This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22014D0868
2014/868/EU: Decision No 1/2014 of the EU-Egypt Association Council of 4 September 2014 amending Article 15(7) of Protocol No 4 to the Euro-Mediterranean Agreement establishing an association between the European Communities and their Member States, of the one part, and the Arab Republic of Egypt, of the other part, regarding the definition of the concept of ‘originating products’ and methods of administrative cooperation
2014/868/UE: Deċiżjoni Nru 1/2014 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Eġittu tal- 4 ta' Settembru 2014 li temenda l-Artikolu 15(7) tal-Protokoll Nru 4 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom fuq naħa, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu fuq in-naħa l-oħra, rigward id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva
2014/868/UE: Deċiżjoni Nru 1/2014 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Eġittu tal- 4 ta' Settembru 2014 li temenda l-Artikolu 15(7) tal-Protokoll Nru 4 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom fuq naħa, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu fuq in-naħa l-oħra, rigward id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva
ĠU L 347, 3.12.2014, p. 44–44
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 22004A0930(03) | Sostituzzjoni TXT | protokoll 4 artikolu 15 paragrafu 7 paragrafu mhux numerat | 01/01/2013 |
3.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 347/44 |
DEĊIŻJONI Nru 1/2014 TAL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI UE-EĠITTU
tal-4 ta' Settembru 2014
li temenda l-Artikolu 15(7) tal-Protokoll Nru 4 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom fuq naħa, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu fuq in-naħa l-oħra, rigward id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva
(2014/868/UE)
IL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI,
Wara li kkunsidra l-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il- Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom fuq naħa, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu fuq in-naħa l-oħra, u b'mod partikolari l-Artikolu 39 tal-Protokoll Nru 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 15(7) tal-Protokoll Nru 4 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom fuq naħa, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu fuq in-naħa l-oħra (1), (“il-Ftehim”), kif emendat bid-Deċiżjoni Nru 1/2010 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Eġittu tat-3 ta' Awwissu 2010 (2) jippermetti li, taħt ċerti kundizzjonijiet, ikun hemm ir-rifużjoni jew l-eżenzjoni parzjali tad-dazji doganali jew ta' taxxi b'effett ekwivalenti, sal-31 ta' Diċembru 2012. |
(2) |
Sabiex tiġi ggarantita ċ-ċarezza u biex jiġu żgurati l-prevedibbiltà ekonomika għal terminu twil u ċ-ċertezza legali għall-operaturi ekonomiċi, il-partijiet għall-Ftehim, jaqblu li jtawlu l-applikazzjoni tal-Artikolu 15(7) tal-Protokoll Nru 4 tal-Ftehim, bi tliet snin, b'effett mill-1 ta' Jannar 2013. |
(3) |
Għalhekk, il-Protokoll Nru 4 tal-Ftehim għandu jiġi emendat skont dan. |
(4) |
Minħabba li l-Artikolu 15(7) tal-Protokoll Nru 4 tal-Ftehim ma jibqax japplika mill-31 ta' Diċembru 2012, din id-Deċiżjoni għandha tibda tapplika mill-1 ta' Jannar 2013, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 15(7) tal-Protokoll Nru 4 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom fuq naħa, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu fuq in-naħa l-oħra, rigward id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva, huwa sostitwit bit-test segwenti:
“Dan il-paragrafu għandu japplika sal-31 ta' Diċembru 2015 u jista' jiġi eżaminat mill-ġdid bi qbil komuni.”
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Hija għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2013.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Settembru 2014.
Għall-Kunsill ta' Assoċjazzjoni
Il-President
F. MOGHERINI
(1) ĠU L 304, 30.9.2004, p. 39.
(2) ĠU L 249, 23.9.2010, p. 5.