Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22008D0811

    2008/811/KE: Deċiżjoni Nru 2/2008 tal-Kumitat Konġunt KE-Żvizzera ta’ l- 24 ta’ Settembru 2008 li jibdel it-Tabelli III u IV(b) tal-Protokoll Nru 2

    ĠU L 281, 24.10.2008, p. 32–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/811/oj

    24.10.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 281/32


    DEĊIŻJONI Nru 2/2008 TAL-KUMITAT KONĠUNT KE-ŻVIZZERA

    ta’ l-24 ta’ Settembru 2008

    li jibdel it-Tabelli III u IV(b) tal-Protokoll Nru 2

    (2008/811/KE)

    IL-KUMITAT KONĠUNT,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea, minn naħa, u l-Konfederazzjoni Svizzera min-naħa l-oħra, iffirmat fi Brussell fit-22 ta’ Lulju 1972, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, kif emendat mill-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera, li jemenda l-Ftehim fir-rigward tad-dispożizzjonijiet applikabbli għal prodotti agrikoli pproċessati ffirmat fil-Lussemburgu fis-26 ta’ Ottubru 2004, u l-Protokoll 2 tiegħu, u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Għall-implimentazzjoni tal-Protokoll 2 tal-Ftehim, prezzijiet ta’ referenza interna huma stabbiliti għall-Partijiet Kontraenti mill-Kumitat Konġunt.

    (2)

    Il-prezzijiet proprji nbidlu fis-swieq domestiċi tal-Partijiet Kontraenti fir-rigward tal-materja prima li għalihom huma applikati miżuri ta’ kumpens tal-prezzijiet.

    (3)

    Huwa għalhekk meħtieġ li l-prezzijiet u l-ammonti ta’ referenza elenkati fit-Tabelli III u IV(b) tal-Protokoll 2 ikunu aġġornati kif xieraq.

    (4)

    Minħabba li l-volatilità tas-swieq hija mistennija tkompli, il-partijiet se jiskambjaw it-tagħrif tal-prezz domestiku fuq bażi bimensili u jekk jibdew jidhru differenzi sostanzjali jista’ jkun hemm emenda ta’ din id-Deċiżjoni,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    It-Tabelli III u IV(b) tal-Protokoll 2 huma mibdula bit-tabelli fl-Annessi I u II ta’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’Awissu 2008.

    Magħmula fi Brussell, 24 ta’ Settembru 2008.

    Għall-Kumitat Konġunt

    Il-President

    Jacques DE WATTEVILLE


    ANNESS I

    “TABELLA III

    Prezzijiet domestiċi ta' referenza Żvizzeri u tal-KE

    Materja Prima Agrikola Materja prima

    Prezz domestiku tal-Isvizzera prezz ta’ referenza

    CHF għal kull 100 kg nett

    Prezz domestiku tal-KE prezz ta’ referenza

    CHF għal kull 100 kg nett

    L-Artikolu 4(1)

    Applikat fin-naħa Żvizzera Differenza bejn il-prezz ta' referenza tal-KE

    CHF għal kull 100 kg nett

    L-Artikolu 3(3)

    Applikat fin-naħa tal-KE Differenza bejn il-prezz ta' referenza tal-KE

    EUR għal kull 100 kg nett

    Qamħ komuni

    63,43

    43,07

    20,35

    0,00

    Qamħ durum

    93,28

    92,08

    1,20

    0,00

    Segala

    61,46

    38,33

    23,15

    0,00

    Xgħir

    48,94

    48,94

    0,00

    0,00

    Qamħirrun

    35,16

    35,16

    0,00

    0,00

    Dqiq tal-qamħ komuni

    112,50

    68,75

    43,75

    0,00

    Trab tal-ħalib sħiħ

    678,50

    482,57

    195,95

    0,00

    Trab tal-ħalib xkumat

    555,19

    388,12

    167,05

    0,00

    Butir

    1 005,04

    461,82

    543,20

    0,00

    Zokkor abjad

     

     

     

     

    Bajd (1)

    255,00

    205,50

    49,50

    0,00

    Patata Friska

    42,00

    23,80

    18,20

    0,00

    Xaħam veġetali (2)

    390,00

    160,00

    230,00

    0,00


    (1)  Idderivati mill-prezzijiet għall-bajd likwidu tal-għasafar, mhux fil-qoxra, immoltiplikat b'fattur ta' 0,85.

    (2)  Prezzijiet għal xaħmijiet veġetali (għall-industrija tal-ħami u tal-ikel) b'kontenut ta' 100 % xaħam.”


    ANNESS II

    “TABELLA IV

    (b)

    L-ammonti bażiċi għal materja prima agrikola meqjusa għall-kalkolu tal-komponenti agrikoli:


    Materja prima agrikola

    Applikati fin-naħa Żvizzera Art 3(2)

    Ammont bażiku applikat

    (CHF għal kull 100 kg nett)

    Applikati fin-naħa tal-KE Art 4(2)

    Ammont bażiku applikat

    (EUR għal kull 100 kg nett)

    Qamħ komuni

    17,00

    0,00

    Qamħ durum

    1,00

    0,00

    Segala

    20,00

    0,00

    Xgħir

    0,00

    0,00

    Qamħirrun

    0,00

    0,00

    Dqiq tal-qamħ komuni

    37,00

    0,00

    Trab tal-ħalib sħiħ

    167,00

    0,00

    Trab tal-ħalib xkumat

    142,00

    0,00

    Butir

    462,00

    0,00

    Zokkor abjad

    0,00

    0,00

    Bajd

    36,00

    0,00

    Patata Friska

    15,00

    0,00

    Xaħam veġetali

    196,00

    0,00 ”


    Top