This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22010D0324
2010/324/: Decision No 2/2010 of the ACP-EU Committee of Ambassadors of 19 March 2010 on the appointment of the Director of the Technical Centre for Agricultural and Rural Cooperation (CTA)
2010/324/: Deċiżjoni Nru 2/2010 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE tad- 19 ta’ Marzu 2010 dwar il-ħatra tad-Direttur taċ-Ċentru Tekniku ta’ Kooperazzjoni Agrikola u Rurali (ĊTA)
2010/324/: Deċiżjoni Nru 2/2010 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE tad- 19 ta’ Marzu 2010 dwar il-ħatra tad-Direttur taċ-Ċentru Tekniku ta’ Kooperazzjoni Agrikola u Rurali (ĊTA)
ĠU L 145, 11.6.2010, p. 16–16
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 28/02/2015
11.6.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 145/16 |
DEĊIŻJONI Nru 2/2010 TAL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-UE
tad-19 ta’ Marzu 2010
dwar il-ħatra tad-Direttur taċ-Ċentru Tekniku ta’ Kooperazzjoni Agrikola u Rurali (ĊTA)
(2010/324/UE)
IL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-UE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE ffirmat, li ġie ffirmat f’Kotonù fit-23 ta’ Ġunju 2000 (1), kif rivedut mill-Ftehim li jemenda l-imsemmi Ftehim ta’ Sħubija, iffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tal-Anness III tiegħu,
Billi:
(1) |
il-mandat tad-Direttur preċedenti skada fit-28 ta’ Frar 2010; |
(2) |
fi tmiem il-proċedimenti tiegħu, kumitat konġunt ta’ selezzjoni, stabbilit miż-żewġ partijiet, ippropona l-ħatra tas-Sur Michael HAILU (Etjopja) bħala Direttur taċ-Ċentru Tekniku ta’ Kooperazzjoni Agrikola u Rurali, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe deċiżjoni sussegwenti li l-Kumitat jista’ jkollu jieħu skont il-prerogattivi tiegħu, is-Sur Michael HAILU (Etjopja) huwa b’dan maħtur Direttur taċ-Ċentru Tekniku ta’ Kooperazzjoni Agrikola u Rurali, b’effett mill-24 ta’ Mejju 2010 sat-28 ta’ Frar 2015.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Marzu 2010.
Għall-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE
Il-President
Carlos BASTARRECHE SAGÜÉS
(1) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.
(2) ĠU L 209, 11.8.2005, p. 27.