 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim”), għandu jassisti lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tiegħu tal-Kummerċ, kif imsemmi fl-Artikolu 465(4) tal-Ftehim, fil-qadi ta' dmirijietu.

2.   Is-Sottokumitat TSD għandu jwettaq il-funzjonijiet stipulati fil-Kapitolu 13 (Kummerċ u żvilupp sostenibbli) tat-Titolu IV (Kummerċ u kwistjonijiet relatati mal-kummerċ) tal-Ftehim.

3.   Is-Sottokumitat TSD għandu jkun kompost minn rappreżentanti li jaħdmu fl-amministrazzjoni ta' kull Parti, responsabbli għall-kwistjonijiet dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli.

4.   Rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea jew tal-Ukrajna r-responsabbli għall-kwistjonijiet tal-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli għandu jaġixxi bħala President tas-Sottokumitat TSD.

5.   Għall-finijiet ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura, tapplika d-definizzjoni tat-terminu “Partijiet” stabbilita fl-Artikolu 482 tal-Ftehim.

Artikolu 2

Dispożizzjonijiet speċifiċi

1.   L-Artikoli minn 2 sa 14 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Ukrajna għandhom japplikaw mutatis mutandis, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f'dawn ir-Regoli ta' Proċedura.

2.   Ir-referenzi għall-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandhom jinqraw bħala referenzi għall-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tiegħu tal-Kummerċ. Ir-referenzi għall-Kumitat ta' Assoċjazzjoni jew il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tiegħu tal-Kummerċ għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għas-Sottokumitat TSD.

Artikolu 3

Laqgħat

Is-Sottokumitat TSD għandu jiltaqa' kif meħtieġ. Il-Partijiet għandhom jimmiraw li jiltaqgħu darba fis-sena.

Artikolu 4

Emenda

Dawn ir-Regoli ta' Proċedura jistgħu jiġu emendati b'deċiżjoni tas-Sottokumitat TSD bejn l-UE u l-Ukrajna skont l-Artikolu 300(1) tal-Ftehim.


(1)  ĠU L 161, 29.5.2014, p. 3.


Top