This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22006D0111
2006/111/EC: Decision No 6/2005 of the ACP-EC Council of Ministers of 22 November 2005 concerning the use of the remaining EUR 482000000 of the conditional EUR 1000000000 under the ninth EDF for cooperation with ACP countries
Deċiżjoni Nru 6/2005 tal-Kunsill tal-Ministri ACP-KE tat- 22 ta' Novembru 2005 dwar l-applikazzjoni ta' l-482 miljun EUR li jifdal mis-somma kondizzjonali ta' EUR biljun taħt id-disa’ EDF għall-koperazzjoni mal-pajjiżi ACP
Deċiżjoni Nru 6/2005 tal-Kunsill tal-Ministri ACP-KE tat- 22 ta' Novembru 2005 dwar l-applikazzjoni ta' l-482 miljun EUR li jifdal mis-somma kondizzjonali ta' EUR biljun taħt id-disa’ EDF għall-koperazzjoni mal-pajjiżi ACP
ĠU L 48, 18.2.2006, p. 19–20
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 270M, 29.9.2006, p. 217–218
(MT)
In force
29.9.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
217 |
DEĊIŻJONI Nru 6/2005 TAL-KUNSILL TAL-MINISTRI ACP-KE
tat-22 ta' Novembru 2005
dwar l-applikazzjoni ta' l-482 miljun EUR li jifdal mis-somma kondizzjonali ta' EUR biljun taħt id-disa’ EDF għall-koperazzjoni mal-pajjiżi ACP
(2006/111/KE)
IL-KUNSILL TAL-MINISTRI ACP-KE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija ACP-KE iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000, u b’mod partikolari l-paragrafu 8 ta' l-Anness I tiegħu,
Billi:
(1) |
Konformement mad-Dikjarazzjoni XVIII mal-Ftehim ta’ Sħubija ACP-KE, dwar l-ammont globali ta’ EUR 13,5 biljun tad-disa’ Fond Ewropew għall-Iżvilupp (EDF) għall-pajjiżi ACP, EUR 12,5 biljun biss kienu immedjatament disponibbli meta daħal fis-seħħ il-Protokoll Finanzjarju fl-1 ta’ April 2003. |
(2) |
Il-Kunsill qabel, fid-dawl tar-reviżjonijiet intermedji ta’ l-istrateġiji tal-pajjiżi rispettivi u ta' l-eżami tar-riżultati ta' l-EDF, li jiddeċiedi, qabel l-aħħar ta' l-2005, dwar ir-rilaxx tat-tieni porzjoni ta’ EUR 250 miljun u dwar l-allokazzjoni, għal skopijiet li dwarhom għad irid jintlaħaq ftehim, ta' l-EUR 500 miljun li jifdal mis-somma kondizzjonali ta' biljun EUR. |
(3) |
Id-disa’ FEI, inklużi l-bilanċi trasferiti mill-Fondi Europej ta’ l-Iżvilupp ta’ qabel, ikunu marbuta kollha sa tmiem l-2007 mingħajr ma jħallu lill-Komunità tkun totalment konformi ma’ l-obbligi internazzjonali tagħha u twieġeb għal inizjattivi internazzjonali ġodda. |
(4) |
Saret għażla ta’ proposti għall-ammont totali ta’ 482 miljun euro fuq il-bażi ta’ l-obbligi li rriżultaw mill-Ftehim ta’ l-Assoċjazzjoni AKP-UE u fuq il-bażi ta’ l-impenji konġunti AKP-UE li sa issa għadhom ma humiex onorati fix-xena internazzjonali, filwaqt li tqiesu l-prinċipji ta’ urġenza u l-punt ċentrali tal-faqar, il-konċentrazzjoni ta’ l-għajnuna u l-kapaċità ta’ assorbiment. |
(5) |
