Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22009D0004

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 4/2009 tal- 5 ta’ Frar 2009 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 73, 19.3.2009, p. 36–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/4(1)/oj

19.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 73/36


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 4/2009

tal-5 ta’ Frar 2009

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 98/2008 tas-26 ta’ Settembru 2008 (1).

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/5/KE tat-30 ta’ Jannar 2008 rigward l-indikazzjoni obbligatorja fuq it-tikketti ta’ ċerti prodotti tal-ikel ta’ dettalji minbarra dawk li taħseb għalihom id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (verżjoni Kodifikata) (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/802/KE tal-4 ta’ Diċembru 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2002/840/KE rigward il-lista ta’ faċilitajiet approvati f’pajjiżi terzi għall-irradjazzjoni tal-ikel (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(4)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2007/196/KE tat-28 ta’ Marzu 2007 dwar is-sorveljanza tal-preżenza ta’ furan fil-prodotti tal-ikel (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(5)

Id-Direttiva 2008/5/KE tħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 94/54/KE (5) li hi inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim.

(6)

Din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Kapitoli XII tal-Anness II tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

It-test ta’ punt 54zc (id-Direttiva tal-Kummissjoni 94/54/KE) għandhu jitħassar.

(2)

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 54zze (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/840/KE):

“—

32007 D 0802: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/802/KE tal-4 ta’ Diċembru 2007 (ĠU L 323, 8.12.2007, p. 40).”

(3)

Il-punt li ġej għandu jiżdied wara l-punt 54 (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE):

“54zzzw.

32008 L 0005: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/5/KE tat-30 ta’ Jannar 2008 rigward l-indikazzjoni obbligatorja fuq it-tikketti ta’ ċerti prodotti tal-ikel ta’ dettalji minbarra dawk li taħseb għalihom id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (verżjoni Kodifikata) (ĠU L 27, 31.1.2008, p. 12).”

(4)

Il-punt li ġej għandu jiżdied wara l-punt 63 (ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2007/331/KE):

“64.

32007 H 0196: Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2007/196/KE tat-28 ta’ Marzu 2007 dwar is-sorveljanza tal-preżenza ta’ furan fil-prodotti tal-ikel (ĠU L 88, 29.3.2007, p. 56).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2008/5/KE, id-Deċiżjoni 2007/802/KE u r-Rakkomandazzjoni 2007/196/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-6 ta’ Frar 2009, kemm-il darba ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 5 ta’ Frar 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 309, 20.11.2008, p. 19.

(2)  ĠU L 27, 31.1.2008, p. 12.

(3)  ĠU L 323, 8.12.2007, p. 40.

(4)  ĠU L 88, 29.3.2007, p. 56.

(5)  ĠU L 300, 23.11.1994, p. 14.

(*)  Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


Top