Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22009D0018

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 18/2009 tal- 5 ta’ Frar 2009 li temenda l-Anness XX (l-Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 73, 19.3.2009, p. 57–57 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/18(1)/oj

    19.3.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 73/57


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 18/2009

    tal-5 ta’ Frar 2009

    li temenda l-Anness XX (l-Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness XX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 122/2008 tas-7 ta’ Novembru 2008 (1).

    (2)

    Id-Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar il-ġestjoni ta’ skart mill-industriji ta’ estrazzjoni u li temenda d-Direttiva 2004/35/KE (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-Anness XX tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

    (1)

    Il-punt li ġej għandu jiżdied wara l-punt 32fd (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/329/KE):

    “32fe.

    32006 L 0021: Id-Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar il-ġestjoni ta’ skart mill-industriji ta’ estrazzjoni u li temenda d-Direttiva 2004/35/KE (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 15).”

    (2)

    Dan li ġej għandu jiżdied mal-punt 1i (id-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

    “, kif emendat b’:

    32006 L 0021: Id-Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 15).”

    Artikolu 2

    It-test tad-Direttiva 2006/21/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-6 ta’ Frar 2009, kemm-il darba ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmula fi Brussell, il-5 ta’ Frar 2009.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Alan SEATTER


    (1)  ĠU L 339, 18.12.2008, p. 114.

    (2)  ĠU L 102, 11.4.2006, p. 15.

    (*)  Ir-rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.


    Top