Taħt il-modalitajiet ta’ twettiq eżistenti taċ-Ċentru għall-Iżvilupp ta’ l-Intrapriża (CDE) u ċ-Ċentru għall-Iżvilupp Agrikolu (CTA) l-istimi tal-ħtiġiet baġitarji annwali huma €18-il miljun u €14-il miljun rispettivament. Għaldaqstant qiegħda ssir il-proposta biex ikunu ffissati 32 miljun euro mill-pakkett ta’ l-iżvilupp fuq medda twila ta’ żmien maħruġa mill-biljun kondizzjonali li jifdal biex ikun kopert il-funzjonament tas-CDE u s-CTA matul is-snin 2006-2007, f’konformità ma’ l-Annessi I u III tal-Ftehim ta' l-Assoċjazzjoni AKP-UE. |
(6) |
Meta jitqies kemm huma għolja l-aspettattivi ġġenerati mit-tnedija ta’ l-Inizjattiva ta’ l-Enerġija ta’ l-UE, il-kontribuzzjoni kruċjali ta’ l-enerġija għall-ksib ta’ l-MDG, u l-importanza kritika għall-foqra ta’ aċċess għal servizzi ta’ enerġija ekonomikament effiċjenti u li jirrispettaw lill-ambjent, qiegħed ikun issuġġerit, għaldaqstant, li l-Faċilità għall-Enerġija AKP-UE proposta tkun iffinanzjata b’ammont indikattiv ta’ 220 miljun euro mill-bilanċi kondizzjonali u li, għal dan il-għan, dan l-ammont sħiħ ikun ittrasferit għal ġol-pakkett ta’ l-intra-AKP. |
(7) |
Bħala għajnuna sabiex titnaqqas il-vulnerabbiltà tal-pajjiżi benefiċjarji ta’ l-ACP għall-oxxillazzjonijiet fil-prezzijiet tal-prodotti primarji, qiegħed jiġi propost li jiġi allokat ammont indikattiv, sa EUR 25 miljun, mill-bilanċ li jifdal mis-somma kondizzjonali ta' EUR biljun bħala kontribuzzjoni għall-faċilità għall-finanzjament internazzjonali ta’ l-immaniġġar tar-riskji konnessi mal-prodotti primarji konformement ma' l-Artikolu 68(5) tal-Ftehim ta’ Sħubija ACP-UE u li, għal dan il-għan, jiġi trasferit l-ammont kollu għall-pakkett intra-ACP. |
(8) |
Qiegħed jiġi propost li jiġi allokat ammont indikattiv ta’ EUR 30 miljun mill-bilanċ li jifdal mis-somma kondizzjonali ta' EUR biljun bħala kontribuzzjoni għall-fażi inizjali ta' programm ta' tisħiħ tal-kapaċitajiet għall-għajnuna lill-pajjiżi ta' l-ACP sabiex jadattaw is-sistemi tagħhom għar-regoli Komunitarji sanitarji u fitosanitarji ġodda u li, għal dan il-għan, jiġi trasferit l-ammont kollu għall-pakkett intra-ACP. |
(9) |
Bħala kontribuzzjoni għal programm ta’ appoġġ pan-Afrikan, qiegħda ssir proposta biex ikun iffissat ammont indikattiv sa 50 miljun euro mill-bilanċ li jifdal mill-biljun kondizzjonali, u biex, għal dan il-għan, ikun trasferit l-ammont għall-pakkett ta’ l-intra-AKP. |
(10) |
L-inizjattiva ta' finanzjament aċċelerat “Edukazzjoni għal Kulħadd” hija primarjament ibbażata fuq mekkaniżmi eżistenti ta’ finanzjament fil-pajjiżi sħab. Billi nstab fir- reviżjonijiet intermedji ta' l-2004 li kien impossibbli li l-inizjattiva aċċelerata tiġi sostnuta b’mod sistematiku, qiegħed jiġi propost li jiġi allokat ammont indikattiv ta' EUR 63 miljun għall-iskop tal-finanzjament aċċelerat mill-bilanċ li jifdal mis-somma kondizzjonali ta' EUR biljun u li, għal dan il-għan, l-ammont jiġi trasferit għall-pakkett intra-ACP. |
