This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22010D0325
2010/325/: Decision No 3/2010 of the ACP-EU Committee of Ambassadors of 19 May 2010 on the appointment of the Director of the Centre for the Development of Enterprise (CDE)
2010/325/: Deċiżjoni Nru 3/2010 tal-kumitat tal-ambaxxaturi AKP-UE tad- 19 ta' Mejju 2010 li taħtar lid-Direttur taċ-Ċentru għall-Iżvilupp tal-Intrapriżi (ĊŻI)
2010/325/: Deċiżjoni Nru 3/2010 tal-kumitat tal-ambaxxaturi AKP-UE tad- 19 ta' Mejju 2010 li taħtar lid-Direttur taċ-Ċentru għall-Iżvilupp tal-Intrapriżi (ĊŻI)
ĠU L 145, 11.6.2010, p. 17–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 28/02/2015
11.6.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 145/17 |
DEĊIŻJONI Nru 3/2010 TAL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-UE
tad-19 ta' Mejju 2010
li taħtar lid-Direttur taċ-Ċentru għall-Iżvilupp tal-Intrapriżi (ĊŻI)
(2010/325/UE)
IL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-UE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE ffirmat f'Kotonù fit-23 ta' Ġunju 2000 (1), rivedut bil-ftehim li jemenda l-imsemmi Ftehim ta' Sħubija, iffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta' Ġunju 2005 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2 (7) tal-Anness III tiegħu,
Billi:
(1) |
il-mandat tad-Direttur preċedenti skada fit-28 ta' Frar 2010, |
(2) |
kumitat konġunt ta' selezzjoni, stabbilit miż-żewġ partijiet, ippropona, fi tmiem il-ħidma tiegħu, il-ħatra tas-Sur Jean-Erick ROMAGNE (Franza), fil-post ta' Direttur taċ-Ċentru għall-Iżvilupp tal-Intrapriżi, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu waħdieni
Mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet ulterjuri li l-Kumitat jista' jintalab jieħu fil-qafas tal-kompiti tiegħu, is-Sur Jean-Erick ROMAGNE huwa maħtur Direttur taċ-Ċentru għall-Iżvilupp tal-Intrapriżi, b'effett mis-6 ta' Settembru 2010 sat-28 ta' Frar 2015.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Mejju 2010.
Għall-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE
Il-President
René MAKONGO
(1) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.
(2) ĠU L 209, 11.8.2005, p. 27.