(11) |
B'kont meħud tal-ftehim li ntlaħaq fi ħdan il-Kunsill tal-Ministri ACP-KE l-24 ta' Ġunju 2005, qiegħed jiġi propost li jiġi allokat ammont indikattiv ta' EUR 62 miljun għall-Fond Dinji għall-Ġlieda Kontra l-AIDS, it-Tuberkolosi u l-Malarja, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-allokazzjoni ta’ EUR 482 miljun mis-somma kondizzjonali ta' EUR biljun taħt id-disa’ EDF għall-koperazzjoni mal-pajjiżi ACP, għandha tiġi distribwita kif ġej:
(a) |
352 EUR miljun għall-pakkett ta’ għajnuna għall-iżvilupp fuq medda twila ta’ żmien previst fil-punt (a) tal-paragrafu 3 tal-Protokoll Finanzjarju; |
(b) |
48 EUR miljun għall-pakkett ta’ għajnuna għall-koperazzjoni u integrazzjoni reġjonali previst fil-punt (b) tal-paragrafu 3 tal-Protokoll Finanzjarju; |
(ċ) |
82 EUR miljun għall-Faċilità għall-Investiment prevista fil-punt (ċ) tal-paragrafu 3 tal-Protokoll Finanzjarju. |
L-allokazzjoni għandha tiġi allokata skond l-Artikolu 2 ta' din id-Deċiżjoni billi EUR 320 miljun jiġu trasferiti mill-pakkett ta' l-iżvilupp għall-perijodu fit-tul u EUR 82 miljun mill-Faċilità ta' Investiment għall-allokazzjoni intra-ACP tal-pakkett għall-kooperazzjoni u l-integrazzjoni reġjonali.
Artikolu 2
L-allokazzjoni ta’ EUR 482 miljun għandha tikkontribwixxi għall-azzjonijiet segwenti:
(a) |
sa EUR 220 miljun għall-Inizjattiva ta’ l-UE għall-Enerġija; |
(b) |
sa EUR 25 miljun għall-kontribuzzjonijiet lill-faċilità għall-finanzjament internazzjonali ta’ l-immaniġġar tar-riskji konnessi mal-prodotti primarji, favur il-pajjiżi ACP; |
(ċ) |
ammont indikattiv ta’ EUR 30 miljun bħala għajnuna lill-pajjiżi ACP sabiex jadattaw is-sistemi tagħhom għar-regoli Komunitarji sanitarji u fitosanitarji ġodda; |
(d) |
sa EUR 50 miljun għat-tisħiħ ta' l-Unjoni Afrikana fl-implementazzjoni tal-mandat pan-Afrikan tagħha; |
(e) |
ammont indikattiv ta’ EUR 63 miljun bħala kontribuzzjoni lill-inizjattiva ta' finanzjament aċċelerat “Edukazzjoni għal Kulħadd”; |
(f) |
sa EUR 62 miljun bħala kontribuzzjoni lill-Fond Dinji għall-Ġlieda Kontra l-AIDS, it-Tuberkolosi u l-Malarja; |
(g) |
EUR 50 miljun mill-pakkett ta' għajnuna għall-iżvilupp fuq medda twila ta’ żmien previsti fil-paragrafu 3(a)(i)(ii) tal-Protokoll Finanzjarju għall-finanzjament taċ-Ċentru għall-Iżvilupp ta’ l-Intrapriża (CDE) u taċ-Ċentru Tekniku għall-Koperazzjoni Agrikola u Rurali (CTA). |
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' l-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, nhar it-22 ta' Novembru 2005
Għall-Kunsill tal-Ministri ACP-KE
Il-President
A. JOHNSON